Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – In work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Ħal Tarxien ibbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li kien hemm 148 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, li bejnithom fil-perijodu imsemmi, tħallsu b’kollox s-somma ta’ €151,757.97 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021. Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Il-Fgura – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika fil-Fgura u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika tal-Fgura ġew mislufa 9,110 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 6,185 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija ngħatat tliet mija tiemnja u disgħin (398) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija sitta u għoxrin (126) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Madrid – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Madrid tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ħidma u inizjattivi li ttieħdu minn l-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Madrid tul dawn l-aħħar 12 il-xahar.

Raħal Ġdid – In work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Raħal Ġdid ibbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 133 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, li bejniethom tħallsu s-somma ta’ €149,117.49 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021. Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Raħal Ġdid – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Raħal Ġdid u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Raħal Ġdid ġew mislufa 25,367 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 16,633 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija ngħatat mitejn u disgħin (290) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija ħamsa u tmenin (185) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Ħal Tarxien – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Ħal Tarxien u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Ħal Tarxien ġew mislufa 892 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 235 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija ngħatat tliet mija tmienja u ħamsin (358) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mitejn sebgħa u ħamsin (257) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Mill-1 ta’ Marzu 2021, il-Librerija ta’ Ħal Tarxien ingħalqet temporanjament mill-Kunsill Lokali rispettiv sabiex isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni.

Berlin – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Berlin tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Berlin tul dawn l-aħħar 12-il xahar. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar 12-il xahar, l-Ambaxxata Maltija f’Berlin kompliet bil-ħidma tagħha, li naturalment ħafna minnha ġiet affettwata mil-imxija tal-COVID-19. Fil-Ġermanja kien hemm lockdown bejn Novembru 2020 u Mejju 2021. Matul dawn ix-xhur, skont direttivi federali u dawk tas-Senat ta’ Berlin, l-operazzjonijiet mill-ambaxxata kienu ristretti għal każijiet urġenti u għal emerġenzi. Għal żewġ perjodi matul il- lockdown , konformi mad-direttivi tal-awtoritajiet f’Berlin, il-ħaddiema tal-Ambaxxata kienu qed jaħdmu mid-dar.

Arbitru tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm preżentement appelli pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali u kemm ġew deċiżi tul din is-sena u kemm irtirati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Appelli Ottubru 2021 Appelli pendenti sa Ottubru 2021 1290 Appelli deċiżi sa Ottubru 2021 246 Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Ottubru 2021 215 Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Ottubru 2021 189

Il-Fgura – In work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti fil-Fgura bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 231 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, residenti ġewwa l-Fgura. L-ammont totali mħallas fuq dan l-benefiċċju għall-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit, residenti ġewwa l-Fgura, ammonta għal €237,471.94, għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021. Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Santa Luċija (Malta) — għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa ta’ Santa Luċija (Malta) tul din l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-għassa ta’ Santa Lucia li hija għassa sekondarja tinsab magħluqa. Infurmat ukoll illi fiż-żona ta’ Santa Lucija ssir ronda regulari permezz ta’ vetturi tad-distrett ta’ Raħal Gdid, u dawk tal-RIU biex il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalita, jiġu milħuqa. Ma' din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u tingħata kull assistenza mitluba. Fiż-żmien li ġej ġewwa din il-lokalitá ser ikun introdott ukoll is-servizz ta’ community policing. L-ammont ta’ delitti rappurtati f’din il-lokalitá li jkopri l-perjodu bejn Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Ottubru 2021, jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi wkoll dawk marbuta ma’ serq. Sena Ammont ta’ delitti rrapurtati (inkluz serq) Ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat 2020 43 13 2021 (sa Ottubru) 49 11

Moska – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Moska tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ikun ferm aktar apprezzat mid-diplomatiċi Maltin f’Moska li kieku wera interess fl-istat tagħhom waqt din il-pandemija tal-COVID-19. Id-diplomatiċi tagħna ilhom għal sentejn ma jistawx jinżlu Malta minħabba l-pandemija. Ir-Russja għadejja minn perjodu diffiċli ħafna pero’ d-diplomatiċi tagħna baqgħu hemm u kienu strumentali biex offrew għajnuna lil diversi ċittadini Maltin. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Moska tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Wied il-Għajn – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Wied il-Għajn ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Il-Fgura – servizzi ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bini tal-Gvern fil-Fgura li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s’issa ġew installati ħames lifts f’binjiet mikrija ġewwa l-Fgura. Talba oħra qed tiġi pproċessata u l-lift se jitwaħħal fis-snin li ġejjin.

Il-Ġappun – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Intrepellant li qed inpoġġi fuq Mejda tal-.Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Santa Luċija – in work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Santa Luċija (Malta) bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 39 benefiċjarju/a li tħallsu s-somma ta’ €54,961.86 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021. Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Ġnien is-Serenità — riġenerazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu s’issa fir-rigward ir-riġenerazzjoni ta’ Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija wara dak dikjarat f’Lulju 2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, wara snin ta’ telqa, dan l-ispazju miftuħ ġewwa Ġnien is-Serenita se jkun qed jiġi riġenerat għat-tgawdija tar-residenti. Parks Malta lestew diversi xogħolijiet amministrattivi u tekniċi bi preparazzjoni għax-xogħolijiet fiżiċi u ambjentali li jridu jsiru. Dan jinkludi t-tħejjija tal-pubblikazzjoni għas-sejħa tal-offerti u d-disinn tal-proġett li qed isir bl-għan li jikkomplimenta Ġnien is-Serenita. Permezz ta’ dan l-investiment ta’ nofs miljun ewro, se jinħoloq spazju rikreattiv ieħor fin-Nofsinhar ta’ Malta għal individwi ta’ kull eta’. Se jkun post ideali fejn wieħed jista’ jirrilassa, jissoċċjalizza jew jagħmel attivita’ fiżika. Se jkun mammar biex iservi għall-attivitajiet mużikali, kulturali u edukattivi. Ix-xogħolijiet f’dan l-ispazju miftuħ huma mistennija li jitlestew s-sena d-dieħla.

Bormla – Peppi Delceppo Ground — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru f’Peppi Delceppo Ground Bormla billi bħalissa x-xogħlijiet jinsabu wieqfa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li fil-ġimgħat li għaddew, il-kuntrattur ħa ħsieb illi tiġi mwaqqa’ l-infrastruttura antika, jitneħħa l-materjal ¿ejjed u jsir invellar tas-sit skont il-ħtieġa. Huwa mistenni illi x-xogħlijiet fuq il-post jitkomplew matul Novembru 2021.

Santa Luċija (Malta) – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Santa Luċija (Malta) bbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Raħal Ġdid — Ġnien il-Mediterran

Question

B’referenza għad-domanda parlamentari 21108, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Ġnien il-Mediterran jiġi riabilitat u kkurat kif għandu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Paola għaddej b'disskusjonijiet ma’ Parks Malta sabiex din l-entità tassisti fil-kura tal-ġnien. Apparti minn hekk il-Kunsill Lokali Paola ħadem u qiegħed fil-proċess li jdaħħal applikazzjoni l-Awtorita tal-Ippjanar sabiex isir ukoll proġett tar-riġenerazzjoni ta' dan il-ġnien; ġnien li ser jinkorpora fih fost l-oħrajn il-Covid Garden kif ukoll Dog Park.