Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Gudja – Triq San Ċiru – proprjetajiet mhux ikkurati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar parti ta’ Triq San Ċiru, kantuniera ma’ Triq Bettina fil-Gudja hemm proprjetajiet mhux ikkurati b’detriment għall-ġirien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Gudja – Triq San Ċiru – proprjetajiet mhux ikkurati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’passi ttieħdu sabiex tiġi protetta s-saħħa tar-residenti billi fl-aħħar parti ta’ Triq San Ċiru, kantuniera ma’ Triq Bettina Gudja hemm proprjetajiet mhux ikkurati li qegħdin jiġbru l-iskart u ilma qiegħed?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi li matul din l-aħħar sena id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda ilment rigward akkumulu ta’ skart jew ilma qiegħed fi proprjetajiet fi Triq San Ċiru, kantuniera ma’ Triq Bettina, Gudja. Madankollu, saret spezzjoni minn uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali fil-25 ta’ Novembru, 2021, fejn ġie kkonfermat li fi Triq San Ċiru, kantuniera ma’ Triq Bettina Gudja, hemm sit ta’ kostruzzjoni li huwa mdawwar b’ħajt ta’ seba’ filati. F’dan is-sit ma kien hemmx akkumulu ta’ skart imma ġebel u materjal ta’ kostruzzjoni ieħor. Ġie kkonfermat ukoll li hemm ilma qiegħed. Id-Direttorat ħa passi mill-ewwel billi nforma lis-sezzjoni tad-drenaġġ fi ħdan il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma biex jinvestigaw dan il-każ.

Raħal Ġdid – restawr tal-faċċata tal-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20720, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu tul is-sena li ġejja fit-toroq madwar il-Knisja ta’ San Ubaldeska Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li ser ikun qed jagħmel il-pressjoni meħtieġa ma’ Infrastructure Malta sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.

Ħal Għaxaq – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-ilxahar mil-Librerija Pubblika f’Ħal Għaxaq u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Ħal Għaxaq ġew mislufa 15,092 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 8,817-il ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija ngħatat tliet mija u disgħa u għoxrin (329) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija u seba’ (107) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Brussel – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Brussel tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu minn l-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Brussell tul dawn l-aħħar 12 il-xahar.

Marsaxlokk – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Marsaxlokk u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Marsaxlokk ġew mislufa 21,644 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 11,188 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija ngaħtat erba’ mija tmienja u sebgħin (478) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mitejn disgħa u sittin (269) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Bejing – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Bejing tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu minn l-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Beijing tul dawn l-aħħar 12 il-xahar.

Lift fi blokka

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-lift li ġie installat fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tqiegħed b’mod u manjiera li ma jistax jaħdem? Jista’ wkoll jinforma x’ħidma urġenti qed issir biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata mingħajr dewmien għax hija kaġun ta’ diffikultajiet kbar lir-residenti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li kien tqabbad wara li rebaħ sejħa għall-offerti ġie mwaqqaf peress illi x-xogħol ma ġiex imwettaq kif mitlub. Ix-xogħol se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin minn kuntrattur ieħor.

Raħal Ġdid – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Fgura — għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa tal-Fgura tul dawn l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u kemm ma’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-għassa tal-Fgura tkun mifutħa 24 siegħa kuljum. L-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew il-Fgura fil-perjodu msemmi mill-Onor Interpellant kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità’. Infurmat wkoll li r-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, u li eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti - Fgura Ammont 2021 Sa Ottubru Hruq 0 Attentat ta’ offizi 11 Offizi fuq il-persuna 10 Uzu hazin tal- computer 7 Hsarat 86 Vjolenza domestika 42 Drogi 3 Frodi 28 Hasil ta’ Flus 0 Pornografija 0 Pretended rights 5 Offizi sezzwali 5 Serq 50 Theddid u vjolenza 7 Vjolenza fuq ufficcjal pubbliku 1 Total 255

Ħaż-Żabbar – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali f’Ħaż-Żabbar u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Iż-Żejtun – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni miż-Żejtun ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Lisbona – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Lisbona tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu minn l-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Portugall tul dawn l-aħħar 12-il-xahar.

Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldeska – irranġar taż-żona tal-madwar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20719, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu tul is-sena li ġejja fit-toroq madwar il-Knisja ta’ San Ubaldeska f’Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li qed jiddiskuti ix-xogħol li hemm b¿onn fit-toroq tal-lokalita, fosthom dawk imsemmija, ma’ Infrastruttura Malta.

Wied il-Għajn – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Wied il-Għajn u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Wied il-Għajn ġew mislufa 14,711-il ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 9,179 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija ngħatat mitejn wieħed u tmenin (281) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija disgħa u isttin (169) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

High Commission fl-Awstralja – ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-High Commission fl-Awstralja tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal- kamra il-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Kummisjoni għolja ta’ pajjiżna f’ Awstralja tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Raħal Ġdid — għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul din l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew irrappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u kemm ma’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew Raħal Gdid tul is-sena 2020 u sa Ottubru 2021 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità’. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti – Paola Ammont 2020 Ammont 2021 Sa Ottubru Hruq 4 1 Attentat ta’ offizi 16 17 Offizi fuq il-persuna 29 26 Uzu hazin tal- computer 8 2 Hsarat 85 111 Vjolenza domestika 34 25 Drogi 9 18 Frodi 22 45 Offizi relatati ma immigrazzjoni 7 8 Pretended rights 3 4 Serq 102 80 Thedid u vjolenza 5 6 Vjolazzjoni ta’ postijiet ta’ confinement 1 1 Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku 3 7 Abbuz mill- awtorita’ pubblika 0 1 Hasil ta’ flus 0 1 Pornografija 0 2 Offizi sesswali 0 2 Total 328 357

Il-Gudja – In work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti fil-Gudja bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 28 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, li bejniethom tħallsu s-somma ta’ €20,354.74 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021. Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Żejtun – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika fiż-Żejtun u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika taż-Żejtun ġew mislufa 13,713-il ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 10,314-il ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija ngħatat seba’ mija disgħa u erbgħin (749) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija tlieta u ħamsin (153) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Kajr – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Kajr tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq mejda tal- kamra il-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Kajr tul dawn l-aħħar 12-il xahar.