Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna f’Ruma tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u x’inizajattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għal-Ruma tul dawn l-aħħar disa’ xhur ta’ din is-sena.
Identity Malta — Dixxendenti Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fl-Alġerija
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11645 u 14286, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru rċeviex ilmenti minn persuni li huma ta’ dixxendenza Maltija li ġejjin mit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu? Saru diskussjonijiet ma’ Identity Malta sabiex is-sistema taħdem aħjar milli kienet, wara l-emendi li ġew approvati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-Ministeru jista’ jikkonferma li ma rċeviex ilmenti minn persuni ta’ dixxendenza Maltija li jgħixu t-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu dwar applikazzjonijiet għal ċittadinanza Maltija, kif kien irrappurtat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14286, il-Ministeru kien iddiskuta din il-materja mal-awtoritajiet kompetenti mill-Aġenzija Identity Malta, u filwaqt li dawn tal-aħħar fehmu d-diffikultajiet li applikanti ta’dixxedenza Maltija mit-tali pajjiżi jistgħu isibu biex jipprovdu ċertifikati tat-twelid oriġinali tal-iStat minħabba raġunijiet ta’ natura storika, għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet ta’ ċittadinanza u wara ta’ passaport Maltin, issa dawn il-persuni jistgħu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-magħmudija, flimkien ma’ kull dokumentazzjoni oħra wara li d-dixxendenza minn persuna mwielda f’Malta tkun ġiet stabbilita. Il-Ministeru huwa nfurmat mill-Aġenzija Identity Malta li każi ta’ dan it-tip qed jiġu trattati każ każ biex ikun aċċertat li d-dokumenti ppreżentati jkunu awtentiċi.
Fir-rigward tal-emendi fil-leġislazzjoni msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari, l-Aġenzija Identity Malta infurmat lill-Ministeru li fejn qabel kien possibbli biss għal persuni li twieldu barra minn Malta biex japplikaw għal ċittadinanza Maltija abbażi ta’ dixxendenza kif definit fil-proviżjonijiet tal-istess leġislazzjoni, issa din ġiet estiża ukoll għal persuni li twieldu Malta. F’dan l-istadju għalhekk, dawn l-emendi fil-leġislazzjoni ma japplikawx għal persuni li dwarhom saret din il-Mistoqsija Parlamentari
Ambaxxata għall-Istati Uniti – ħidma u inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Istati Uniti tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Istati Uniti tul dawn id-disa’ xhur.
Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar — rijabilitazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14293, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu fir-rigward tal-Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Alġerija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta m’għandiex Ambaxxata fl-Alġerija peress li l-Ambaxxatriċi għall-Alġerija hija residenti f’Malta. Għaldaqstant, Malta għandha Konsulat Ġenerali li jinsab f’Alġiers. L-Ambaxxatriċi u l-Konslu Ġenerali flimkien jikkordinaw il-ħidma tagħhom sa biex jibqaw jitjiebu ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’ħidma u x’inizattivi li ttieħdu mill-ambaxxata tul dawn l-ahhar disa’ xhur ta’ din is-sena.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14290, jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna għaddiet lill-bdiewa u r-raħħala fil-parti t’isfel ta’ pajjiżna tul dawn l-aħħar xhur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli jaħdem biex jitfasslu inizjattivi u skemi finanzjari biex dejjem ikun ta’ għajnuna u sostenn għall-bdiewa u r-raħħala kollha kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14290, nerġa’ ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ma jagħmilx distinzjoni bejn raħal u ieħor, iżda jwettaq ħidma sabiex dejjem imexxi ‘l quddiem l-agrikoltura Maltija u Għawdxija kollha kemm hi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għaċ-Ċina tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għac-Ċina tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hemm irziezet fl-abitat u x’passi ttieħdu tul din is-sena sabiex jiġu rilokati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont in-National Livestock Database, li hija d-database nazzjonali fejn tinżamm l-informazzjoni kollha dwar l-irziezet u l-annimali, ma tinżammx informazzjoni relatata jekk razzett jinstabx fl-abitat.
Il-Ministeru m’għandu l-ebda talba għal rilokazzjoni ta’ rziezet minn żoni fl-abitat.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13829, jista’ l-Ministru jindika għala l-proġett jinsab on hold? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-infiq u d-dħul li kien hemm tul is-sena li għaddiet mill-imsemmija High Commission? Jista’ jgħid il-korrispondenza marbuta ma’ nuqqasijiet gravi mal-istess, ġietx riferuta lill-Ministeru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ tisbieħ kien on hold minħabba r-restrizzjonijiet imposti mill-imxija tal-CoVID-19. Il-proġett issa beda u l-kuntratt ta’ tisbieħ ġie ffirmat fis-16 ta’ Ġunju 2020.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli interpellant illi l-ispiża fl-2019 kienet ta’ €
194,693.07
u ma kien hemm l-ebda dħul (revenue).
Il-Ministeru ma’ rċieva l-ebda rapporti dwar nuqqasijiet gravi relatati mal-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
EASO – ħidma fuq l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed issir mal-EASO fir-rigward tal-isfida tal-immigrazzjoni irregolari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi għandu fis-seħħ Pjan Operazzjonali u ta’ Assistenza Teknika għall-2020 mal-EASO. Dan jikkonċerna assistenza fil-proċess tal-ażil, l-identifikazzjoni ta’ immigranti vulnerabbli, ir-rilokazzjoni u taħriġ. Ftehim simili kien ukoll implimentat matul l-2019.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li rreġistraw volontarjament taħt in-Notifika D sal-aħħar ta’ Settembru 2020?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru 2020, in-numru ta’ persuni li rrieġistraw volontarjament taħt in-Notifika D kienu jammontaw għal ħames mija u tnejn u għoxrin (522).
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Ġermanja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Ġermanja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 13778 u 14526, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex approvat bank sabiex l-“Equity Release for Pensioners” tibda titħaddem?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taħditiet bejn l-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u l-bank li ressaq l-applikazzjoni biex toffri ‘Equity Release Financial Products’, għadhom għaddejjin.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – skemi ta’ ripatrijar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni talbu sabiex jiġu ripatrijati minn pajjiżna taħt l-iskema mħaddma mill-Ministeru sal-aħħar ta’ Settembru 2020?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm persuni talbu sabiex jigu ripatrijati minn pajjiżna taħt l-iskema mħaddma mill-Ministeru sal-aħħar ta’ Settembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għan-Netherlands tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Netherlands tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15114, jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni rċevew l-assistenza għall-għajnuna fuq xogħol tul din is-sena u sal-aħħar ta’ Awwissu 2020 xahar b’xahar separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni relatata limitatament mal-mizura tal-wage supplement.
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li hemm għajnuniet oħra ta assistena għall-ħaddiema li mhumiex inklużi f’din it-tabella, bhal għajnuniet lil persuni b’ dizabilta u vulnerabli kif ukoll għajnuniet lill genituri. Dawn l-għajnuiet huma amministrati minn entitajiet u dipartiment li jaqgħu taħt ministeri oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għar-Russja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna fir-Russja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15112, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudji neċessarji dwar il-Batterija Della Grazia sarux u jistgħux jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċessi neċessarji f’dan l-istadju għadhom għaddejin.
High Commission fl-Awstralja – ħidma u inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-High Commission tagħna fl-Awstralja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna fl-Awstralja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.