Legislature:
Category:
Reset
Active:

Teknoloġija moderna u sigurtà fl-ambaxxati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet senjatament fit-teknoloġija moderna u fis-sigurtà saru fl-ambaxxati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-pandemija ta’ Covid 19, fis-sena 2020, proġetti relatati mas-sigurtà kienu limitati meta mqabbel mas-snin preċedenti. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, investa u implimenta diversi sistemi li minnhom ibbenefikaw kemm il-Ministeru f’Malta kif ukoll l-Ambaxxati li għandna imferrxin madwar id-dinja. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma li sarret mill-Uffiċċju tal-Immaniġjar tad-data f’ambaxxati dawn l-aħħar 12-il xahar.

Marsaxlokk – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Marsaxlokk ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Dublim – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Gudja – Librerija Pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika fil-Gudja u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika tal-Gudja ġew mislufa 23,834 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 19,297 bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija inagħtat mitejn u tlett (203) kotba b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija disgħa u tletin (139) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Pariġi – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Pariġi tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja r-restrizzjonijiet li l-imxija tal-Covid-19 ġabet magħha fil-ħajja ta’ kuljum fi Franza, l-Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi xorta wettqet xogħol fejjiedi fejn setgħet bi preżenza u laqghat fiżika u fejn ma setgħetx permezz ta’ laqgħat u diskussjonijiet virtwali. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal–Kamra l-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Parigi tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Ħal Tarxien — Għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa ta’ Ħal Tarxien tul dawn l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Matul din is-sena ir-residenti ta’ Hal Tarxien bdew jircievu servizz mill-Pulizija ahjar minn dak li kienu jesperjenzaw qabel, u dan wara li gie estiz is-servizz ta’ community policing gewwa Hal Tarxien. Infurmat illi fiż-żona ta’ Hal-Tarxien ukoll issir ronda regulari permezz ta’ vetturi tad-distrett ta’ Raħal Gdid, u dawk tal-RIU biex il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalita, jiġu milħuqa. Ma din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u tingħata kull assistenza mitluba. L-ammont ta’ delitti rappurtati f’din il-lokalita li jkopri il-perjodu bejn Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Ottubru 2021, jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi wkoll dawk marbuta ma’ serq :- Sena Ammont ta’ delitti rrapurtati (inkluz serq) Ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat 2020 189 65 2021 (sa Ottubru) 160 26

Posting Order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala fl-aħħar Posting Order No: 2/2021 (MFA/1537/68/VII) ħarġet numru ta’ punti barra mill-ordinarju u ċjoè li fost l-oħrajn hija mimlija b’postings ta’ persuni li mhumiex membri fil-korp diplomatiku b’tibdil fil-kondizzjonijiet tal-impieg u kif numru ta’ membri tal-Korp li tħaltilhom il-grad tagħhom fejn mhuwiex preċiż, x’inhija l-pożizzjoni u d-dħul rispettiv tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onor. Interpellant li għall-mistoqsija tiegħu jeħtieġ li jiġi ċċarat illi l-Posting Order Nru. 2/2021 ma għandha l-ebda punt li huwa barra mill-ordinarju. Irid jintqal, li wara ż-żieda tal-Affarijiet Ewropej mal-portafoll ta’ dan il-Ministeru, ir-Rappreżentanza Permanenti għall-Unjoni Ewropea (PREU) reġgħet lura taħt il-mandat ta’ dan il-Ministeru. L-istazzjonar ta' diplomatiċi mhux tal-karriera, jinstab partikolarment f'din il-missjoni speċjali, li tirrekluta ħafna mill-uffiċjali tagħha (ħafna minnhom ikunu esperti tekniċi) permezz ta' sejħiet esterni, u mhux permezz tas-sejħa għal-Second Secretaries fil-Korp Diplomatiku. Dawn ikunu sejħiet li jaqgħu taħt l-iskrutinju tal-Kumissjoni għas-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tal-impjieg dwar il-postings. Dan il-metodu huwa speċifiku għall-PREU li għandha bżonnijiet uniċi, fost il-missjonijiet ta’ Malta barra minn xtutna. Irid jingħad ukoll, illi l-Korp Diplomatiku Malti mhux kbir biżżejjed biex jilqa’ għad-domanda tal-missjonijiet tagħna barra minn xtutna, kif ukoll il-bżonnijiet tal-Ministeru. Għalkemm minn żmien għal żmien jinħarġu sejħiet għal Second Secretaries, il-ħtieġa għal dawn l-uffiċjali qed tirriżulta li tkun iżjed min-numru tal-uffiċjali li jkunu reklutati.

Il-Fgura – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni mill-Fgura bbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Il-Gudja — Għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa tal-Gudja tul dawn l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-għassa tal-Gudja li hija għassa sekondarja li tiftah skont il-bzonn, filwaqt li hemm ghassa ohra gewwa l-Ajruport li tkun miftuha kulljum. Infurmat illi fiz-zona tal-Gudja ssir ronda regulari permezz ta’ vetturi tad-distrett taz-Zejtun u dawk tal-RIU biex il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalita, jiġu milħuqa. Ma din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u tingħata kull assistenza mitluba. Fiż-żmien li ġej ġewwa din il-lokalità ser ikun introdott wkoll is-servizz ta’ community policing. L-ammont ta’ delitti rappurtati f’din il-lokalita li jkopri il-perjodu bejn Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Ottubru 2021, jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi wkoll dawk marbuta ma’ serq. In-numru ta’ delitti rrapurtati jinkludu dawk li seħħew fl-ajruport internazzjonali li jaqa taħt l-istess lokalita u għalhekk l-ammonti fit-tabella jidhru separatament: Sena Ammont ta’ delitti rrapurtati (inkluz serq) Ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat 2020 Airport 56 Gudja 57 Airport 35 Gudja 25 2021 (sa Ottubru) Airport 152 Gudja 53 Airport 21 Gudja 16

Budget – fondi għal Kapital

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew minfuqa l-fondi għall-kapital kif provdut fil-Budget tas-sena li għaddiet u fuq liema proġetti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi għall-kapital kif ipprovdut fil-Budget tas-sena li għaddiet u kif intefqu jinsabu hawn taħt: Infiq mill-vot Kapitali 7600: Xogħol ta’ rinovar fl-Ambaxxati (għamara u tagħmir tas-sigurta’) €157,848 Xiri ta’ karozzi għall-Ambaxxati - €131,240 Pagament fuq is-self tar-residenza f’Londra - €81,892 Spejjez professjonali residenza fl-Londra - €64,559 Xogħol ta’rinovar fil-kantina ta’ Palazzo Parisio - €349,037 Xiri ta’ għamara u tagħmir €78,264 Xogħol ta’rinovar fl-uffiċini ta’ Triq Melita - €34,838 Xogħol ta’rinovar fl-uffiċini Triq Zakkarija - €1,059 Xogħol ta’rinovar fl-uffiċini tal-Allied House -€2,452 Installazzjoni ta’ sistema tas-sigurta’ - €3,733 Total €904,922 Infiq mill-vot Kapitali 7836 – Fondi Strutturali: Xogħol ta’ rinovar fl-Ambaxxati - €565,150

Ħal Għaxaq – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Ħal Għaxaq ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Raħal Ġdid – servizzi ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bini tal-Gvern f’Raħal Ġdid li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar installat 2 liftijiet f’Raħal Ġdid u qegħda fil-proċess li tinstalla 6 liftijiet oħra (3 minnhom qed issir analiżi teknika preliminari, u t-3 l-oħra qegħdin fil-proċess li tinħareġ l-offerta u/jew l-għoti tax-xogħlijiet).
Leg 13 PQ #22853 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Santa Luċija – Skola Sekondarja — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru fl-iskola sekondarja ġewwa Santa Luċija (Malta) senjatament fil-bini ta’ sala ġdida u kemm sa issa ntefaq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola Sekondarja li tifforma parti mil-Kulleġġ San Tumas More f’Santa Luċija qegħdin nibnu żewġ swali, waħda biex isservi bħala multi-purpose hall u l-oħra għall-attivitajiet sportivi. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni hu lest filwaqt li s-sejħa pubblika għax-xogħlijiet mekkaniċi, elettriċi u dawk ta’ finishes se tkun ippubblikata fil-ġimgħat li ġejjin. L-ispiża s’issa eċċediet iż-€2 miljun.

Raħal Ġdid — Knisja ta’ Sant Ubaldeska - ħidma

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20718, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-programm ta’ ħidma tas-sena li ġejja humiex ser isiru t-toroq madwar il-Knisja ta’ San Ubaldeska f’Raħal Ġdid?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 750 toroq residenzjali u rurali minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa f’dawn l-aħħar snin. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna, bħal Marsa Junction Project u l-Breakwater tal-Qrejten, f’Marsaxlokk, filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop. It-toroq indikati qegħdin ikunu ppjanati mill-aġenzija biex isiru fiż-żmien li ġej, hekk kif l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Raħal Ġdid – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Raħal Ġdid ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Ħaż-Żabbar – servizzi ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bini tal-Gvern f’Ħaż-Żabbar li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar installat 8 liftijiet ġewwa Ħaż-Żabbar u qegħda fil-proċess li jiġu nstallati 3 liftijiet oħra u li għalihom sejra tinħareġ l-offerta u/jew l-għoti tax-xogħlijiet.

Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16368 u 21102, jista’ l-Ministru jgħid għala mit-18 ta’ Mejju 2021 sal-lum, Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja għadhom ma tlestewx?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħol kien wieqaf sakemm saru l-arranġamenti kollha mill-periti u l-kuntrattur biex jinbeda xogħol. Ix-xogħlijiet fit-toroq imsemmija reġgħu bdew mill-1 ta’ Settembru 2021 u jinsabu fi stadju avvanzat, fejn huma ppjanati li jitlestew lejn l-aħħar tas-sena.

Santa Luċija – bini tal-Gvern — lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bini tal-Gvern f’Santa Luċija (Malta) li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità tad-Djar installat 17-il lift ġewwa Santa Luċija (Malta). Bħalissa qed isiru l-installazzjonijiet ta’ 3 liftijiet u qegħdin fil-proċess li jiġu nstallati 6 liftijiet oħra (3 minnhom qed issir analiżi teknika preliminari, u t-3 l-oħra qegħdin fil-proċess li tinħareġ l-offerta u/jew l-għoti tax-xogħlijiet).

Home Equity Release for Pensioners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni tinsab l-implimentazzjoni tal-hekk imsejħa l-Home Equity Release for Pensioners?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liġi fuq l-Equity Release ġiet fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2019. L-Awtorità nehdiet regoli u gwida fuq l-istess liġi f’Ottubru 2019. Sa issa għad m’hemm l-ebda istituzzjoni li ġiet approvata biex toffri dan il-prodott. Kull meta applikazzjon għal-liċenzja tiġi approvata mill-Awtorità, informazzjoni fuq l-entità li ġiet liċenzjata titpoġġa fuq il-website tal-Awtorità.

Santa Luċija – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Santa Luċija (Malta) u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

L-informazzjoni fit-tabella t’hawn isfel hija minn Jannar sa Ottubru 2021: PQ Number Lokalita Donazzjonijiet Kotba mixtrija ġodda Kotba mislufa 22484 Santa Luċija 450 167 5907 Kotba mislufa fl-aħħar tnax il-xhar (Settembru 2020 sa Ottubru 2021) mill-Librerija ta’ Santa Luċija jammontaw għal 10,448.