Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16308 u 15122 u jgħid jekk il-kundizzjonijiet kif kontenuti fl-Att Pubbliku tat-13 ta’ Ottubru 1988 li fih ġew trasferiti lil pajjiżna l-partiti tal-mużika komposta mill-Maestro li d-dettalji dawru qed jingħataw separatament, huwiex qiegħdin jiġu debitament osservati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura ninsab infurmat illi l-partiti tal-mużika tal-Maestro Carmelo Pace jinsabu miżmumin fl-arkivji tal- Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Ninsab infurmat ukoll illi t-Teatru Manoel u l-Orkestra qed jesploraw il-possibilitá li l-opri ġentilment mogħtija mill-Maestro Pace lill-Istat jittellgħu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16313 u 15114, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Fgura, Santa Luċija u l-Gudja li rċevew dan il-ħlas?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-wage supplement jitħallas lill min iħaddem f’isem l-impjegati. Il-Malta Enterprise mgħandix dettalji ta’ fejn joqgħodu l-individwi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16313 u 15114, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq, iż-Żejtun u Marsaxlokk li rċevew dan il-ħlas?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-wage supplement jitħallas lill min iħaddem f’isem l-impjegati. Il-Malta Enterprise mgħandix dettalji ta’ fejn joqgħodu l-individwi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu il-Fgura tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm tnejn u disgħin persuna jgħixu l-Fgura li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu sabiex dik li qabel kienet l-Ismoking Room f’Bighi tiġi kkurata u restawrata billi issa sejra ferm iktar lura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li għalkemm ix-xogħol ta’ restawr u snajja oħra fuq l-iSmoking Room jew Smoking Shed f’Bighi bħalissa wieqaf minħabba prijoritajiet oħra tal-aġenzija, f’Ottubru 2019 saru xi interventi strutturali sabiex ix-Shed tiġi ssudata u ma tkomplix sejra lura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu f’Santa Luċija (Malta) tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sbatax-il persuna jgħixu Santa Luċija li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.
Il-Kalkara – Triq il-Kappuċini – tiswijiet u xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm damet sabiex issir Triq il-Kapuċċini fil-Kalkara fit-tiswijiet u xogħol li sarilha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż.
Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq.
It-triq indikata hija fost 120 triq residenzjali li Infrastructure Malta bniet mill-ġdid fl-2020. Ix-xogħlijiet fiha bdew aktar kmieni din is-sena u tlestew fil-jiem li għaddew. Billi t-triq hija twila mhux ħażin, madwar 600 metru minn ħdejn il-Kappella ta’ Santa Barbara u tasal sax-xatt tal-Kalkara, ix-xogħlijiet kienu estensivi u saru f’żewġ fażijiet.
F’din it-triq ġew mgħoddijin minn taħt l-art aktar minn kilometru f’servizzi tal-ilma, telekomunikazzjoni u drenaġġ. Saru wkoll bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq li jġibu l-istess tul, tisħiħ tal-pedamenti tat-triq u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Wied il-Għajn – Traffic lights fi Triq Sant’Antnin mitfija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tiswijiet hemm bżonn li jsiru fit-Traffic Lights li jinsabu fi Triq Sant’Antnin fejn tiltaqgħa ma Triq il-Qaliet u li jara li dawn jsiru għax ilhom tliet ġimgħat wieqfa?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16291 u 15338 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-Ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Tarxien — Triq Joseph Burlo - art f'idejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li hemm fi Triq Joseph Burlo f'Ħal Tarxien faċċata tal-Iskola Maria Goretti hiex f'idejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jekk iva, huwiex previst li jsir xi żvilupp fuqha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li jekk l-art inkwistjoni hija barra mill-perimetru tal-iskola, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ħal Tarxien — Triq Joseph Burlo - art f'idejn dipartiment fi ħdan il-Ministeru jew Kunsill Lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li hemm fi Triq Joseph Burlo f'Ħal Tarxien faċċata tal-Iskola Maria Goretti hiex f'idejn xi dipartiment fi ħdan il-Ministeru jew il-Kunsill Lokali? Jekk iva, huwiex previst li jsir xi żvilupp fuqha?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni li nġabret, ma kien hemm l-ebda devoluzzjoni fuq dan is-sit lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien. Il-Kunsill Lokali m’għandu l-ebda pjanijiet għal din l-art.
Ħal Tarxien — Triq Joseph Burlo - art f'idejn dipartiment fi ħdan il-Ministeru
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li hemm fi Triq Joseph Burlo f'Ħal Tarxien faċċata tal-Iskola Maria Goretti hiex f'idejn il-Ministeru ? Jekk iva, huwiex previst li jsir xi żvilupp fuqha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sabiex inwieġbu d-domanda b’mod korrett, jeħtieġ li jkollna l-indirizz sħiħ tal-propjetà li qed jirreferi għaliha.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport - studenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm studenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport u kemm minnhom sa issa ggradwaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant dwar l-istudenti li daħlu fil-kors tal-MCAST Bachelor of Science (Honours) in Sport, Exercise and Health hu kif se nsemmi:
fl-2016/17 - 15-il student li bdew il-kors bħala Higher Diploma in Exercise for Health u wara għamlu top-up għall-BSc (Hons) in Sport, Exercise and Health. Minn dawn iggradwaw 13 fl-2019.
fl-2017/18 - 39 student bdew il-BSc (Hons) in Sport, Exercise and Health.
fl-2018/19 - 35 student bdew il-BSc (Hons) in Sport, Exercise and Health.
fl-2019/20 - 52 bdew il-BSc (Hons) in Sport, Exercise and Health.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – student ggradwati ingaġġati fl-isptarijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk kemm-il-darba l-istudenti li issa ggradwaw mill-MCAST fil-kors intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex ser jiġu ingaġġati jaħdmu fl-isptarijiet jew fis-servizzi mediċi ta’ pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull persuna li tkun eliġibbli tista’ tapplika għal sejħiet li joħroġ dan il-Ministeru.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – diffikultà għall-ingaġġ tal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il-darba l-istudenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex isibu diffikultajiet sabiex jiġu ingaġġati għax-xogħol f’setturi kliniċi u jekk iva x’inhuma kif ukoll x’passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġu solvuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-MCAST, bħala istituzzjoni edukattiva tagħmel dak kollu possibbli sabiex toffri opportunitajiet varji lill-istudenti sabiex tesponihom għal sitwazzjonijiet, kuntesti u rwoli differenti fi ħdan l-industrija, bħal pereżempju xogħol fi djar tal-anzjani, mal-adolexxenti, jassistu fiżjoterapisti, u dan isir b’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ istituzzjonijiet bħal Sedqa, Caritas u oħrajn, fl-isforz tagħna biex niftħu kemm jista' jkun rotot għall-istudenti. Fil-fatt, fil-kapaċità tagħna ta’ istituzzjoni edukattiva, naħdmu id f'id mal-industrija, fi ħdan tim multidixxiplinarju, biex niżguraw li niffaċilitaw it-transizzjoni tal-istudenti li jaspiraw li jkollhom karriera fis-settur.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – diffikultà għall-ingaġġ tal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il-darba l-istudenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex isibu diffikultajiet sabiex jiġu ingaġġati għax-xogħol f’setturi kliniċi u jekk iva x’inhuma kif ukoll x’passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġu solvuti?
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – diffikultà għall-ingaġġ tal-istudenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-istudenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex isibu diffikultajiet sabiex jiġu ingaġġati għax-xogħol f’setturi kliniċi u jekk iva x’inhuma kif ukoll x’passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġu solvuti?
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex il-pjazza ċentrali magħrufa bħala tal-Vittorja fil-Birgu hiex se tiġi rranġata u pavimentata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu li x-xogħol tat-tiswija u pavimentar tal-Pjazza tal-Birgu se jkun jista’ jinbeda ladarba jitlestew numru ta’ toroq residenzjali.
Intant il-Kunsill Lokali diġa ltaqa’ mal-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu li offriet li tkopri l-ispejje¿ tal-pavimentar fil-waqt li Infrastructure Malta tgħaddi s-servizzi kollha meħtieġa. Aktar informazzjoni tingħata ġaladarba jitlestew id-diskussjonijiet neċessarji.