Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Ħal Tarxien ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Ruma – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Ruma tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-ħidma li saret mill-Ambaxxatta ta’pajjizina f’Ruma tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 21379 u 22369, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta effettivament ser jibda dan il-proċess għax ir-residenti qegħdin jum wara jum ibatu minn dan il-konvenjent?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.

Kalkara – Bajja tar-Rinella — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex il-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara għas-sajf li ġej titnaddaf aħjar u tiġi rranġata aħjar milli hi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni tara li t-tindif tal-Bajja tar-Rinella isir regolarment is-sena kollha. Intant l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi offriet għajnuna lill-Kunsill Lokali li kellu jipproponi implimentazzjoni ta’ proġett żgħir ta’ tisbieħ għaż-żona msemmija.

Fondazzjoni Rota

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ mal-Fondazzjoni Rota tul din l-leġislatura u possibilment dwar liema proġetti tkellem magħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li l-entitajiet u l-membri tal-Ministeru jiltaqgħu regolarment, kif kelli l-okkazzjonijiet jiena ukoll, u niddiskutu proġetti speċifici u b’vi¿joni izjed wiesa’ għal dan il-mezz importanti ta’ trasport. Kemm qabel kif ukoll waqt it-twettiq tal-proġetti li jsiru minnha, Infrastructure Malta tikkonsulta ma’ diversi diversi entitajiet, Kunsilli Lokali, awtoritajiet u anke individwi konċernati biex tassigura li l-pjanti u x-xogħlijiet finali jkunu l-i¿jed effiċjenti, siguri u sostenibbli. Għaldaqsant il-konsultazzjoni mill-aġenzija tibda fl-istadju tal-ippjanar, tkompli waqt il-proċedura tal-għoti tal-permessi u saħansitra tissokta wkoll waqt li jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet, bħalma sar fil-ka¿ tal-Marsa Junction Project u Central Link Project fost proġetti oħrajn. Wara konsultazzjonijet li saru ma’ Fondazzjoni Rota, Infrastructure Malta kienet irrevediet il-pjanti tal-Marsa Junction Project biex ¿iedet mina (underpass) ġdida li ffaċilitat l-ivvjaġġar bil-mixi u bir-rota. Minbarra dwar dan il-proġett u Central Link Project, l-aġenzija kellha wkoll diversi laqgħat mal-istess għaqda fuq proġetti oħrajn fosthom dawk tal-Bypass tal-Imrieħel, tal-Bypass tal-Imġarr, ta’ Triq tal-Balal, Luqa Junction Project u l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP).

Fondazzjoni Rota

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kellimx il-Fondazzjoni Rota tul din il-leġislatura u jekk din ġietx konsultata dwar il-Proġett li jrid jsir mill-ġdid ta’ Pjazza A De Paule f’Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma sarux diskussjonijiet mal-fondazzjoni imsemmija.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 20118 u 22246, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dettaljatament x’inhuma dawn l-“up-grades” u jqiegħed ir-rapport tekniku li sar kif ukoll jindika meta ser jibda jsir ix-xogħol?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li wara laqgħa li saret bejn il-partijiet kollha inklu¿ il-Kunsill Lokali ta’Rahal Ġdid, ix-xogħlijiet jew upgrades ser jibdew minn issa pass pass skont il-ftehim bejn il-Kunsill Lokali u l-kuntratturi. Qiegħed inpoġġi r-rapport tekniku u l-Bills of Quantity fuq il-mejda tal-kamra. L-ispejje¿ ta’ dawn ix-xogħlijiet ser jitħallsu mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta.

Ħal Tarxien – Triq Manuel Buhagiar – twaħħil ta’ Sleeping Policeman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir Triq Manuel Buhagiar Tarxien u jikkonsidrax li jkun hemm twaħħil ta’ żewġ sleeping policeman għax din hija traffikuża f’kull ħin tal-ġurnata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Tarxien għaddej bid-diskussjonijiet neċessarji ma’ Infrastructure Malta sabiex Triq Manuel Buhagiar issir mill-ġdid. Il-Kunsill Lokali ser jikkunsidra li jinstalla sleeping police ġaladarba jkun intemm ix-xogħol fuq it-triq.

Ħal Tarxien – Triq Manuel Buhagiar – twaħħil ta’ Sleeping Policeman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir Triq Manuel Buhagiar Tarxien u jikkonsidrax li jkun hemm twaħħil ta’ żewġ sleeping policeman għax din hija traffikuża f’kull ħin tal-ġurnata?

Response (BORG, IAN)

Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni ta's-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos. Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Ġerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill. It-triq indikata, flimkien ma’ toroq oħrajn f’din il-lokalità, diġà qiegħda fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex issir fiż-żmien li ġej. Minn naħa ta’ Transport Malta bħalissa ma għandha l-ebda talbiet pendenti fuq it-triq imsemmija u ser tkun qed tikkomunika mal-kunsill lokali ħalli tara xi bżonnijiet jista’ jkun hemm.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21379, jista' l-Ministru jgħid meta ser jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiġu kontrollati l-ammont kbir ta’ ħamiem li hemm li issa qed jiġġeneraw ukoll l-preżenza ta’ ġrieden?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Paola għandhom Bye-Laws li ma jippermettux li xi persuna titma l-ħamiem selvaġġ. Barra minn hekk, il-Kunsill Lokali ta’ Paola huwa wieħed mill-Kunsilli li ser ikunu qed jibbenefikaw mis-servizz ta’ għalf kontrollat lill-ħamiem selvaġġ, liema servizz qiegħed fl-aħħar fażijiet sabiex jibda jiġi implimentat.

Bord li Jirregola l-Kera — rikorsi

Question

Jista' l-Ministru, wara l-introduzzjoni tal-aħħar emendi fil-liġi tal-kera, jinforma l-kamra kemm-il rikors quddiem l-Bord li Jirregola l-Kera ġie preżentat mill-ewwel ta' Ġunju sal-aħħar ta’ Settembru 2021? Kif ukoll kemm min dawn ir rikorsi ġew diġà deċiżi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta ġew ipprezentati 466 rikors li minnhom ma kien hemm ebda rikors deċiz bejn l-ewwel ta’ Ġunju sal-aħħar ta’ Settembru 2021, filwaqt fil-Qorti ta’ Għawdex, fl-istess perjodu, ġew prezentati 21 rikors. Min dawn kien hemm wieħed irtirat, wieħed ċedut u ieħor deċiż.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kunsill tal-Ewropa – traffic lights

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19551, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jiġu installati l-pelican lights fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Fgura/Żabbar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta hija nfurmata li civil works ser isiru mill-kunsill lokali. L-Awtorita’ qiegħda tassisti kif meħtieġ.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet preċedenti u 20118, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jibda x-xogħol fuq il-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid? Kemm ser tiġi tiswa u min ser iħallas għalih?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li x-xogħol ta’ upgrades tal-Pjazza Antoine de Paule ser jiswa mija u tmienja u erbgħin elf, mitejn u erbgħa u ħamsin Ewro. (€148,254). Dawn ix-xogħlijiet ser jitħallsu mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta. Ix-xogħol mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Furjana – funtana tal-iljun – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser ikun lest ix-xogħol fuq il-funtana magħrufa bħala tal-Iljun fil-Furjana?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li l-Funtana tal-Iljun u x-xogħlijiet li qed isiru fiha u madwarha, mhumiex taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Tarxien – Triq Birżebbugia – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm bżonn li jsir u meta ser isir fi Triq Birżebbugia, Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li x-xogħol fi Triq Birzebbugia attwalment diġa nbeda. Dan jinkludi tibdil tal-bankini u resurfacing tat-triq.

Tarxien – Triq Simmons — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm bżonn li jsir u meta ser isir fi Triq Simmons, Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li x-xogħol jinkludi tibdil tal-bankini fejn hemm il-ħtieġa u resurfacing tat-triq. Ix-xogħol se jibda wara li titlesta Triq Birzebbugia.