Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' natura ordinarja u straordinarja saru tul din is-sena fl-iskola sekondarja ta’ Santa Lucija (Malta)?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola Sekondarja ta' Santa Luċija, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) bdiet il-proġett ta' bini tal-ewwel sala għall-iskola kif ukoll għall-faċilitajiet sportivi fuq ġewwa.
Sadanittant, infurmata li tul din is-sena fl-iskola sekondarja saru dawn ix-xogħlijiet:
· Żebgħa f’partijiet minn kurituri
· Tiswija ta' pajpijiet tal-ilma
· Tiswija tas-sistema ta’ drenaġġ
· Tibjid ta' klassijiet
· Tibjid ta’ turġien mad-dawra tal-iskola
· Kamra b'faċilità sanitarja ġdida
· Linji biż-żebgħa tal-parking tad-dawra tal-iskola
· Inżebgħu l-bankijiet tal-grawnd tal-iskola b'kuluri differenti
· Sar xogħol ta' ġardinaġġ inkluż il-qtugħ ta’ siġar tal-palm mejta u tħawwlu siġar ġodda
· Manutenzjoni ta' dawl f'postijiet differenti
· Inqala' grawnd fl-iskola u reġa' sarlu l-konkos mill-ġdid
· Installazzjoni ta’ lift ġdid
· Preparazzjoni għat-twettiq tal-protokol biex jinfetħu l-iskejjel fosthom sinjali fil-grawnd biex jifirdu d-
designated areas,
twaħħil ta'
stickers
skont il-linji gwida, irranġar ta' spazji fil-klassijiet u ċaqlieq ta'
staff rooms.
raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa luċija, il-Gudja u l-Fgura — persuni irreġistrati bħala part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020 li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm rġiel u dan kollettivament u skont l-lokalità rispettiva?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020 u li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll kemm ġew deċiżi tul din is-sena u kemm ġew irtirati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika tal-Fgura tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija tal-Fgura akkwistat 174 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 868 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura — persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, u l-Fgura, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista’ jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb depositat taħt l-iskema ta' rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte Di Pieta? Jista' jindika liema huwa l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx sal-aħħar ta’ Novembru 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Novembru 2020 kien hemm 4,293 rahan depozitati fil-Monte di Pieta, bl-ixjaħ rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm student registrati fl-iskola Primarji f’Ħal Tarxien għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fl-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien hemm 17-il Għalliem u 8 Kindergarten Educators. In-numru ta’ studenti huwa 283 fil-Primarja u 101 fil-Kinder.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika f'Raħal Ġdid tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija ta’ Raħal Ġdid akkwistat 408 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 2,479 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea — proċeduri mid-Dipartiment tad-Dwana
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u x’proċeduri ttieħdu mid-Dipartiment tad-Dwana tul din s-sena sabiex wieħed jilqa' għall-isfida tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewrpea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hekk kif wara l-perjodu tranzitorju sal-aħħar tas-sena 2020, ir-Renju Unit ikun meqjus bħala pajjiz li ma jiffurmax aktar parti mill-Unjoni Ewropeja, il-proċeduri prezenti relatati ma importazzjoni u esportazzjoni minn u lejn ir-Renju Unit ikunu ttrattati bħal f’kull pajjiz ieħor terz. Dan ifisser li l-formalitajiet kollha tad-Dwana jkunu jridu jibdew isiru ukoll għar-Renju Unit u d-dazji u taxxi dovuti kollha jitħallsu skont kif stipulat fil-liġi tal-Unjoni Ewropea.
Sa mill-2018, id-Dipartiment tad-Dwana ħejja għall-eventwalita li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropja mingħajr ftehim.
Id-Dipartiment tad-Dwana kompla jħejji ruħu għal din l-eventwalita billi ħejja laqgħat speċifikati ma’
stakeholders
prinicpali, bħac-
Chamber of Commerce
, il-Karma tal-Intrapprizi z-Zgħar, il-
Unions
u l-assocjazzjonijiet tal-burdnara u tal-operaturi. Inħargu wkoll diversi komunikazzjonijiet lill-mezzi tax-xandir biex il-poplu in ġenerali ikun infurmat tajjeb.
Sar ukoll investiment f
luggage scanner
ġdid għall-ajruport biex iktar jgħin fl-iċċekkjar tal-bagalji. Dan kien meħtieġ biex jilqa’ aħjar għall-influss tal-passiġġieri li jiġu minn u jitilqu lejn ir-Renju Unit.
Sar investiment qawwi fuq is-sistemi tad-Dwana ta’ Importazzjoni u Esportazzjoni u ġie offrut
training
fuq is-sistemi għal 80 individwu fil-privat u għall-impjegati kollha tad-Dwana. Id-Dipartiment tad-Dwana baqa joffri l-possibilta’ ta’
training
lil dawk l-operaturi li xogħolhom huwa esklussivament mar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropeja.
Żona Industrijali ta' Kordin — Cleansing Section - rilokazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ż-żona Industrijali ta’ Kordin tiġi mnaddfa iktar u li l-Cleansing Section li hemm fil-bidu tiġi rilokata għax qed jinġema l-iskart u qed iġibu l-ġrieden ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żoni f’Kordin li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ ta’ Indis Malta Ltd jiġu mnadfa regolarment. Inkwantu għal parti tal-mistoqsija rigward il-Cleansing Section nitlob lill-Onorevolli Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba mil-Libreriji Pubblici minn Jannar sa Novembru 2020? Jista’ jindika ukoll kemm kienu bil-lingwa Franċiza u Taljana?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-aħħar t’Ottubru inxtraw 10,661 ktieb, inkluż ebooks. Minn dawn kien hemm ħdax-il ktieb bil-lingwa Taljana. Ma kienx hemm xiri ta’ kotba bil-lingwa Franċiża.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb depositat taħt l-iskema ta' rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte Di Pieta? Jista' jindika liema huwa l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx sal-aħħar ta’ Dicembru 2019?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2019 kien hemm 4,246 rahan depo¿itati fil-Monte di Pieta, bl-ixjaħ rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.
Żona Industrijali ta' Kordin — Cleansing Section - rilokazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ż-żona Industrijali ta’ Kordin tiġi mnaddfa iktar u li l-Cleansing Section li hemm fil-bidu tiġi rilokata għax qed jinġema l-iskart u qed iġibu l-ġrieden ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni, li huma ma jżommux skart fis-sit indikat. Rigward iż-Żona industrijali ta’ Kordin, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-Għajnuna Soċjali minn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali fl-aħħar ta' Novembru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li applikaw għall-Għajnuna Soċjali bejn Jannar u Novembru 2020, kien ta’ 1895.
Intant fl-aħħar ta’ Novembru, l-ammont ta’ benefiċjarji li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali kien ta’ 6843.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fuq is-swar tal-Belt Senglejana u kemm huwa mistenni li jintefaq fl-istess?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr li qed isir fuq is-swar ta’ San Mikiel fid-daħla tal-Isla, liema restawr jinkludu t-torri tal-arloġġ u l-gardjola huwa stmat li jiġi jiswa mhux aktar minn €1,362,189.79 exc vat. Dan wara li kienet ħarġet sejħa għal offerti. Il-proġett huwa maniġjat mill-GHRC.
Direttur tal-Portijiet – permessi għal bastimenti biex jidħlu fil-Port il-Kbir
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bastimenti ngħataw il-permess mid-Direttur tal-Portijiet sabiex jidħlu fil-Port il-Kbir u jsorġu mal-moll tal-Oil Tanking fil-bajja tar-Rinella tul is-sena li għaddiet 2019 u din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li mal-moll ta’ Ricasoli Tank Cleaning Farm tul is-sena li għaddiet sal- 24 ta’ Settembru 2020 kien hemm 18-il vapur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu Raħal Ġdid tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sebgħa u ħamsin persuna jgħixu Raħal Ġdid li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu Ħal Tarxien tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sebgħa u ħamsin persuna jgħixu Ħal Tarxien li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16289 u 15339 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju, u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. L-informazzjoni fit-tabella tindika l-ħlas kollu li sar fl-2019, iżda li jista’ jinkludi wkoll ammonti li jkopru perjodi tal-2018.