Il-Birgu – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fil-Birgu mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 14-il familja mill-Birgu mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €14,221.90.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’xogħlijiet qed isiru u saru f’Triq Santu Rokku, Kalkara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-Triq Santu Rokku qiegħdha titpoġġa infrastruttura tan-New Water li tikkonsisti tqegħid ta’ main tal-ilma riċiklat u Fibre Optic Cable. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew sa Mejju.
Jista’ l-Ministru jieħu ħsieb li Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid jiġi kkurat, is-siġar jiġu miżbura u jkun imnaddaf u jkun hemm sorveljanza fl-istess post?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Itnerpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li ser ikun qed isaħħaħ l-ħidma tiegħu f'dan il-ġnien.
Paola Hub – soluzzjoni għar-residenti minħabba l-parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni għar-residenti li jgħixu ħdejn il-Paola Hub li qed isibu diffikultajiet kbar sabiex jipparkjaw il-vetturi tagħhom u dan b’inkonvenjent kbir għalihom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali rispettiv rigward problemi ta’ parkeġġ.
Temporanjament f’din iż-żona qed isiru xogħolijiet fuq il-Paola Medical Hub, li huwa proġett tal-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tas-servizzi taħt l-art minn Infrastructure Malta bħala parti mit-tħejjijiet għall-istess proġett. Minħabba li saru trinek fondi madwar żewġ sulari kien hemm bżonn li jittieħdu spazji ta’ xi parkeġġi biex ix-xogħol ikun jista’ jsir b’mod sigur mingħajr ma t-triq tingħalaq kompletament. Malli jitlestew dawn ix-xogħlijiet, l-aġenzija se terġa’ tibni l-bankini u tiksi l-wiċċ tat-triq b’diversi saffi t’asfalt biex l-ispazju fit-triq jerġa’ lura għal li kien.
Infurmat li fil-viċinanzi ta’ din iż-żona jinsab parkeġġ li huwa amministrat mill- Kunsill Lokali.
Paola Hub – soluzzjoni għar-residenti minħabba l-parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni għar-residenti li jgħixu ħdejn il-Paola Hub li qed isibu diffikultajiet kbar sabiex jipparkjaw il-vetturi tagħhom u dan b’inkonvenjent kbir għalihom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istakeholders għaddejjin bid-diskussjonijiet sabiex dan l-inkonvenjent jiġi mtaffi.
Paola Hub – soluzzjoni għar-residenti minħabba l-parkeġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li tinstab soluzzjoni għar-residenti li jgħixu ħdejn il-Paola Hub li qed isibu diffikultajiet kbar sabiex jipparkjaw il-vetturi tagħhom u dan b’inkonvenjent kbir għalihom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq Karl Chircop u Triq is-Sorijiet maġenb is-sit tal-Paola Hub minn Infrastracture Malta, li huma neċessarji għall-proġett. Dawn huma xogħlijiet temporanji u l-parkeġġ għandu jirritorna għan-normal fil-ġimgħat li ġejjin.
Raħal Ġdid – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Raħal il-Ġdid mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 95 familja minn Raħal il-Ġdid mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €152,732.21.
Ħal Tarxien – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Ħal Tarxien mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kient l-ispiża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 38 familja minn Ħal Tarxien mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €58,192.71.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19987, l-informazzjoni mitluba hija kemm ġew reġistrati petizzjonijiet quddiem il-Bord tal-Petizzjonijiet u kemm ġew deċiżi, kemm għadhom pendenti, kemm ġew milqugħa u kemm irrifjutati għas-sena li għaddiet 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.
PQ 20204: Petizzjonijiet Registrati fl-2020, hekk kif processati sal-5 ta April 2021
Total
Mhux Milqugha
12,841
Milqugha
7,151
Milqugha Parzjalment
247
Ma tistax tigi Processata
1,233
Irtirata fit-tribunal
4
Decizjoni Pendenti
266
Total
21,742
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm barklori reġistrati u liċenzjati u jekk humiex jiġu mħallsa skont il-liġi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li skont ir-reġistru tad-dgħajjes kummerċjali, hemm 28 dgħajsa tal-pass irreġistrata b’mod kummerċjali u 23 operatur li joperaw dawn it-tip ta’ dgħajjes.
Żejtun – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fiż-Żejtun mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 ibbenefikaw 124 familja miż-Żejtun mis-sussidju fuq il-kirjiet. L-ispiża kienet ta’ €262,995.16.
Jists’ l-Ministru jieħu ħsieb li Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid jiġi kkurat, is-siġar jiġu miżbura u jkun imnaddaf u jkun hemm sorveljanza fl-istess post?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jieħu ħsieb li Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid jiġi kkurat, is-siġar jiġu miżbura u jkunimnaddaf u jkun hemm sorveljanza fl-istess post?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Wied il-Għajn – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-Kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Wied il-Għajn mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 ibbenefikaw 135 familja minn Wied il-Għajn mis-sussidju fuq il-kirjiet. L-ispiża kienet ta’ €256,689.28.
Wied il-Għajn – Bajja ta’ San Tumas – open air gym
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18318, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarux it-tiswijiet neċessarji għall-open-air gym fil-Bajja ta’ Sun Tumas u ġiex ippreżentat rapport tekniku ta’ dan ai termini tal-liġi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kusnill Lokali ta' Marsaskala illi fil-preżent il-Kunsill qed iħejji stima teknika mill-Perit tal-Kunsill sabiex wara jkun jista’ japplika biex iwettaq ix-xogħol permezz ta’ skema.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18319, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ser jiġu jiswew it-tiswijiet fi Triq il-Gardiel Wied il-Għajn u meta huwa mistenni li ser ikunu x-xhur li, sabiex jiġi konkluż ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt b’mod dettaljat fit-tweġiba preċedenti għall-mistoqsija parlamentari 18319 tal-istess Onorevoli membru, ix-xogħljiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gardiel mhumiex sempliċiment tiswijiet imma din it-triq qed tinbena mill-ġdid b’investiment sostanzjali li hu stmat li se jlaħħaq is-somma ta’ €1,263,610.
It-triq fiha kważi kilometru, minn ħdejn il-Magħluq u twassal sal-Bajja ta’ San Tumas, u se jsirulha xogħlijiet estensivi biex jinbidlu s-servizzi taħt l-art qabel ma t-triq jissaħħulha l-pedamenti u jsirilha wiċċ ġdid b’diversi kisjiet bl-asfalt. Dawn jinkludu tqegħid ta’ katusi u pajpijiet għas-servizzi tal-ilma, drenaġġ, ilqugħ għall-ilma tax-xita, servizzi tat-telekomunikazzjoni u bankini. Għaldaqstant, ix-xogħol mistenni jieħu numru ta’ xhur u għalhekk huwa mmirat li t-triq titlesta fit-tielet kwart ta’ din is-sena. Ix-xogħlijiet se jsiru f’fażijiet biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 17990 u 18320 u 19555 jista’ l-Ministru jibgħat verament uffiċjali mill-Ministeru tiegħu biex il-materjal li hemm f’Xatt tal-Birgu u li fl-aħħar domanda tressqu għall-attenzjoni tiegħu ritratti tal-istess, jirrejalizza li għadu hemm u għadu ma tneħħiex u dan għall-kuntrarju ta’ dak li l-Kamra ġiet infurmata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa’ weġibna diversi drabi din il-PQ, ninsab infurmat u nikkonfermaw minn spezzjoni li saret minn uffiċjali tal-MITP fl-20 ta’ Jannar 2021 fuq il-post msemmi, li l-materjal imsemmi mill-Onoroveroli Interpellant ma jaqax taħt ir-responsabilita’ ta’ dan id-dekasteru. Jkun għaqli la ż-żona hi miftuħa għall-pubbliku jirreferi lill-forzi tal-ordni biex jieħdu azzjoni.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra jekk ix-xogħol f’Triq Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk huwiex konkluż u jekk le għaliex? Tista’ tinforma x’xogħol sar u kemm huwa stmat li ser jiswa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant peress li l-kriterji neċessarji ma ġewx milħuqha minn naħa tal-kuntrattur, it-tender oriġinali ġie tterminat lejn l-aħħar tas-sena 2020 u reġa ġie ppublikat lejn l-aħħar ta’ Diċembru ta’ l-istess sena. It-tender għax-xogħol fi Triq Xrobb l-Għaġin ġie aġġudikat u x-xogħlijiet mistennija jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’xogħlijiet saru tul din is-sena f’Triq Birżebbuġa Tarxien u kemm huwa stmat li ġew jiswew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija kienu parti minn proġett estensiv li fuqu ħadmu diversi entitajiet. Infurmata li min-naħa tal-Enemalta x-xogħol kien jinvolvi t-tqiegħed ta’ żewġ cables tat-33 kV biex jinbidlu cables qodma. Dan sar bil-għan li tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku. Ix-xogħol kien mifrux fuq medda ta’ 1.8 kilometri u t-triq indikata tkopri medda ta’ 76 metru mill-proġett kollu.