Legislature:
Category:
Reset
Active:

Immigranti rregolari ripatrijati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il immigrant irregolari ġie ripatrijat tul is-sena li għaddiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi matul l-2020, minkejja diversi sfidi relatati mal-COVID-19 u l-għeluq tal-ajruporti, kien hemm total ta’ 381 persuna li ġew ripatrijati bi proċeduri stabbiliti.

Immigranti rregolari li ġew rilokati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il immigrant irregolari ġie rilokat is-sena li għaddiet u lejn liema pajjiżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi matul l-2020 Membri Stati oħra kkommettew ruħhom li jirrilokaw 497 immigrant minn Malta li daħlu rregolarment bid-dgħajsa. Minkejja diversi sfidi relatati mal-COVID-19 u l-għeluq tal-ajruporti, sal-aħħar tas-sena ġew rilokati 273 immigrant. Dawn l-immigranti ġew rilokati lejn Franza (106), Ġermanja (125), Portugal (6), Lussemburgu (7), Finlandja (25) u Rumanija (4). It-trasferimenti ta’ dawn il-persuni ser jitkomplew fl-2021.

Talbiet għall-benefiċċju tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-benefiċċju tal-Parole s-sena li għaddiet u kemm talbiet ġew milqugħa? Jista’ jindika wkoll kemm kien l-ammont komplessiv ta’ applikazzjonijiet sena b’sena, minn meta bdiet topera din il-liġi u kemm ġew effettivament milqugħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2020 saru tnejn u sebgħin (72) talbiet għal beneficcju tal-Parole. Uħud minn dawk għadhom qed jiġu proċessati. Waqt li s’issa minn dawn it-talbiet li saru fl-2020, ħdax (11) minnhom ġew milqugħa. Fl-2013 kien hemm ħamsa u disgħin (95) applikazzjoni għall-parole. Fl-2014 kien hemm mija u tnejn (102) applikazzjoni għall-Parole Fl-2015 kien hemm mija u disgħa (109) applikazzjoni għall-Parole. Fl-2016 kien hemm tmienja u disgħin (98) applikazzjoni għall-Parole Fl-2017 kien hemm tlieta u sebgħin (73) applikazzjoni għall-Parole. Dawn jinkludu każ li kien ġie referrit lil Bord tal-Parole mill-Qorti Kostituzzjonali Fl-2018 kien hemm sitta u sittin (66) applikazzjoni għall-Parole Fl-2019 kien hemm disgha u sebgħin (79) applikazzjoni għall-Parole Fl-2020 kien hemm tnejn u sebgħin (72) applikazzjoni għall-Parole. Mill-2013 sal-2020 kien hemm total ta’ mija u erbgħa u erbgħin (144) li ġew milqugħa.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — residenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar ta’ Diċembru 2020? Jista’ jindika s-sess u kemm huma jiskuntaw piena u kemm qed jistennew il-proċess tagħhom jiġi konkluż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar ta’ Diċembru 2020 kienu jlaħħqu t-864, li minnhom 808 huma rġiel u 56 nisa. Inżid li kien hemm 260 resident jistenna l-proċess tiegħu jiġi konkluż, waqt li 604 qed jiskuntaw piena.

Persuni li qed jirċievu l-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17559 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu pensjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 u kemm applikaw għaliha minn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 94,836 il-benefiċjarju / a jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll mhux kontributorja sal-aħħar t’Ottubru 2020, filwaqt li kien hemm 7,853 applikazzjoni għall-istess kategoriji ta’ pensjoni sal-aħħar ta’ Novembru 2020.

Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk — persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17551 u jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu ż-Żejtun. Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista' jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta` persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fl-aħħar ta` Ottubru 2020 u li huma rregistrati li jgħixu fl-erbgħa lokalitajiet imsemmija huwa kif qed ikun elendat fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita'Benefiċċjarji - Ottubru 2020Total SASUPUA Ħal Għaxaq3723666 Wied il-Għajn1066019185 Marsaxlokk2211134 Żejtun1147614204 Total27917040489 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għal parti fejn huwa qed jistaqsi kemm applikaw persuni , u kemm ma baqgħux jirċievu il-benefiċċju, huwa importanti li jiġi elenkat minnhu għall-liema perjodu ta żmien qed jirreferi, ħalli tkun tista tinġabar u tingħata l-istatistika eżatta.

Arbitru għas-Sigurtà Soċjali — appelli pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17545 u jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll kemm ġew deċiżi tul din is-sena u kemm ġew irtirati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hi kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt: Appelli Diċembru 2020 Appelli pendenti sa Diċembru 2020 1087 Appelli deċiżi sa Diċembru 2020 238 Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Diċembru 2020 155 Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Diċembru 2020 128

Xatt tal-Birgu – tneħħija ta’ materjal

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-materjal li hemm abbandunat fl-aħħar parti tax-Xatt tal-Birgu jiġi mneħħi billi huwa perikoluż?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’tip ta’ materjal hemm abbandunat filwaqt li jikkonferma jekk iż-żona msemmija taqax taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

Paola Hub — spejjeż

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16300, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża li saret fil-Paola Hub, Ċentru tas-Saħħa tul is-sena 2020 u dik prevista għal tul din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2020 l-ispiża Attwali li saret fil-Paola Hub kienet € 3,949,901 filwaqt li dik prevista għal-2021 għandha tkun ta’ madwar €24 miljun.

Bring-in Sites – kontrol u infurzar ta’ indafa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli sabiex twettaq is-sorveljanza, kontrol u infurzar fuq l-istat nadif u skont ir-regoli tal-iġene tal-bring in-sites li għandna f’pajjiżna?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16208.

Bring-in Sites – kontrol u infurzar ta’ indafa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli sabiex twettaq is-sorveljanza, kontrol u infurzar fuq l-istat nadif u skont ir-regoli tal-iġene tal-bring in-sites li għandna f’pajjiżna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bring-in Sites – kontrol u infurzar ta’ indafa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli sabiex twettaq is-sorveljanza, kontrol u infurzar fuq l-istat nadif u skont ir-regoli tal-iġene tal-bring in-sites li għandna f’pajjiżna?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Xiri ta’ Hearing Aids

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta hija l-aħħar darba li nxtrat konsenja ta’ Hearing Aids u kemm kienet l-ispiża fuq dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant peress illi l-kundizzjonijiet mediċi tal-pazjenti huma varji, jinxtraw diversi tipi ta’ hearing aids. L-aħħar li ġew ordnati kienu d-Digital Hearing Aids for Children with severe to Profound Loss f’Marzu ta’ din is-sena u l-valur tagħhom kien Ewro33,360.00.

Hearing Aids — kriterji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-kriterji u r-rekwiżiti sabiex persuna tkun tista’ tikkwalifika sabiex tingħata hearing aids? Jista’ jindika kemm kien hemm benefiċċjarji tul din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jikkwalifikaw għal-hearing aids b’xejn huma dawk l-adulti li għandhom l-karta l-bajda, adulti/anzjani li huma residenti fi djar tal-gvern, San Vinċenz De Paul, l-isptar Monte Carmeli u dawk fis-Swali Ġerjatriċi li jagħmlu parti mill-Isptar Ġenerali ta ’Għawdex, membri ta' Ordnijiet Reliġjużi, membri tal-Forzi Armati, membri tal-Korp tal-Pulizija, l-Priġunieri fil-faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll t-tfal u l-adolexxenti żgħar kollha sal-età tat-18 il-sena. Peress li s-smiegħ huwa mportanti għall-iżvilupp ta’ dawn it-tfal u adoloxxenti kemm minħabba l-ispeech development, kif ukoll matul is-snin skolastiċi tagħhom huma intitolati għal bilateral hearing aids. Matul din is-sena ngħataw 90 hearing aid lill-adulti kif ukoll 50 lill tfal/adoloxxenti.

Hearing Aids – Proċeduri dipartimentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-proċedura dipartimentali meta persuni jkollhom ħsara fil-hearing aids? Jista’ jiġi indikat x’servizz jingħata lill-persuni residenti f’Djar tal-Anzjani?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk kollha li huma ntitolati għal hearing aid b’xejn u li jkollhom il-ħsarat fiha, isir l-ispezzjonar tal-hearing aid difettuża mill-hearing aid laboratory technician. Hawnhekk issir it-tiswija neċessarja u f’każijiet li dan ma jkunx possibbli, tingħata oħra ġdida. Il-persuni residenti fi Djar tal-Anzjani huma ntitolati għas-servizzi kollha fir-rigward ta’ hearing aids .

Marsaxlokk – Librerija Pubblika — Kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Marsaxlokk akkwistat 316 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 3,159 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

European Asylum Support Office — inizjattivi mill-Ministeru

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10390, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rifużjoni inkwistjoni ġietx imħallsa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat interpellant it-talba għar-rifuzjoni tinsab fl-aħħar stadju ta’pprocessar mid-Dipartiment tal-VAT qabel tintbgħat lid-Dipartiment tat-Teżor sabiex isir il-ħlas.