Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’inhuwa n-numru ta’ Malta Based Officers (MBO) u Locally Engaged Staff (LES) komplessivament kif ukoll għal kull missjoni u jistax jiġi indikat x’inhuwa xogħolhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Ministeru għandu 140 Malta Based Officers u 204 Locally Engaged Personnel imqassmin kif inhuma fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Locally Engaged Personnel huma ingaġġati primarjament għal xogħol amministrattiv jew għal funzjoni ta’ segretarju, sabiex jassistu MBOs fil-proċessi ta’ Visa u dak konsolari u sabiex jagħmlu xogħol ta’ traduzzjoni. Il-funzjoni ta’ LEP tista’ wkoll tinkludi xogħol ta’ sewwieq u/jew cleaner/maids skont l-esigenzi tal-missjoni.
Ir-rwol ta’ Malta Based Officer, jiġifieri uffiċjal fid-diplomazija, tvarja skont in-natura tal-missjoni. Missjoni bilaterali tiffoka prinċipalment fuq ir-relazzjoni bejn Malta u l-pajjiż li qed jospita il-missjoni. Dik multilaterali tiffoka fuq ir-relazzoni bejn Malta u organizzazzjonijiet internazzjonali u missjoni konsolari tiffoka fuq xogħol konsolari. Il-missonijijiet Bilaterali u Multilaterali jieħdu ħsieb ukoll xogħol ieħor li jkun meħtieġ. Il-missjonijiet kollha jikkontribwixxu sabiex jippromwovu lil Malta f’kull qasam possibbli.
Ħal Tarxien – Triq L-Alfier de Medran – resti arkeoloġiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba kienx hemm resti arkeoloġiċi li ġew identifikati fi Triq L-Alfier De Medran Ħal Tarxien u jistax jindika x’passi ttieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali kienet irċeviet rapport minn terzi dwar sejbiet li seta’ kien hemm fuq sit ta’kostruzzjoni. Wara spezzjoni, ġie nnutat illi fuq is-sit kien instab bir kif ukoll numru ta’ trinek ta’ natura agrikola li ġeneralment (imma mhux biss) kienu jintużaw għat-tħawwil tad-dwieli. Filwaqt li l-bir inżamm, inħareġ permess sabiex it-trinek jitqattgħu wara li saret id-dokumentazzjoni kollha neċessarja.
Ħal Tarxien – Triq L-Alfier de Medran – resti arkeoloġiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba kienx hemm resti arkeoloġiċi li ġew identifikati fi Triq L-Alfier De Medran Ħal Tarxien u jistax jindika x’passi ttieħdu?
Ħal Tarxien – Triq L-Alfier de Medran – resti arkeoloġiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba kienx hemm resti arkeoloġiċi li ġew identifikati fi Triq L-Alfier De Medran Ħal Tarxien u jistax jindika x’passi ttieħdu?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Ħal Tarxien – rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali varji sabiex ġewwa Ħal Tarxien jerġa’ jkun hemm servizzi bankarji bħalma kien hemm fil-passat, senjatament li jkun hemm almenu dak ta’ ATM?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lil Ministru kkoncernat.
Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn.
Bħal toroq oħrajn, it-toroq indikati jinsabu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex jinbnew mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. L-aġenzija hija f’kuntatt dirett mal-Kunsilli Lokali biex fejn verament hemm bżonn, bħalma diġà għamlet f’ċerti lokalitajiet, tappoġġjahom fil-manutenzjoni tat-toroq liema ħidma hija fir-responsabbiltà tagħhom sakemm it-toroq residenzjali jinbnew mill-ġdid. Sadanittant, mistoqsijiet dwar tiswijiet tat-toroq sakemm jasal iż-żmien tagħhom biex jinbnew mill-ġdid għandhom isiru lill-ministeru konċernat miż-żamma ta’ toroq lokali.
Raħal Ġdid – Triq l-Arkata, L-Ibjar u Triq Ninu Cremona – miżuri biex jitnaqqas l-inkonvenjent
Question
Jista’ l-Ministru jara x’miżuri jistgħu jittieħdu sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent kbir lill-ġirien u negozji li hemm f’Triq l-Arkata, L-Ibjar u Triq Ninu Cremona f’Raħal Ġdid, minħabba l-preżenza ta’ uffiċċju ta’ Transport Malta li jiġbed kuljum kwantità kbira ta’ ċittadini?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 l-Awtorità ta’ Transport fetħet uffiċini ġodda ġewwa fiċ-ċentru ta’ Malta. Fl-uffiċini ta’ Ħal-Lija qed jiġu offruti servizzi ħalli b’hekk tiġi mnaqqsa il-konġezzjoni fl-uffiċini ta Raħal Ġdid u jkunu ta’ iktar konvenjenza għal pubbliku.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19937, jista' l-Ministru jgħid x’passi u kordinazzjoni qed issir bejn l-awtoritajiet varji sabiex dak li hemm fil-liġi jiġi implimentat u regolat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-waqt li nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija parlamentari 15107, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm rikorsi ġew preżentati quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva tul s-sena li għaddiet? Jista' jindika kemm daħlu minn meta ġie fis-seħħ u kemm każijiet ġew deċiżi f’dawn s-snin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex matul 2020, ġew ippreżentati 129 rikors quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva. In-numru ta’ rikorsi li daħlu u ġew deċiżi u ċeduti minn meta ġie fis-seħħ l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva (Kap. 490) huwa muri fit-tabella t'hawn taħt:
SenaRikorsi ppreżentatiRikorsi Deċiżi u ċeduti
2009910
20106318
201128873
2012346139
2013337135
2014119177
201575308
201690103
201781119
2018147134
2019130157
2020129137
2021*2624
*sal-31 ta’ Marzu 2021
Jista’ l-Mnistru jgħid x’laqgħat saru tul l-aħħar erba’ snin inkonnessjoni mal-proċess magħruf bħala Naples II u kemm-il darba kien hemm visti f’pajjiżna minn uffiċjali tal-istess kummissjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tul l-aħħar erba’ snin, id-Dipartiment tad-Dwana ipparteċipa f’erba’ laqgħat tal-Heads of Central Coordinationing Units, li fi tlieta minnhom fuq l-agenda kien hemm diskussjoni relatata ma’ Naples II.
Ma’ kien hemm ebda vista f’pajji¿na minn uffiċċjali tal-istess kummissjoni fl-aħħar erba’ snin.
Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn.
Bħal toroq oħrajn, it-toroq indikati jinsabu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex jinbnew mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. L-aġenzija hija f’kuntatt dirett mal-Kunsilli Lokali biex fejn verament hemm b¿onn, bħalma diġà għamlet f’ċerti lokalitajiet, tappoġġjahom fil-manutenzjoni tat-toroq liema ħidma hija fir-responsabbiltà tagħhom sakemm it-toroq residenzjali jinbnew mill-ġdid. Sadanittant, mistoqsijiet dwar tiswijiet tat-toroq sakemm jasal iż-żmien tagħhom biex jinbnew mill-ġdid għandhom isiru lill-ministeru konċernat miż-żamma ta’ toroq lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Peppi Delceppo Ground f’Bormla jiġi rranġat biex jiġi wżat mill-ġdid u jistax fil-frattemp jara li jittieħdu l-passi sabiex il-post jiġi mnaddaf sew?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li it-tender in konnessjoni ma’ dan il-ground ġie aġġudikat. Ix-xogħol mistenni jibda aktar il-quddiem dan ix-xahar.
Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmijja ma jaqgħux taħt ir-responabiilta tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.
Ħal Tarxien – Għassa tal-Pulizija – ftuħ fuq bażi permanenti
Question
Jista’ l-Ministru jassigura li l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Tarxien tinfetaħ fuq bażi permanenti u li għalhekk ikun hemm iktar membri tal-korp assenjati fid-distrett sabiex ikunu jistgħu jsiru r-rondi neċessarji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant, li fl-aħħar ġimgħat ġie mħabbar li Ħal Tarxien ser tkun lokalità oħra inklu¿a fil-proġett tal-community policing. Għaldaqstant, fil-ġimgħat li ġejjin, ir-residenti ta’ Ħal Tarxien ser ikollom servizz aħjar u aktar modern mill-Korp tal-Pulizija.
Kif kelli ċans nispjega l-viżjoni tal-Korp tal-Pulizija hi li jkun hemm preżenza ikbar ta’ pulizija fit-toroq.
L-għassa ta’ Ħal Tarxien tkun miftuħa skont l-esiġenzi tas-servizz. Fl-istess ħin issir wkoll ronda minn uffiċjali b’vetturi tal-patrol, u foot patrol mill-community policing.
Mal-għassa ta’ Ħal Tarxien ġie installat servizz ta’ ‘intercom’ li hu mqabbad 24/7 mal-Control Room fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, minn fejn kull assistenza tingħata skont kif mitlub jew meħtieġ. Infakkru wkoll li ħafna mir-rapporti jistgħu jsiru wkoll permezz tat-telephone jew mezzi elettroniċi oħra.
Minkejja, dan irrid ngħid li l-għases ewlenin se jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum u fil-każ tar-residenti ta’ Ħal Tarxien l-għassa ewlenija li tkopri bis-servizzi tagħha ż-żona li jgħixu fiha hi dik ta’ Raħal Ġdid.
Ħal Tarxien – rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali varji sabiex ġewwa Ħal Tarxien jerġa’ jkun hemm servizzi bankarji bħalma kien hemm fil-passat, senjatament li jkun hemm almenu dak ta’ ATM?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmijja ma jaqgħux taħt ir-responabiilta tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.
Santa Luċija – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Santa Luċija mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kient l-ispiża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikat familja waħda minn Santa Luċija mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €1,933.36.
Il-Fgura – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fil-Fgura mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 80 familja mill-Fgura mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €162,505.05.