Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri miftuħa – persuni reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fiċ-Ċentri miftuħa sal-aħħar ta’ Awwissu 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni reġistrati fiċ-ċentri miftuħa sal-aħħar ta’ Awwissu 2020 huwa kif jidher hawn taħt: Dar il-Liedna – 44 Ħal Far Family Open Centre – 130 Ħal Far Hangar Open Centre – 372 Ħal Far Tent Village – 1,141 Initial Reception Centre Marsa – 115

Ix-Xgħajra – Batterija della Grazia — żvilupp

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15112, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi rigward il-Batterija della Grazia fix-Xgħajra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Il-Birgu – Triq il-Mandraġġ — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba Triq il-Mandraġġ fil-Birgu, hiex se tiġi msewwija u magħmula mill-ġdid?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-lokalità tal-Birgu, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa u Triq San Dwardu. Bħalissa qed taħdem biex daqt tibda twettaq proġett ta’ titjib u tisbieħ fil-parti tax-xatt taħt is-swar magħrufa bħala t-Toqba tal-Birgu (Sally Port) li se jinkludi prominad ġdid, u bħalma qed tagħmel f’mijiet ta’ toroq residenzjali oħrajn, it-triq imsemmija wkoll eventwalment ser tkun qed tinbena mill-ġdid. Sakemm isir dan, l-aġenzija se tigbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali biex jekk jinħtieġu xi tiswijiet temporanji, jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati.

Ħal Għaxaq – proġett ta’ Housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-housing ta’ kwalità f’Ħal Għaxaq fejn jikkonċerna l-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-proġett ra l-bidu tiegħu sentejn ilu u sal-lum ir-residenti jixtiequ jkunu jafu meta se titlesta l-imsemmija blokka, inkluż l-istallazzjoni tal-lift?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta’ kostruzzjoni li kellu jsir fix-xaft b’rabta mal-installazjoni ta’ dan il-lift, liema xogħol beda ħdax-il xahar ilu, tlesta fil-ħin stipulat. Il-parti ta’ kostruzzjoni ġiet segregata u magħluqa b’mod sigur sakemm issir il-konsenja tal-lift u dan biex l-installazzjoni tkun tista’ tipproċedi. Ġejt infurmat ukoll illi t-tender li jirrigwarda l-installazjoni tal-lift qiegħed fil-proċess li jiġi aġġudikat.

Il-Gudja – Triq it-Torri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq it-Torri fil-Gudja li ġiet irranġata? Jista’ jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet oħra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. It-triq imsemmija għadha kemm inbniet mill-ġdid b’investiment li ammonta għal kważi €617,000. Minbarra li ssaħħew il-pedamenti tagħha anke permezz ta’ ba¿i bil-konkos, sar ukoll xogħol ta’ allinjament tat-triq. Barra minn hekk, ġew mgħoddijin diversi servizzi minn taħt l-art li kienu jinkludu drenaġġ, ilma u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll inbnew bankini ġodda. Finalment it-triq sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Fil-lokalità tal-Gudja, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid ukoll Triq Filippu Castagna, Triq il-Lewż, Daret il-Gudja, Triq Raymond Caruana, Triq Ħal Saptan, Triq id-Dejqa u Triq Santa Katerina, waqt li bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Joseph Pace, Triq Bir Miftuħ u Triq il-Kappella. Diġà hemm ippjanati wkoll biex fix-xhur li ġejjin isiru xogħlijiet bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq, kif ukoll fi Triq Ħal Resqun. Barra minn hekk, din is-sena Infrastructure Malta bniet pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u l-Gudja, waqt li qed taħdem biex daqt tibda l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) li permezz tiegħu se tibni ¿żewġ mini ġodda u flyover fil-junction tar-roundabout tal-Gudja biex ittejjeb l-aċċess lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, il-Gudja, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Malta Freeport.

Il-Gudja – Triq it-Torri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq it-Torri fil-Gudja li ġiet irranġata? Jista’ jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet oħra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħolijiet fi Vjal it-Torri saru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

Knisja ta’ San Pawl f’Bormla — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla tiġi mnaddfa minħabba l-fatt li hemm pjanti li kibru fuq il-koppla tagħha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li diġa sar ftehim bejn il-Kottonera Foundation/Uffiċċju tar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera u d-Direttorat tar-Restawr, sabiex il-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla tkun inkluża fil-pjan tax-xogħolijiet ta’ restawr għas-sena 2021.

Applikazzjoni għal Hotel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba sarx xi progress fil-kwistjoni tal-ex Casino di Venezia peress li issa ilu magħluq għal ċertu snin? Jista’ jgħid jekk sarx avvanz fir-rigward tal-applikazzjoni għal hotel biswit l-istess sit?

Response (BORG, IAN)

B’risposta għall-mistoqsija Parlamentari numru 16374, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li filwaqt li tkomplew it-tentattivi li kienu nbdew qabel 2013 biex uħud minn dawk is-soċjetajiet li għandhom it-titoli fuq diversi propjetajiet fix-Xatt tal-Birgu jirregolarizzaw fl-obbligi kuntrattwali tagħhom, l-Awtorita' tal-Artijiet ħadet dawk l-azzjonijiet disponibbli skont il-liġi biex tirkupra l-propjeta' u/jew id-danni attribwiti mingħand kull minn kiser l-imsemmija obbligi. Tant li hemm kawżi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta. Domandi relatati mal-permessi tal-iżvilupp għandhom jiġu riferuti lill-Ministeru kkonċernat.

Applikazzjoni għal hotel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba hemmx progress fir-rigward ta’ applikazzjoni sabiex tinbena hotel fix-Xatt tal-Birgu ħdejn l-ex Casino di Venezia?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiemha biex tipproċessa proposta li tinvolvi bini ta' lukanda fix-Xatt tal-Birgu fejn dak li kien Casino di Venezia.

Bormla – Ground Peppi Delceppo — progress

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13373, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress rigward il-ground Peppi Delceppo f’Bormla?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla illi tqabbad perit sabiex jagħmel reviżjoni tal-bills of quantities. L-imsemmija tpoġġew għad-diskussjoni u ġew approvati mill-Kunsill Lokali waqt seduta li nżammet f’Awissu 2020. Ninsab infurmat ukoll illi se tinħareġ sejħa għall-offerti għar-riġenerazzjoni tas-sit.

Fondazzjoni tal-GWU – Skema Community Work Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fl-iskema Community Work Scheme sa Ġunju 2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni ingaġġati mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation sa Ġunju 2020 kien ta’ 1,036.

Ambaxxata tal-Greċja – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Greċja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall Greċja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa u meta hu previst li jispiċċa x-xogħol li qed isir fiż-żona ta’ Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-każ taż-żewġ toroq indikati Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsill Lokali li għalihom għandu proġett ta’ pavimentar. L-aġenzija qed twettaq investiment li jammonta għal madwar €300,000 biex tagħmel ix-xogħol kollu konness mal-bdil ta’ servizzi ġodda taħt l-art u ssir sodda tal-konkos bi tħejjija għall-pavimentar li se jsir mill-Kunsill Lokali. Filwaqt li x-xogħol fi Triq id-Dejqa huwa lest, dak fi Triq Santa Katarina ser jitlesta dalwaqt. Fil-lokalità tal-Gudja, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Filippu Castagna, Triq il-Lewż, Daret il-Gudja, Triq Raymond Caruana, Triq Ħal Saptan u Vjal it-Torri, waqt li bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Joseph Pace, Triq Bir Miftuħ u Triq il-Kappella. Diġà hemm ippjanati wkoll biex fix-xhur li ġejjin isiru xogħlijiet bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq, kif ukoll fi Triq Ħal Resqun. Barra minn hekk, din is-sena Infrastructure Malta bniet pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u l-Gudja, waqt li qed taħdem biex daqt tibda l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) li permezz tiegħu se tibni żewġ mini ġodda u flyover fil-junction tar-roundabout tal-Gudja biex ittejjeb l-aċċess lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, il-Gudja, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Malta Freeport.

Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa u meta hu previst li jispiċċa x-xogħol li qed isir fiż-żona ta’ Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li dawn ix-xogħlijiet fl-imsemmija toroq qiegħdin isiru minn Infrastructure Malta. Ninsab infurmat wkoll illi l-Kunsill Lokali ser ikun qed jieħu ħsieb il-pavimentar wara li jitlestew ix-xogħlijiet min-naħa tal-Infrastructure Malta. Bħalissa għaddejja evalwazzjoni ta’ sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol ta’ pavimentar. Il-pavimentar maħsub li jinbeda bejn Novembru u Diċembru ta' din is-sena, u qed jiġi ppjanat li f'sitt xhur ikun lest il-proġett.

Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ta’ restawr qed isir fil-Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja? Jista’ jindika kemm se tiġi tiswa u meta hu previst li tiġi finalizzata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ restawr fuq il-ġebla kemm barra kif ukoll ġewwa qed isir minn studenti tal-MCAST li jagħmlu parti mill-kors ta’ Mastru taħt is-superviżjoni tal-letturi tal-MCAST. Ix-xogħol hu previst li jiġi konkluż fl-2022. Dan jiddependi wkoll minn kemm studenti jagħżlu li jkunu parti minn dan il-programm ta’ taħriġ fis-snin li ġejjin. Il-materjal qed jiġi pprovdut mill-Parroċċa tal-Gudja. Jista’ jkun hemm xi spejjeż relatati maċ-ċaqlieq tal-armar iktar ‘il quddiem.

Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fix-xogħol ta’ restawr li qed isir fil-Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja, il-Ministeru tiegħu hux involut jew ikkonsultat? Jekk iva, b’liema mod?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja, li l-Kunsill qatt ma kien involut b'mod dirett fir-restawr ta' din il-kappella. Ix-xogħol ta’ restawr qed isir mill-istudenti tal-MCAST.

Ambaxxata għall-Irlanda – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Irlanda tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Irlanda tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Żoni tax-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun – ilma lill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex jiġi assigurat provista tal-ilma lill-bdiewa fiż-żona tax-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun minn Ta’ Barkat? Jista jgħid x’volum u x’kwantità ġie provdut tul din is-sena u sal-aħħar ta’ Awwissu 2020?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Konsolat f’Toronto – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-Konsolat tagħna f’Toronto tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Konsolat tagħna f’Toronto tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.