Jobsplus — Ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li ma’ Jobsplus il-maġġor parti tal-ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar, huma self employed? Jista’ jgħid kemm huma u x’nazzjonalità għandhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dokumenti mibgħuta lil Jobsplus minn min iħaddem u self-employed, fil-kaz ta’ bidu ta’ mpjieg jew self-employment, u li jinvolvu xogħol ta’ trasport ta’ ikel, ma jindikawx jekk l-ikel hux qed jitwassal fid-djar jew f’postijiet oħra.
Għalhekk, Jobsplus m’għandhiex l-informazzjoni biex tkun tista’ twieġeb din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid f'kemm hemm dokumenti fil-kollezzjoni magħrufa bħala Ġuljana Letard-Ciantar? Jista’ jindika jekk sarx inventarju sħiħ tagħhom u jekk għandhomx restawr? Jista’ jindika wkoll jekk id-dokumenti humiex għad-dispożizzjoni tal-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-kollezzjoni Ġuljana Letard-Ciantar tikkonsisti f’1009 volum kif ukoll ammont ta’ dokumenti sfużi. Bħal f’kull każ ta’ kollezzjoni li tasal fl-Arkivji Nazzjonali, din il-wasla tiskatta diversi proċessi arkivistiċi. Dawn jikkonsistu f’tindif preliminari, katalogar, konservazzjoni professjonali jekk ikun hemm bżonn, diġitaliżazzjoni jekk ikun hemm bżonn u finalment ftuħ għal pubbliku. F’dan il-każ ġew assenjati żewġ arkivisti professjonali li ħadmu fuq din il-kollezzjoni. Tlesta l-katalgu preliminari u bħalissa qed tiddaħħal din l-informazzjoni f’katalgu elettroniku. Il-kollezzjoni għada mhux miftuħa għal pubbliku, iżda hu maħsub li dan isir sal-aħħar ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx inventarju u elenku sħiħ tal-kollezzjoni tar-ritratti magħrufa bħala "Karmenu Fava Collection? Jista’ jinforma jekk din hiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Arkivji Nazzjonali bħalissa għaddejjin bix-xogħol fuq il-katalgu tal-Kollezzjoni Ray Fava, li hi waħda estensiva u li tikkonsisti f’albums, ritratti, kif ukoll eluf ta’ ritratti fuq format ta’ negattivi f’rollijiet. Il-kollezzjoni ser tkun aċċessibbli għall-pubbliku hekk kif ikun lest il-katalgu.
Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19980, jista’ l-Ministru jara li jintbagħat uffiċjal tal-Ministeru biex jassisti għax it-triq qiegħda tisfronda biċċa biċċa u trid terġa’ ssir mill-ġdid?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldesca – irranġar taż-żona tal-madwar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona ta’ madwar il-Knisja ta’ Sant’Ubaldesca f’Raħal Ġdid, it-toroq l-Arkati, Santa Ubaldesca it-Tramuntana, humiex ser jiġu rranġati?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Bħal toroq oħrajn, it-toroq indikati jinsabu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex jinbnew mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li l-aġenzija wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.
Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldesca – rranġar taż-żona tal-madwar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona ta’ madwar il-Knisja ta’ Sant’Ubaldesca f’Raħal Ġdid, it-toroq l-Arkati, Santa Ubaldesca, it-Tramuntana humiex ser jiġu rranġati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Raħal Ġdid – restawr tal-faċċata tal-Knisja ta’ Sant’Ubaldesca
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba sarux l-arranġamenti u t-talbiet neċessarji sabiex il-faċċata tal-Knisja ta’ Sant’Ubaldesca f’Raħal Ġdid tiġi restawrata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat rigward il-mistoqsija parlamentari numru 14487.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20210, jista’ l-Ministru jgħid x’pjan ta’ ħidma hemm imfassal, sabiex l-attività tiġi msaħħa biex Ġnien il-Meditteran f’Raħal Ġdid jinżamm aħjar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20369 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20364 indirizzata lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir, billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-Mistoqsijiet Parlamentari 20702 u 20704 tal-istess Seduta, dawn it-toroq la huma residenzjali u anqas distributorji. Ghaldaqstant, dawn it-toroq jaqghu taht ir-responsabilta’ tal-kunsill lokali skond il-ligi (Kapitolu 363, artikolu 33(1)(a)’
Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20364 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20369 indirizzata lill-Ministru għat-Trasport, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Lokali nvolut ser ikun qed jaħdem id f’id ma’ Infrastructure Malta.
Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20362 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20367 indirizzata lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?
Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20367 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20362 indirizzata lill-Ministru għat-Trasport, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 20703.
Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule – rapport tekniku tat-triq
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20118, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku tal-ħsarat li hemm fit-Triq tal-Pjazza A De Paule Raħal Ġdid u jistax jindika x’passi ulterjuri ser jittieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub.
Il-pass li jmiss huwa li jsir studju xjentifiku indipendenti dwar jekk it-triq saritx skont l-i
specifications
jew le. Jekk saret sew u skont l-i
specifications
ifisser li t-triq ma felħitx għall-ammont ta’ traffiku li jgħaddi minn fuqha ta’ kuljum inkluż
heavy vehicles
.
Wara li joħrog l-eżitu ta’ dan l-istudju, issir laqgħa bejn l-i
stakeholders
kollha inklużi l-kuntratturi u Infrastructure Malta u jittieħdu deċiżjonijiet dwar ir-riparazzjoni ta’ din it-triq.
Raħal il-Ġdid – Pjazza De Paule – kumpens lis-sidien tal-ħwienet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19983, jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali sabiex ikellmu lis-sidien tal-ħwienet indikati billi għal kuntrarju ta’ dak indikat is-sidien batew sew u ma kienx hemm aċċess kif kellhom qabel?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Matul ir-rinovazzjoni tal-Pjazza de Paule seta’ kien hemm inkonvenjent lill-ħwienet u partijiet oħra bħalma jiġri kull meta jsir rinovazzjoni jew tranġar ta’ triq fi kwalsijasi post. Wieħed japrezza li ix-xogħol msemmi ġab miegħu vantaġġi u ambjent aħjar għan-nies tal-lokal. Filwaqt li nifhem il-kuntest tal-mistoqsija, wieħed jrid japrezza li l-vantaġġi ġodda ta l-investiment li sar, se jkun qed iħalli l-frott tiegħu mal-komunita’ kollha ta’ Raħal Ġdid.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19014, jista’ l-Ministru jara u hekk jinforma l-Kamra jekk il-persuni kollha li huma intitolati għal żidiet ai termini tal-ftehim imsemmi, qegħdin effettivament jirċievu dan, għax jidher li ma humiex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija Parlamentari 19014, ninsab infurmat li biex jiġi mplimentat fis-sħiħ il-ftehim kollettiv li ġie ffirmat mal-Korp Diplomatiku, jonqos jitħallsu d-differenzi tal-
Post Adjustment Allowance
(PAA)
, skont il-Manwal tal-Kundizzjonijet tas-Servizz, tal-uffiċjali li ġew assimilati f-iskali 6 u 8. Dawn kienu tħallsu l-
PAAs
fi-skali 7 u 9 rispettivament.