Ħal Tarxien – qagħda finanzjarja tal-kunsill lokali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14520, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex id-defiċit reġistrat, jiġi kkontrollat tul din is-sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien ħa azzjoni sabiex jikkontrolla d-deficit tiegħu. Filfatt, il-Kunsill ra kif ġabar uħud mill-ammonti dovuti lilhu, ikkontrolla l-infieq u qed iħallas lura d-dejn li kellhu.
Hu mistenni li sa tmiem Lulju tal-2020, d-
deficit
pendenti ta’ €135,646 (skont ir-Rapport Finanzjarju tal-ewwel kwart tas-sena) ikun imħallas.
Ħal Tarxien – Triq il-Kurunell Mas – Open Air Gym – fondi allokati
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14523 jista’ l-Ministru jgħid għala l-ammont tal-proġett biex isir Open Air Gym fi Triq il-Kurunell Mas ġie daqshekk “in eċċess” tal-baġit stabbilit u x’spjegazzjoni ngħatat għal dan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-istima tal-proġett hekk kif stabbilit meta ħarġet is-sejħa għall-offerta kien jammonta għall-€354,000 (VAT inkluż). Wara sejħa għall-offerti, il-kuntratt li sar ma’ Catbros Ltd kien jammonta għall-€336,446.32 (jinkludi l-VAT).
Il-fondi in eċċess referuti f’PQ 14523 u li qed jitħallsu mill-fondi tal-Kunsill Lokali jirreferu għad-differenza bejn il-grant mogħtija ta’ €250,000 u l-ammont ta’ €335,791.80 li hija l-ispiża totali tal-proġett.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – spiża fuq mobile phones
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda spiza fuq xiri ta’ mobile phones fl-2018.
Ċittadini Maltin u Barranin li ħarġu jew daħlu fil-pajjiż
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Tista’ tgħid kemm persuni daħlu f’pajjiżna fl-istess perjodu maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ċittadini Maltin u Barranin li ħarġu jew daħlu fil-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid kemm persuni daħlu f’pajjiżna fl-istess perjodu maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14528, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet u hija r-raġuni għala għal din is-sena ma sarux talbiet għall-iktar fondi biex insostnu l-programm tal-Consul on the Move billi din kienet suċċess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sena ma sarux talbiet addizzjonali għal fondi biex isostnu l-Programm Consul-on-the-Move għar-raġuni li ma kienx hemm żieda fil-pajjiżi li fihom jiġu organizzat it-tali programm. Tajjeb wieħed jgħid li f’ċirkustanzi ta’ dan it-tip il-Ministeru jieħu f’konsiderazzjoni t-talbiet tas-sena ta’ qabel u jagħmel previżjonijiet għas-sena ta’ wara bil-għan li jkollu stima approssimattiva ta’ talbiet potenzjali. Fil-każ ta’ din is-sena, filwaqt li l-previżjoni kienet xi ftit jew wisq l-istess bħal tas-sena l-oħra, tajjeb ninforma li minħabba l-pandemija COVID-19 kull żjara li kienet pjanata tħassret għal data oħra li titħabbar aktar ‘il quddiem meta s-sitwazzjoni tkun aħjar
Persuni li ġew mill-Awstralja – ħlas ta’ arretrati li ma kenux iddikjarati
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13826, jista’ l-Ministru jara għala u x’kienu d-diffikultajiet amministrattivi li wasslu diversi ċittadini li kienu jgħixu l-Awstralja sabiex iħallsu daqshekk arretrati lura f’taxxa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat
Ministru għall-Affarijiet Barranin — spiża fuq mobile phones
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2019 f’mobile phones? Jista' jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma kien hemm l-ebda spiża ta’ mobile phones fl-2019 minn dan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar Struzzjonijiet Amministrattivi tas-Servizz Diplomatiku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument li qiegħed jistaqsi għalih huwa għal użu intern, u allura dan ma jistax jiġi ippublikat.
Jekk l- Onorevoli Interpellant jrid nista' ngħaddih b’mod kunfidenzjali.
Malta Africa Strategy for Partnership 2020-2025 — inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu in segwitu għall-inizjattiva li saret f’Jannar 2020 “Malta Africa Strategy for Partnership 2020-2025”?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-Istrateġija tal-Afrika tnediet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ (MFTP) f'Jannar 2020. Sussegwentement, il-portafoll tal-Promozzjoni tal-Kummerċ ġie assorbit fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Dan wassal biex delegazzjoni kummerċjali żaret il-Ghana b'suċċess f'Marzu 2020.
Sa mit-tnehdija tal-Istrateġija ta’ Malta għal Sħubija mal-Afrika, 5 xhur ilu, l-Miniteru kellu jadatta għal bidliet li ġabet magħha il-pandemija tal-COVID-19 li kellhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta’ bosta settur tal-politika barranija, inkluż din l-Istrateġija.
Minkejja dan kollu, kien hemm ammont ta’ xoghol preparatorju li beda jseħħ, li jinkludi:
a) Konsolidazzjoni tal-attività ta’ Malta fil-Ghana u l-Etjopja f'konformità mal-Istrateġija ta’ Malta għal Sħubija mal-Afrika permezz ta’ sforzi kontinwi biex insaħħu l-opert tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fil-Ghana filwaqt li nespandu l-firxa tagħna f'Addis Ababa, kemm bilateralment kif ukoll mal-kwartieri tal-Unjoni Afrikana.
b) Kontatti mal-Djibouti bħala punt ta' dħul għall-kumpaniji Maltin fi stati varji fl-Afrika.
c) Kuntatti uffiċjali fin-Namibja u fir-Rwanda - pajjiżi tal-Commonwealth - li t-tnejn għandhom il-potenzjal li jaġixxu bħala punti ta' dħul fir-reġjuni rispettivi tagħhom.
d) Id-diplomazija COVID-19 li biha Malta waslet għand il-pajjiżi ewlenin fl-Afrika biex taqsam l-esperjenza tagħna dwar il-pandemija.
e) Ġie mfakkar Jum l-Afrika fis-26 ta' Mejju 2020 permezz ta’ laqgħa virtwali ma’ studenti Afrikani li jistudjaw f'Malta.
f) Aktar enfasi fuq l-Afrika fix-xogħol tal-programm tal-assistenza għall-iżvilupp, fl-approċċ konġunt bejn is-settur publiku u dak privat, lejn il-kontinent Afrikan.
Għalhekk hija l-intenzjoni tal-Minsiteru li jkompli jibni fuq dawn l-impenju initzzjali sabiex l-Istrateġija għal Sħubija mal-Afrika tkun tista tagħti l-frott tagħha f’diversi forom, fosthom opportunitajiet kummerċjali fis-swieq tal-Afrika.
Il-Ministeru jinsab ukoll impenjat li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni ta’ Strateġija Ewropea għall-Afrika u biex niżguraw li l-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jitjiebu u jsarrfu f’inqas pressjonijiet ta’ migrazzjoni lejn l-Ewropa. Bl-amalgamazzjoni tal-Affarijiet Ewropej mal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru qiegħed ukoll jesploraw il-possibiltajiet ta’ opportunitajiet għal proġetti trilaterali bejn Malta, l-UE u pajjiżi fl-Afrika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret minn pajjiżna tul dawn l-aħħar sentejn mal-Unjoni Afrikana?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant li matul l-aħħar sentejn, il-Ministeru saħħaħ il-kollaborazzjoni tiegħu mal-Unjoni Afrikana.
Fis- 6 ta’ Settembru 2019, l-E.T. Ronald Micallef, ippreżenta l-Kredenzjali tiegħu f’Addis Ababa bħala l-ewwel Ambaxxatur akkrediat minn Malta għall-Unjoni Afrikana. Dan sar bil-għan li jkomplu jiġu imsaħħa r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Afrikana u jiġu esplorati toroq ġodda possibbli ta' kooperazzjoni. Waqt il-laqgħa mal-President tal-Unjoni Afrikana, l-E.T. Moussa Faki, l-Ambaxxatur Micallef spjega kif Malta qiegħda żżid l-impenn tagħha mal-Afrika u li dalwaqt se tkun qiegħda tniedi l-istrateġija dwar l-Afrika. Hu żied li Malta tixtieq ukoll tiddiskuti u taħdem mal-Unjoni Afrikana b’mod attiv dwar affarijiet marittimi u għal dan il-għan, ġew mistiedna jzuru Malta rappreżentanti għolja mit-taqsima tal-politika marittima tal-Unjoni Afrikana.
F'Jannar 2020, il-Ministeru nieda l-iStrateġija għall-Afrika. Din l-iStrateġija tagħraf b'mod espliċitu l-importanza li jiġu stabbiliti konnessjonijiet aktar mill-qrib għal Malta mal-Unjoni Afrikana permezz ta’ parteċipazzjoni mtejba u impenn għall-affarijiet tal-Unjoni Afrikana. L-Unjoni Afrikana hija impenjata għall-isforzi għaż-żamma tal-paċi u għall-medjazzjoni f’firxa ta’ pajjiżi fosthom il-Libja, is-Somalja u s-Sudan u b'hekk hemm diskussjonijiet importanti fl-istrutturi ta’ l-Unjoni Afrikana li huma ta’ importanza vitali għal Malta.
Fis-26 ta’ Mejju 2020, Malta ċċelebrat Jum l-Afrika, li jfakkar it-twaqqif tal-Unjoni Afrikana, permezz ta’ diskussjoni virtwali ma’ studenti Afrikani li jistudjaw fl-Università f'Malta fejn sar skambju ta' ideat dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet, l-opportunitajiet eżistenti u l-potenzjal ta’ opportunitajiet ġodda fis-settur tal-edukazzjoni u l-kummerċ, l-ugwaljanza u l-multi-kulturaliżmu.
Bħala parti mill-attivitajiet b’rabta ma’ Jum l-Afrika, is- Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej l-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mal- l-E.T. Ronald Micallef żaru postijiet relatati ma’ proġetti u investimenti sostanzjali fl-Afrika biex juru kif il-Gvern qed jaħdem id f’id mas-settur privat biex jiffaċilita investiment li jrendi u li jkun ta’ benefiċċju reċiproku għall-pajjiżna u għall-pajjiżi tal-Afrika.
Minbarra l-impenn bilaterali, il-Ministeru kompla wkoll jaħdem mal-Unjoni Afrikana
tramite
l-Unjoni Ewropea. Fil-21-22 ta’ Jannar 2019, l-Onor. Carmelo Abela, (dak iż-żmien, Ministru għall-Afarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ), attenda laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li seħħet f’Berlin bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana. Malta tħares il-quddiem lejn il-Laqgħa li jmiss tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin f'Kigali kif ukoll għas-Summit fi Brussell f'Ottubru 2020 għax huwa mportanti li l-Unjoni Ewreopa tibqa' involuta mal-Afrika.
Malta tilqa' u tappoġġja l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Lejn Strateġija Komprensiva mal-Afrika tad-9 ta’ Marzu 2020, li hija mibnija fuq il-prijoritajiet komuni stabbiliti mill-UE u l-UA fis-Summit li sar fl-2017 f’Abidjan, ghax l-għan tagħha jibqa li ġġib iż-żewġ kontinenti fi sħubija aktar mill-qrib f'diversi setturi. Malta tilqa’ wkoll is-sejħa għall-impenn mis-soċjetà ċivili tal-Istrateġija finali, billi nfittxu li naħdmu mas-sieħba tagħna fil-kontinent Afrikan fuq kwistjonijiet li jvarjaw mill-edukazzjoni, il-kummerċ u s-saħħa.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġew iffirmati minn pajjiżna bejn Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim li ġew ffirmati bejn Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020 huma:
Ftehim Bilaterali
Il-Ġermanja
Ftehim dwar Rappreżentazzjoni għall-Ħrug tal-Viżi li jirrifletti l-Priċipji tal-Kodiċi dwar il-Viżi.
22 ta’ Jannar 2019
Iżrael
Il-Pjan ta' Koperazzjoni fil-Qasam tas-Saħħa u x-Xjenzi Mediċi
29 ta’ Jannar 2019
Tuneżija
Il-Minuti Maqbula tal-Kummissjoni Konġunta
6 ta’ Frar 2019
Tuneżija
Il-Ftehim dwar Impjieg Temporanju
6 ta’ Frar 2019
Tuneżija
Il-Memorandum ta’ Ftehim dwar l-Iżvilupp tat-Tfulija Bikrija
6 ta’ Frar 2019
Tuneżija
Il-Protokoll ta’ Koperazzjoni fil-Qasam tal-Anzjani
6 ta’ Frar 2019
Tuneżija
Il-Programm ta’ Koperazzjoni Kulturali għas-snin 2019-2021
6 ta’ Frar 2019
Il-Kosovo
Tiġdid tal-Qafas ta’ Kooperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Ta' Malta u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Kosovo (2019-2022)
6 ta’ Marzu 2019
Ċittadini Maltin u Barranin li ħarġu jew daħlu fil-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni daħlu f’pajjiżna fl-istess perjodu maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ghadha qedt tingabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub jinsab fil-lista annessa hawn taħt:
BORD
MEMBRI
SPIŻA TOTALI TAL-BORD FIS-SENA 2019 €
Grievances Board
13,000.00
Chairperson
Membru
Membru
Membru sostitut
Educators Board for the Institute for Public Services (IPS)
15,862.95
Chairperson
Membru
Membru
Membru
Institute for Public Services (IPS) Board (sal- 01/11/2019)
2,513.02
Chairperson
Co-Chairperson
Membru
Membru
Membru
Membru
Membru
Membru
Segretarju
Medical Board
7,454.00
Uffiċċju Elettorali)
Chairperson
Membru
Street Naming Committee Malta
1,663.00
(Uffiċċju Elettorali)
Chairperson
Segretarju
Membru
Membru
Membru
Membru
Membru
Membru
Membru
Membru
Membru
RSSL
50,667.90
Chairperson
Membru
Membru
Membru
Board of Governors
35,007
(NDSF)
Chairperson
Membru / Deputy Chairperson
Membru
Membru
Advisory Board
7,629
(NDSF)
Membru
Membru
Membru
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement impjegati sal-aħħar tas-sena 2019 fil-Public Service Commission u jista’ jindika l-gradi relattivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li sa l-aħħar ta’ l-2019 kien hemm 18-il impjegat mal-Public Service Commission li jvarjaw bħala gradi minn Segretarju Eżekuttiv għal Assistenti Diretturi u ħaddiema klerikali u amministrattivi.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14086, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kuntratti li ġew iffirmati waqt iż-żjara kummerċjali fil-Ghana u jista’ jindika mil-liema entitajiet pubbliċi u governattivi kienu l-erba’ uffiċjali għolja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet pubbliċi u governattivi li żaru l-Ghana, apparti TradeMalta, kienu l-Malta Enterprise, l-MCAST, il-Malta Medicines Authority u l-Universita ta Malta. F'din iż-żjara kienu ffirmati ħames ‘memorandum of understanding’ bejn entitajiet pubbliċi u governattivi u privati.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14084, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li terġa’ tiltaqa’ l-Kummissjoni Konġunta Malta-Alġerija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant li waqt il-ħames sessjoni tal-Kummisjoni Konġunta Malta-Alġerija li saret hawn Malta fid-19 ta’ Diċembru 2018, ġie maqbul li s-sitt sessjoni ta’ din il-Kummissjoni għandha tiltaqa’ fi żmien sentejn f’Alġiers. Id-data għad trid tkun maqbula bejn iż-żewġ naħat tramite kuntatti diplomatiċi, u dan suġġett li ċ-ċirkustanzi jippermettu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi spejjeż saru sal-aħħar ta’ April 2020 fil-proġett li qiegħed jsir għal Ċentru tas-Saħħa Ġdid f’Raħal Ġdid? Jista’ jindika kemm huwa previst li jiġi minfuq u jekk il-miri finanzjarji humiex jinżammu jew superati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għal-proġett tal-Paola Hub sal-aħħar t’April 2020, tħallset is-somma ta’ €728,296 f’xogħol ta’ kostruzzjoni kif ukoll fi spejje¿ preliminarji bħal studji u investigazzjonijiet għal Impatt tat-Traffiku, Nar u Ventilazzjoni, Ġeotekniċi, Stħarriġ fuq l-Art, Kontaminazzjoni ta 'Artijiet, Cost Benefit Analysis u Konsulenza dwar Applikazzjoni tal-Unjoni Ewropeja. Minn dan l-ammont, €449,882 ġew minn Fondi Ewropej.
Dan il-proġett se jkun jiswa madwar €39 miljun ewro.