Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15339 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju, u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna fit-Turkija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15338 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-Ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tinghata f-seduta ohra.
Ambaxxata għall-Arabja Sawdija – ħidma u inizjattivi
Question
No question text.
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Arabja Sawdija tul dawn id-disa’ xhur ta’din is-sena.
Persuni li ġew sospiżi, mkeċċija jew irriżenjaw miċ-Ċivil
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew sospiżi, kemm ġew imkeċċija u kemm irriżenjaw miċ-Ċivil tul is-snin 2017, 2018 u 2019? Jista’ jindika kemm kienu ta’ sess femminili u kemm maskili?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li t-tagħrif mitlub, jinsab fit-tabella hawn taħt:
2017
2018
2019
Rġiel
Nisa
Total
Rġiel
Nisa
Total
Rġiel
Nisa
Total
Sospiżi
13
1
14
16
2
18
11
2
13
Tkeċċew
3
0
3
3
0
3
2
0
2
Irriżenjaw
111
193
304
129
234
363
152
341
493
Total
127
194
321
148
236
384
165
343
508
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż varji marbuta mal-kiri ta’ biċċiet tal-baħar kif ukoll ikel, ħwejjeġ u dawk mediċinali li ġew inkorsi fil-konfront tal-persuni li huma abbord dawn il-biċċiet tal-baħar? Jista’ jiġi indikat kemm kienu l-persuni abbord f’April u Mejju 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 14574.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-Ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infruzar tal-Liġi – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju, u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’ħidma saret mid-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet (IAID) tul is-sena li għaddiet 2019 u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li skont l-Artiklu 22 (2) tal-Kapitolu 461, ir-rapporti interni dwar l-awditjar u r-rapporti ta’ investigazzjonijiet finanzjarji ma jistgħux ikunu aċċessibbli u ħlief għall-iskop ta’ xi investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali, id-Dipartiment ghandu “jikxef biss x’ikun fihom lis-Segretarju Permanenti jew, skont il-każ, lill-President tal-Kumitat ta’ Awditjar tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u, jekk ikun meħtieġ, lill-Bord, jew lill-Awditur Ġenerali.”
Għaldaqstant, kopji tar-rapporti ma jistgħux jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Tarxien – manutenzjonijiet fuq l-iskola primarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni se jsiru fix-xhur li ġejjin fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li fl-iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien għaddej xogħol ta’ tikħil, tibjid u żebgħa ġewwa l-klassijiet, kuriduri, bankijiet tal-ħadid u diversi kanċelli. Qed tiġi installata tinda fil-bitħa bejn blokk u ieħor u se jsir renovar/tibdil f’faċilitajiet sanitarji.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – spiża fuq mobile phones
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadah qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finzjarji – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax aċċess lill-uffiċjali fil-UNHCR jew lill-uffiċjali tal-EASO jew lill-uffiċjali tal-IOM abbord il-biċċiet tal-baħar li fuqhom hemm numru ta’ persuni (immigranti rregolari) tul ix-xhur ta’ April u Mejju 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet msemmija ma talbux dan l-aċċess.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’ħidma saret mir-Resource Support Services tul is-sena li għaddiet 2019 u kemm din ġiet tiswa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ħidma tal-RSSL matul it-2019
Il-Kumpanija Resource Support & Services Limited, li twaqqfet fl-2003 kompliet toffri xogħol alternattiv lill-ħaddiema li jiġu iddikjarati “surplus” fl-entitajiet governattivi. Il-ħaddiema qed jiġu rilokati f’entitajiet tal-Gvern, Dipartimenti u Kunsilli Lokali. Il-Kumpanija toffri wkoll opportunitajiet ta’ taħriġ lil dawk il-ħaddiema li jkunu jridu j¿idu fil-ħiliet tagħhom u hekk ikollhom opportunitajiet li jsibu xogħol alternattiv permanenti.
Barra mix-xogħol li semmejna, matul is-sena li għaddiet l-RSSL:
1. iffirmat Ftehim Kollettiv mal-GWU għall-perjodu 1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2024, li permezz tiegħu l-ħaddiema ngħataw ¿idiet fil-pagi u titjib fil-kundizzjonijiet.
2. Kompliet bil-proċess ta’ mpjieg ta’ numru ta’ ħaddiema tal-Airmalta li applikaw wara li ġew offruti skema biex jieħdu mpjieg mal-RSSL. Din l-iskema kienet waħda volontarja u kienu ġew rilokati 38 ex impjegati ta’ l-Airmalta plc.
Finanzi
L-operat tal-Kumpanija matul is-sena 2019 sewa s-somma ta’ €11,751,689 li minnhom €11,621,102 kienu pagi.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – spiża fuq mobile phones
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fl-2018 ma nxtraw l-ebda mobile phones mis-segreterija privata tal-Ministru.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – spiża fuq mobile phones
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll tista’ tindika l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Ministeru ma nxtara l-ebda mobile phone fis-sena msemmija.