Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm bżonn li jsir u meta ser isir fi Triq il-Knisja, Tarxien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li x-xogħol fi Triq il-Knisja nbeda, u jinkludi r-resurfacing tat-triq.
Ħal Tarxien – spazju quddiem l-iskola Sekondarja – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol qiegħed isir fl-ispazju quddiem l-Iskola Sekondarja f’Ħal Tarxien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li l-ispazju quddiem l-Iskola Sekondarja qed jiġi trasformat f’parkeġġ ta’ 120 karozza. Ser ikun hemm ukoll charging pillars u parkeġġi għall-persuni b’di¿abbilità. Dan ix-xogħol qed isir minn Infrastructure Malta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20366, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali sabiex ġewwa Ħal Tarxien ikun hemm servizzi bankarji adegwati, almenu ATM?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni ta’ ATMs ġewwa Malta u Għawdex minn banek kummerċjali liċenzjati mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) hija deċiżjoni kummerċjali f’idejn kull bank liċenzjat f’Malta. L-MFSA, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, u ebda awtorità oħra, m’għandhom is-setgħa legali sabiex il-banek kummerċjali joffru servizz ta’ ATM, u wisq anqas li joffruh f’xi belt jew raħal partikolari tal-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex minnu li ma kienx hemm oġġezzjoni da parti tal-Kunsill Lokali, sabiex jiġi approvat krematorju f’Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li min-naħa tiegħu oġġezzjona kontra din l-applikazzjoni.
Wara li ddiskuta tali materja fil-laqgħa tal-Kunsill, l-istess Kunsill qabel b’mod unanimu illi joġġezzjona kontra din l-applikazzjoni u għaldaqstant talab lill-Perit tal-Kunsill sabiex jippreżenta din l-oġġezzjoni lill-Awtorita tal-Ippjanar.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier
Question
B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u f’liema stadju dawn jinsabu? Jista’ jiġi indikat kemm ser tiġi l-ispiża?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsill Lokali Ħal Tarxien u ma’ entitajiet oħrajn sabiex tfassal il-pjanijiet tekniċi għat-tisbiħ tal-Pjazza quddiem il-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Tarxien. Fiż-żmien li ġej ser jiġi ffinalizzat id-disinn ġdid ta’ din il-pjazza sabiex jiġi diskuss ma’ dawk kollha konċernati qabel jibdew ix-xogħlijiet.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier
Question
B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u f’liema stadju dawn jinsabu? Jista’ jiġi indikat kemm ser tiġi l-ispiża?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li bħalissa Infrastructure Malta qiegħdha fil-proċess li tagħmel id-disinn tal-pjazza u z-zuntier ta` quddiem il-Knisja Parrokkjali. Il-pavimentar biss ser jitħallas mill-Kunsill Lokali. L-ispiża konnessa ma’ dan il-proġett għadha qed tiġi kwantifikata.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm sabiex isir u meta ser isir fi Triq Birżebbugia, Tarxien?
Response (BORG, IAN)
Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos.
Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata huma parti minn proġett li l-aġenzija qed twettaq flimkien mal-Enemalta waqt li din qed tgħaddi cables ġodda għall-elettriku f’numru ta’ toroq f’din il-lokalità. Fejn meħtieġ, Infrastructure Malta qed ittejjeb ukoll servizzi oħrajn taħt l-art u bankini qabel ma terġa’ tiksi l-wiċċ tat-triq b’diversi saffi t’asfalt.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol sar u qiegħed isir fi Triq ix-Xintill Tarxien?
Response (BORG, IAN)
Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess ¿mien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos.
Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata huma parti minn proġett li l-aġenzija qed twettaq flimkien mal-Enemalta waqt li din qed tgħaddi cables ġodda għall-elettriku f’numru ta’ toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet f’din it-triq tlestew madwar ġimgħa ilu u kienu jinkludu wkoll bdil tas-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’xogħol sar u qiegħed isir fi Triq ix-Xintill Tarxien?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma installat main tal-ilma ġdid b’tul ta’ 176 metru. Sar ukoll reconnecting tas-servizzi bejn il-main ta’ l-ilma u d-djar. Sar ukoll xi tqegħid ta’ cables ġodda minn naħa tal-Enemalta. B’hekk kemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u kif ukoll l-Enemalta lestew ix-xogħlijiet neċessarji kollha.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol sar u qiegħed isir fi Triq ix-Xintill Tarxien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li x-xogħlijiet li saru fi Triq ix-Xintill u li huma kompluti kienu fuq servizzi tal-ilma u trenching tal-Enemalta. Ninsab infurmat wkoll li l-parti ta` Triq ix-Xintill li qiegħda bejn Triq is-Sorijiet u Triq Ħal Luqa hija kompluta u lesta bit-tarmak u s-sinjali tat-toroq inklużi. Il-parti li fadal ta` Triq ix-Xintill li qiegħda bejn Triq is-Sorijiet u Triq Paola jonqosha biss it-tarmak u s-sinjali tat-toroq.
Ħaż-Żabbar – Triq il-Pellegrinaġġ tar-Roti – ġrieden fi djar tar-residenti — passi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma x’passi ttieħdu sabiex jiġu protetti r-residenti ta’ Triq il-Pellegrinaġġ tar-Roti Ħaż-Żabbar mid-diversi ġrieden li qed jidħlu f’djarhom minn għalqa li fiha terzi qed jixħtu materjal varju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva żewġ ilmenti rigward it-Triq indikata. L-ewwel ilment daħal f’Mejju tal-2020 dwar akkumulu ta’ materjal mormi ġo għalqa privata f’din l-imsemmija Triq u infestazzjoni ta’ ġrieden. F’Ġunju ta’ din is-sena daħal ukoll ilment ieħor dwar l-akkumulu biss. Dawn iż-żewġ ilmenti ġew investigati minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali.
Mill-investigazzjonijiet jrriżulta li l-akkumulu li hemm fl-għalqa jikkonsisti fi skart inorganiku bħal bramel vojta tal-plastik u mbarazz ieħor mormi. Minkejja diversi tentattivi sabiex jiġi stabbilit is-sid ta’ din l-għalqa sa’ llum għadna ma nafux lil minn tappartjeni. Saru trattamenti għall-kontra l-ġrieden fl-akkwati ta’ din l-għalqa minn ufficjali tat-Taqsima tal-
Pest Control Unit
fi ħdan id-Direttorat. Dawn it-trattamenti saru kemm is-sena li għaddiet kif ukoll din is-sena.
L-uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali ser ikomplu b’investigazzjoni tagħhom sabiex jiġi stabbilit is-sid tal-għalqa sabiex jitneħħa l-akkumulu.
Ħaż-Żabbar – Triq il-Pellegrinaġġ tar-Roti – ġrieden fi djar tar-residenti — passi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma x’passi ttieħdu sabiex jiġu protetti r-residenti ta’ Triq il-Pellegrinaġġ tar-Roti Ħaż-Żabbar mid-diversi ġrieden li qed jidħlu f’djarhom minn għalqa li fiha terzi qed jixħtu materjal varju?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ikkunsidra din il-materja u bagħat ir-rapport tiegħu lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.
Early Retirement – emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali
Question
In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it 3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma hemm xejn fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali li jipprekludi persuna milli taħdem qabel l-eta’ ta’ 61 sena jew qabel/wara l-età tal-
irtirar.
Jista’ jagħti l-każ li dak li qed isemmi l-Onor. Interpellant ġej mill-kundizzjonijiet ta’ xi skema jew skemi ta’ Early Retirement, liema kundizzjonijiet isiru minn min joffrihom.
Early Retirement – emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali
Question
In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tax-xogħol, biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Early Retirement – emenda fil-liġijiet u miżuri finanzjarji
Question
In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet relattivi u jittieħdu l-miżuri finanzjarji relattivi biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk it-titjiriet li kienu skedati li jibdew mis-16 ta’ Awwissu għal Lourdes mill-Air Malta humiex ser isiru u jekk fin-negattiv, jista’ jindika x’wassal għall-kanċellazzjoni tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta ma kkanċellat l-ebda titjira pjanata għall-Lourdes mid-data ta’ 16 ta’ Awwissu 2021.
L-Air Malta kellha offerta mingħand aġent tal-ivjaggar /operator Malti ta’ ġiti sabiex jikri ajruplan tal-Air Malta f’każ li dan aġent/operatur ikollu bżonn iwassal il-klijenti tiegħu lejn Lourdes, u lura.
L-istess operatur avża lill-Air Malta fit-30 ta’ Lulju li ma kellux biżżejjed domanda u konkorrenza għal dak il-pakkett ta’ ġita li kien qed joffri lill-pubbliku. Għaldaqstant talab lill-Air Malta biex ikun rilaxxat minn dak il-pjan u programm ta’ titjiriet li kien talab.
F’dan il każ l-Air Malta ma kellha l-ebda interess ta’ bejgħ, peress li din ir-rikjesta ġiet diretta mingħand l-aġent/operatur.
L-Air Malta m'ghandha l-ebda ħsieb li tinkludi titjiriet lejn Lourdes fl-iskeda tagħha.