Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura – Triq San Pietru — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet saru f’Triq San Pietru Fgura tul din is-sena?

Response (BORG, IAN)

Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajji¿na u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos. It-triq indikata hija waħda mit-toroq residenzjali li għadhom kemm tlestew u x-xogħljiet li saru fiha biex inbniet mill-ġdid kienu jinkludu bdil u żieda tas-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u telekomunkazzjoni, bini ta’ bankini ġodda, tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.

Ħal Tarxien – Triq l-Isqajjaq — pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-parti l-antika ta’ Triq l-Isqajjaq f’Ħal Tarxien hiex sejra tiġi pavimentata jew irranġata mill-ġdid, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li Triq l-Isqajjaq se tkun pavimentata mill-Kunsill malli Infrastructure Malta tkun lestiet ix-xogħlijiet fl-istess triq u l-Pjazza. Diġa’ saru diskussjonijiet bejn il-Kunsill u Infrastructure Malta f'dan ir-rigward.

Ħal Tarxien – Triq Xintill – restawr tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-istatwa l-antika tal-Immakulata Kunċizzjoni li tinsab fil-bidu ta’ Triq Xintill, Ħal Tarxien, terġa’ tiġi restawrata u miżmuma lura sewwa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-istatwa l-antika tal-Immakulata Kunċizzjoni għadha fi stat tajjeb wara r-restawr li sar fl-2014 u għaldaqstant mhux jikkunsidra li jerġa’ jirrestawraha.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule – responsabilità tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ħax parir legali fir-rigward tar-responsabbilità legali li hemm fl-eżekuzzjoni tax-xogħol ħażin li sar fil-Pjazza A De Paule, Raħal Ġdid billi hemm numru ta’ persuni li rrappurtaw li sofrew dannu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Konsultattitv għan-Nofsinhar ta’ Malta, li ma tteħidx parir legali. Madankollu, ittiehdu pariri professjoniali minn żewġ periti fir-rigward tal-upgrades neċessarji.

Raħal Ġdid – Ġnien Pawlu Boffa — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Ġnien Pawlu Boffa f’Raħal Ġdid jingħata iktar attenzjoni u jinżamm aħjar u jsir iktar tibdil u servizzi fih?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li Ġnien Pawlu Boffa jinsab fuq il-programm tax-xogħlijiet tal-Kunsill, li qiegħed jaħdem fuq pjanti ġodda sabiex ikun jista isir xogħol fih. Dawn ix-xogħlijiet jibdew wara li jitlestew prijoritajiet oħra.

Raħal Ġdid – Ġnien San Alwiġi — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Ġnien San Alwiġi f’Raħal Ġdid jingħata iktar attenzjoni u jinżamm aħjar u jsir iktar tibdil u servizzi fih?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li l-Ġnien San Alwiġi huwa wieħed minn dawk li jinstabu fuq il-programm tax-xogħlijiet, li ser jara żvilupp sħiħ ġo fih. Għaldaqstant fil-jiem li ġejjin ser jibda ix-xogħol fuq il-pjanti għall-proġett ta' tisbiħ ta' dan il-ġnien.

Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule – rapport tekniku tat-triq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20706, jista’ l-Ministru jgħid liema Ministeri ġew infurmati dwar il-ħsarat kbar li hemm f'Pjazza Antoine de Paule Raħal Ġdid u x'passi ttieħdu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ġie avviċinat il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, filwaqt li qed isiru studji tal-kwalita tax-xogħol sabiex jiġi determinat jekk in-nuqqas kienx wieħed relatat mal-kuntrattur jew le.

Ħal Tarxien — Tal-Barrani – asfaltar ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq indikata bħala Tal-Barrani li tinsab però fuq il-parti ta’ ġewwa ta’ Ħal Tarxien, hiex sejra tiġi asfaltata mill-ġdid minħabba l-istat li tinsab fiha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq indikata diġà kienet fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta sabiex isirulha t-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa u wara tinkesa mill-ġdid fiż-żmien li ġej. Persuni li jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet b’xi xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta, jew li jixtiequ jwasslu xi suġġerimenti lill-istess entità, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jibagħtu messaġġ permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Ħal Tarxien — Tal-Barrani – asfaltar ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq indikata bħala Tal-Barrani li tinsab però fuq il-parti ta’ ġewwa ta’ Ħal Tarxien hiex sejra tiġi asfaltata mill-ġdid minħabba l-istat li tinsab fiha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lilll-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għal Mistoqija Parlamentari numru 21626.

Raħal Ġdid – faċilitajiet pubbliċi – servizz ta’ tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-faċilitajiet pubbliċi ("public convenience") ġewwa Raħal Ġdid humiex ilkoll f'idejn il-Kunsill Lokali u jekk le għala? Jista’ jindika x'servizz ta' tindif hemm biex jinżammu tajba kif mistenni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li bħalissa il-Kunsill għandu f'idejh il- faċilitajiet pubbliċi (public convenience) tal-Ġnien Pawlu Boffa u ta' Triq il-Foss. Assenjanti magħhom hemm ħaddiema mill-iskema Community Work Scheme Enterprise Foundation (CWSEF).

Raħal Ġdid – Ġnien il-Mediterran – sistema ta’ dawl aħjar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx talba mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid sabiex Ġnien il-Mediterran ikollu sistema aqwa ta' dawl u għala hemm id-dewmien biex dan jiġi installat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Enemalta PLC ma rċeviet l-ebda’ talba għal sistema aqwa ta’ dawl fil-post indikat.

Raħal Ġdid – Triq San Ġorġ – komunikazzjoni mal-Kunsill Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'komunikazzjoni saret mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid dwar Triq San Ġorġ? Huwa infurmat li hemm diversi residenti li sabu l-vetturi tagħhom b'ħsarat, kif ukoll li ma tistax tgħaddi ambulanza jew servizzi neċessarji u dan minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità rċiviet komunikazzjoni mill-kunsill lokali fir-rigward ta’ din it-triq u wara li għamlet l-ispezzjonijiet neċessarji, ser tkun qiegħda tgħaddi r-rakomandazzjonijiet lill-kunsill lokali.

Raħal Ġdid – Triq San Ġorġ – vetturi tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk investigax id-diffikultà li hemm f'Triq San Ġorġ Raħal Ġdid sabiex vetturi tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jgħaddu billi jidher evidenti li ma jistgħux?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jinvestigax toroq u dan għaliex huwa evidenti li pajjiżna fih toroq li ma jidħlux karozzi jew trakkijiet. Infurmat iżda fit-triq imsemmija jgħaddu minna l-iżgħar vetturi tal-Protezzjoni Ċivili.

Raħal Ġdid – Triq San Ġorġ — ambulanzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk investigax d-diffikultà li hemm f'Triq San Ġorġ Raħal Ġdid sabiex ambulanza tkun tista’ tgħaddi, billi jidher evidenti li ma tistax?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-1 ta’ Ġunju sar test drive bl-ambulanza u nstab li ma hemm l-ebda problema biex vettura ta’ dan it-tip tgħaddi minn Triq San Ġorġ, Raħal ġdid.

Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'responsabbilità legali u x'dokumenti ġew iffirmati sabiex il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid jieħu f'idejh, jekk ma ħax diġà, Pjazza A De Paule?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-Pjazza Antoine de Paule taqa’ de facto taħt il-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid, u għaldaqstant ma kienx hemm il-bżonn ta’ dokumenti iffirmati. Il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta ġie nkarigat bir-refurbisbishments u upgrades neċessarji, liema xogħol qiegħed jiġi mfassal u maħdum bħalissa.

Fgura – appartamenti li bbenefikaw mill-iskema tal-Programm ta’ Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2015)

Question

B’referenza għall-iskema taħt il-Programm ta’ Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2015), jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema appartamenti fil-Fgura minn dan mill-2019 sal-lum? Jista’ jinforma wkoll liema huma previsti li jsiru tul dawn is-sentejn? Jista’ wkoll jinforma jekk fuq dan il-Kunsill Lokali ġiex ikkonsultat?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2019 il-Kunsill Lokali tal-Fgura bbenefika minn żewġ blokok taħt l-iskema tal-Manutenzjoni tal-Komun fil-binjiet tal-Gvern. Il-blokok kienu s-segwenti: BLK B1, TRIQ MARTIN LUTHER KING, FGURA BLK C1, TRIQ IL-GOJJIN, FGURA Ix-xogħol fi Blk C1, Triq il-Ġojjin huwa ffinalizzat filqwaqt li ta’ Blk B1, Triq Martin Luther King wasal fi stat avvanzat. Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Kunsill Lokali, fejn huwa l-Kunsill Lokali li jidentifika liema blokka jkun jixtieq li tipparteċipa fit-tali sena skond in-numru ta’ blokok li jkunu ġew allokati lilu mill-Awtorita’ tad-Djar. Matul is-sena 2020 l-Kunsill Lokali tal-Fgura ġie allokat 3 blokok oħra sabiex jipparteċipaw ukoll f’din l-iskema. Il-proċess tal-għażla għadu għaddej.

Raħal il-Ġdid – appartamenti li bbenefikaw mill-iskema tal-Programm ta’ Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2015)

Question

B'referenza għall-iskema taħt il-Programm ta' Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2025), jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema appartamenti f'Raħal Ġdid ibbenefikaw minn dan mill-2019 sal-lum? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra liema huma previsti li jsiru tul dawn is-sentejn? Jista’ wkoll jinforma jekk fuq dan il-Kunsill Lokali ġiex kkonsultat?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2019 il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ibbenefika minn sitt blokok taħt l-iskema tal-Manutenzjoni tal-Komun fil-binjiet tal-Gvern. Il-blokok kienu s-segwenti: 75 A & B, TRIQ TAL-BORG, PAOLA 103 A & B, TRIQ TAL-BORG, PAOLA 123 A & B, TRIQ TAL-BORG, PAOLA UNIT 3, BLK C, TRIQ SANTA MONIKA, PAOLA 60 A & B, TRIQ SAN GUZEPP, POALA 27/28, TRIQ JOSEPH STIVALA, POALA Ix-Xogħol f’Unit 3, Blk C, Triq Santa Monika beda u diġa sar l-ewwel pagament fuq ix-xogħol li sar, fil-kumplament tal-blokok l-oħra ix-xogħlijiet għadhom fi stadju inizjali. Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Kunsill Lokali, fejn huwa l-Kunsill Lokali li jidentifika liema blokka jkun jixtieq li tipparteċipa fit-tali sena skond in-numru ta’ blokok li jkunu ġew allokati lilu mill-Awtorità tad-Djar. Matul is-sena 2020 l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ġie allokat 5 blokok oħra sabiex jipparteċipaw ukoll f’din l-iskema: Blk A, Unit 3, Triq it-Tempji Neolitici, Paola 112 A & B, Triq San Guzepp, Paola Blk H, Unit 3, Triq Santa Monika, Paola Blk I, Unit 3, Triq Santa Monika, Paola 90 A & B, Triq is-Sorijiet, Paola Dawn il-blokok qegħdin fil-proċess li jiffirmaw il-kuntratti. Din is-sena 2021 ġew allokati 8 blokok oħra lill-Kunsill ta’ Raħal Ġdid liema proċess għadu fl-stadju inizjali tiegħu.

Raħal Ġdid – Ġnien il-Mediterran — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar laqgħa mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid dwar Ġnien il-Mediterran u jista’ jgħid jekk intlaħaqx ftehim dwar kif ser ikun hemm għajnuna mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi żżomm kuntatt kontinwu mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex tara kif tkun tista' tgħin u tassisti fosthom b’ diskussjonijiet biex l-Aġenzija tkun tista' trodd xi ħaġa lill-komunità.

Raħal Ġdid – Ġnien Lorry Sant — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm sabiex Ġnien Lorry Sant f'Raħal Ġdid jibda l-proċess biex jinżamm aħjar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li l-Kunsill kien qed jaħdem fuq pjanti għax-xogħol li hemm ħtieġa li jsir fi Ġnien Lorry Sant. Issa li dawn lesti qed isir xogħol dwar il-finanzjament ta' dan l-istess proġett sabiex ikun jista isir xogħol fuqu fix-xhur li ġejjin.