Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumitat Konsultattiv — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat Konsultattiv baqax jiltaqa’ u jekk iva, kemm-il darba ltaqa’ tul din is-sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta baqa’ jiltaqa’. Matul din is-sena ltaqa’ 4 darbiet bħala Kunsill u darbtejn oħra bħala sotto-kumitat.

Siġar u arbuxelli indiġeni miżrugħa u mħawla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew miżrugħa u mħawla siġar u arbuxelli indiġeni tul is-sena 2020? Jista’ jindika n-natura tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ siġar u arbuxelli indiġeni li tħawlu mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar matul din is-sena kien ta’ disat elef, mija u tmienja (9108). L-aktar speċi komuni kienu l-Bruka, id-Deru, il-Klin, il-Prinjol, il-Virgi, Iż-Żebbuġija, Ir-Riħan, Iż-Żebbuġ u l-Ħarrub. Kif tindika t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, l-aktar speċi komuni kienu l-Bruka, id-Deru, il-Klin, il-Prinjol, il-Virgi, Iż-Żebbuġija, Ir-Riħan, Iż-Żebbuġ u l-Ħarrub.

Ambaxxata għall-Awstrija – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Awstrija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li tieħdu mill-Ambaxxata tagħna fl-Awstrija tul dawn id-disa xhur ta’din is-sena.

Trasferiti ta’ partiti tal-mużika lil pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15122 u jgħid jekk il-kundizzjonijiet kif kontenuti fl-Att Pubbliku tat-13 ta’ Ottubru 1988 li fih ġew trasferiti lil pajjiżna l-partiti tal-mużika komposta mill-Maestro li d-dettalji dawru qed jingħataw separatament, huwiex qiegħdin jiġu debitament osservati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ambaxxata għall-Belġju – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Belġju tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li tieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Belġju tul dawn id-disa xhur ta’din is-sena.

Żona ta’ Kordin – faċilitajiet sportivi – irranġar ta’ bankini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15121 u 14273 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13389 jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret biex jiġi rettifikat dak li kien indikat fl-istess domanda f’Kordin fil-parti fejn hemm il-Faċilitajiet Sportivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dan l-istadju m'hemm ebda aġġornament ulterjuri fuq l-informazzjoni diġà provduta b'risposta għal-mistoqsija parlamentari 13389.

High Commission fl-Indja – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-High Commission tagħna fl-Indja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu minn Kummissjoni Għolja tagħna fl-Indja tul dawn id-disa’ xhur ta’din is-sena.

Paola Hub — spejjeż

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15309, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi spejjeż saru fil-Paola Hub tul dawn l-aħħar xhur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għal-proġett tal-Paola Hub sal lum hija € 2,087,547.38. Minn dan l-ammont intefqu € 1,868,141 f’xogħlijiet ta' kostruzzjoni filwaqt li €219,406 għal Project Management. Sa issa €908,630.44 ġew minn Fondi Ewropej. Dan il-proġett se jkun jiswa madwar €39 miljun ewro.

Ambaxxata għall-Iżreal – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Iżrael tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Iżrael tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid — manutenzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15298, jista’ l-Ministru jgħid x’konsultazzjonjiet saru mal-Kunsilli Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta sabiex ix-xogħol inkwistjoni jseħħ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor.Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Paola ltaqa’ mal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta matul din is-sena, fuq din il-materja.

Ambaxxata għall-Kuwajt – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Kuwajt tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Kuwajt tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – spiża fuq mobile phones

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15330 u jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li ma kien hemm l-ebda spiża fuq xiri ta’ mobile phones fl-2018.
Leg 13 PQ #16294 Sitting 368 2020-10-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IPS — ħidma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija 15329 u jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet, l-2019, mill-Institute for Public Services u kemm ġiet tiswa?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ambaxxata għall-Polonja – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Polonja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna fl-Polonja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
Leg 13 PQ #16296 Sitting 368 2020-10-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEU — ħidma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15323 u jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet 2019 mill-Management Efficiency Unit (MEU) u jgħid kemm ġiet tiswa?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ambaxxata għall-Eġittu – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Eġittu tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna fl-Eġittu tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Ċittadini Maltin u Barranin li ħarġu jew daħlu fil-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15316 u jgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni daħlu f’pajjiżna maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Konvint li l-Onorevoli interpellant konxju li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ilu mill-2002 mhux entità tal-Gvern.
Leg 13 PQ #16287 Sitting 367 2020-10-05 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – spiża fuq safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15343 u jgħid kemm kienet l-ispiża f’safar li sar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għas-snin 2017, 2018 u 2019 separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, jinsab fil-lista ta’ hawn taħt kif ninsab nfurmat: 2017 €586,944 2018 €670,583.64 2019 €661,945.01

Ambaxxata tal-Emirati Għarab Magħquda – ħidma u inizjattivi

Question

No question text.

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal Kamra l-informazzjoni mitluba, li minkejja id-diffikultajiet li ġabet magħha l-imxija tal-COVID-19, il-ħidma u l-inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ Malta fl-Emirati Għarab Magħquda tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.