Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bejgħ ta’ Pubblikazzjonijiet minn Mużewijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul is-sena li għaddiet kemm ġew mibjugħa pubblikazzjonijiet mill-mużewijiet, u kemm inxtraw online?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat minn Heritage Malta illi l-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet fl-2020 kien jammonta għal tmienja u sebgħin elf, ħames mija u sebgħin ewro u erbgħin ċenteżmu (€78,570.40) mill-mużewijiet. Il-bejgħ online kien jammonta għal sitt elef, mija u wieħed u disgħin ewro u ħamsa u ħamsin ċenteżmu (€6,191.55). Dan jammonta għal total ta’ sebgħa u tmenin elf, erbgħa mija u sittin ewro u erbgħin ċenteżmu (€87,460.40).

Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux iktar laqgħat mal-Kunsilliera tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta mill-aħħar laqgħa fl-2019? Jekk iva, jistgħu jitqiegħdu l-minuti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet (2020) u din is-sena (2021) saru żewġ laqgħat mal-Kunsilliera tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu barra minn Malta. Dawn il-laqgħat saru f’forma virtwali minħabba l-pademija COVID-19 fis-16 ta’ Ottubru 2020 u fit-3 ta’ Frar 2021 rispettivament. Filwaqt li qiegħed inpoġġi kopja tal-minuti tal-ewwel laqgħa (dik li nżammet fis-16 ta’ Ottubru 2020) fuq il-Mejda tal-Kamra, il-minuti tat-tieni laqgħa tat-3 ta’ Frar 2021 ma jistgħux ikunu mpoġġija minħabba li għad iridu jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant jista’ jitlob kopja tal-istess minuti meta dawn jiġu approvati mill-Kunsill fil-laqgħa li jmiss.

Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta — kunsilliera ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma attwalment il-Kunsilliera ġodda tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta li ħadu post dawk li rriżenjaw u x’kienet ir-raġuni tar-riżenja tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kunsilliera li rriżenjaw mill-kariga s-sena li għaddiet kienu tnejn: Is-Sur Shane Delia u s-Sa. Anita Grillo, liema Kunsilliera rre¿enjaw mill-kariga għal raġunijiet personali. Posthom ittieħed mis-Sur John Vassallo u s-Sa Georgina Bugeja rispettivament.

Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta- CMLA – Road Map

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie implimentat s’issa mir-Road Map tas-CMLA li l-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta vvota dwarhom u li kien hemm qbil anki mill-Ministeru dwarha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal PQ bin-numru 19523.

Ambaxxati u rappreżentanzi diplomatiċi ta’ Malta – Sistema tal-accounts ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex ikun hemm assistenza da parti tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol lid-diversi ambaxxati u rappreżentanzi diplomatiċi ta’ pajjiżna in vista tas-sistema l-ġdida tal-accounts? Jista’ f’dan jikkonferma li jidher li kien hemm uħud li ma setgħux jagħlqu l-accounts tas-sena li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qed isib l-assistenza kollha neċessarja mingħand is-sezzjoni tas-CFMS fi ħdan it-Te¿or. Nista wkoll nikkonferma illi l-Ambaxxati kollha għalqu l-accounts tas-sena li għaddiet.

Rappreżentanzi Diplomatiċi ta’ Malta – kredituri u debituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kredituri u debituri kellhom ir-rappreżentanzi diplomatiċi ta’ pajjiżna fl-aħħar tas-sena li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Senior Counsellors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal diplomatiċi tal-karriera li huma fil-grad ta’ Senior Counsellors u għadhom ma ngħatawx pożizzjoni ta’ Ambaxxatur, Kummissarju fil-Kummissjoni Għolja jew Rappreżentant Permanenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, hawn Senior Counsellor tal-karriera wieħed li diġà kellu l-opportunità li jservi kemm bħala Ambaxxatur u anke bħala Kummissarju Għoli għal pajjiżna.

Air Malta – Destinazzjoni lejn Lourdes u lura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-ristrutturazzjoni tal-programm ta’ titjiriet tal-Air Malta għal din s-sena daħletx u ġietx inkluża d-destinazzjoni lejn Lourdes u lura? Jekk iva dawn ser ikunu scheduled jew chartered flights? Kif ukoll jista’ jgħid f’liema perjodu se jiġu skedati u organizzati, meta u x’ħin, u kemm ser ikun maħsub li jġorru passiġġieri?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-ristrutturazzjoni tal-programm tat-titjiriet bdiet tiġi implimentata din is-sena, imma għadha ma daħlitx fis-seħħ kompletament għax l-istudju f’dan ir-rigward għadu għaddej. Barra minn hekk, irridu niftakru li din is-sena (u s-sena li għaddiet) huma snin bla preċedent minħabba l-pandemija, li fihom inqalbu l- użanzi kollha tal-ivvja ġġ ar ta’ taht fuq!

Air Malta – Titjiriet lejn Lourdes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena l-Air Malta bdiet it-titjiriet lejn Lourdes u jistax jiġi indikat kemm użaw is-servizz sena b’sena possibbilment ukoll kemm scheduled u kemm chartered?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta bdiet it-titjiriet lejn Lourdes fl-1988. L-informazzjoni li għanda l_Air Malta hija ta’ dawn l-aħħar 13-il sena, mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu ta’ kull Financial Year. MALTA-LOURDES-MALTA Financial yearsFlight FY2019/20Charter/Schedule FY2018/19Charter/Schedule FY 2017/18Charter FY 2016/17Charter FY 2015/16Charter FY 2014/15Charter FY 2013/14Charter FY 2012/13Charter FY 2011/12Charter FY2010/11Charter FY 2009/10Charter FY 2008/09Charter FY 2007/08Charter

Talbiet biex ajruplani statali jew militari jinżlu f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-arja tagħna tul l-2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li tul l-2020 id-Direttorat tal-Protokoll irċieva 122 talba sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu Malta. Id-Direttorat irċieva wkoll 297 talba sabiex ajruplani militari jew statali jidħlu fl-ispazju tal-ajru ta’ Malta.

Talbiet biex bastimenti statali jew militari jidħlu f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna fl-2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-Direttorat tal-Protokoll rċieva sitta u għoxrin (26) talba sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna fl-2020.

Raħal Ġdid – in work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Raħal Ġdid bbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hi kif indikata f’din it-tabella hawn taħt. Raħal Ġdid Sena 2020 Benefiċjarji Nefqa Nisa 44 € 36,253.77 Irġiel 62 € 43,270.28 Total 106 € 79,524.05

Il-Fgura – in work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni fil-Fgura bbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hi kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt: Fgura Sena 2020 Benefiċjarji Nefqa Nisa 66 € 47,354.32 Irġiel 127 € 76,643.34 Total 193 € 123,997.66

Ħal Tarxien – in work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Ħal Tarxien ibbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hi kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt: Tarxien Sena 2020 Benefiċjarji Nefqa Nisa 63 € 38,281.08 Irġiel 64 € 40,739.79 Total 127 € 79,020.87

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid? Jista’ jindika kemm persuni wżaw is-servizz tal-post tul is-sena 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba l-pandemija tal-Covid-19, l-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid, bħal kull uffiċċju distrettwali ieħor, kien miftuħ bil-ħinijiet normali sas-6 ta’ Marzu 2020, filwaqt li kien qiegħed jopera b’servizz limitat sat-3 ta’ Lulju 2020, f’liema perijodu l-uffiċċju kien magħluq għall-pubbliku, bħal kull uffiċċju distrettwali ieħor. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, mis-6 ta’ Lulju 2020, is-servizzi li kienu jingħataw mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju distrettwali u uffiċini distrettwali oħra, bdew jingħataw minn uffiċjali ta’ Servizz.Gov. Għaż-żmien li l-uffiċċju ta’ Raħal Ġdid kien miftuħ għall-pubbliku, matul l-2020, sal-5 ta’ Lulju 2020 (sal-ġurnata li l-Uffiċini Distrettwali kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali), kien hemm 1,882 persuna li wżaw is-servizzi li kienu offruti permezz ta’ erba’ (4) uffiċjali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Sptar Monte Karmeli – persuni ammessi u rikoverati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni ġew ammessi fl-Isptar Monte Karmeli tul l-2020 u jista’ jindika kemm kien hemm persuni rikoverati sal-aħħar tas-sena 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2020 kien hemm 1637 persuna li ġiet ammessa fl-isptar Monte Karmeli. Minn dawn kien hemm 1461 persuna li ġiet discharged u 1072 minnhom ma kellhomx bżonn aktar trattament mill-istess sptar.

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika kemm persuni wżaw is-servizz tal-post tul is-sena 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-pandemija tal-covid-19, l-Uffiċċju Distrettwali tal-Fgura bħal kull uffiċċju distrettwali ieħor, kien miftuħ bil-ħinijiet normali sas-6 ta’ Marzu 2020, filwaqt li kien qiegħed jopera b’servizz limitat sat-3 ta’ Lulju 2020, f’liema perijodu l-uffiċċju kien magħluq għall-pubbliku, bħal kull uffiċċju distrettwali ieħor. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, mis-6 ta’ Lulju 2020, is-servizzi li kienu jingħataw mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju distrettwali u uffiċini distrettwali oħra, bdew jingħataw minn uffiċjali ta’ Servizz.Gov. Għaż-żmien li l-uffiċċju tal-Fgura kien miftuħ għall-pubbliku, matul l-2020, sal-5 ta’ Lulju 2020 (sal-ġurnata li l-Uffiċini Distrettwali kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali), kien hemm 815-il persuna li wżaw is-servizzi li kienu offruti permezz ta’ tliet (3) uffiċjali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Leg 13 PQ #19012 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18185, tista’ l-Ministru tgħid liema bini ġdid tlesta fil-kumpless tal-MCAST tul is-sena li għaddiet? F’liema pożizzjoni jinsab il-proġett sħiħ u meta mistenni jiġi fi tmiemu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-binja tal-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport tlestiet fl-2019. Matul is-sena 2020, tkompla x-xogħol relatat mal-binjiet tal-MRC u l-IICT. Madwar 65% tax-xogħol relatat mal-binjiet issa lest. Huwa stmat li dawn il-binjiet jitlestew sal-2022/2023.