Gudja — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Gudja tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità tal-Gudja għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.
Gudja — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Gudja tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 14-il persuna mil-lokalità tal-Gudja li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €35,515.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Wied il-Għajn — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Wied il-Għajn tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Wied il-Għajn għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995. Ma kien hemm ħadd minn Wied il-Għajn li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.
Wied il-Għajn — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Wied il-Għajn tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 191 persuna mil-lokalità ta’ Wied il-Għajn li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €499,456.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Santa Luċija — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni minn Santa Luċija Malta tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm żewġ persuni mil-lokalità ta’ Santa Luċija li matul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €7,514.
L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex għadhom ma sarux it-tiswijiet neċessarji ta’ natura straordinarja f’numru ta’ residenzi f’Triq iż-Żahar f’Santa Luċija Malta u jista’ jara li jiġu eżegwiti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, hemm rapport wieħed pendenti għall-tiswijiet mingħand inkwilina li toqgħod f’waħda mid-djar li jinsabu fi Triq iż-Żahar, Santa Luċija.
Ninsab infurmat ukoll li ftit ġimgħat ilu kien sar appuntament mal-istess inkwilina biex issir spezzjoni minn Perit tal-Awtorità tad-Djar pero meta mar il-Perit ma sab lil ħadd fil-post u l-anqas kien hemm tweġiba meta pprova jikkuntattja lill-inkwilina. Il-każ qiegħed fuq il-lista pendenti ta’ talbiet għal tiswijiet biex terġa tiġi skedata spezzjoni oħra.
Raħal Ġdid — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Raħal Ġdid tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Raħal Ġdid għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.
Raħal Ġdid — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Raħal Ġdid tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 88 persuna mil-lokalità ta’ Raħal Ġdid li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €262,767.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Fgura — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Fgura tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità tal-Fgura għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.
Fgura – persuni li bbenefikaw minn sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara 1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Fgura tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 83 persuna mil-lokalità tal-Fgura li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €225,311.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Fgura – Triq il-Merħba u Triq Grawwa – ħitan imsewwija
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-ħitan li jinsabu fi Triq il-Merħba u Triq Grawwa Fgura u li huma fi stat perikoluż ħafna, kif ukoll invista tal-kwantità ta’ tfal li jgħaddu, dawn mill-ewwel jiġu msewwija u mibdula?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li l-ħitan msemmija huma tal-privat u għaldaqstant il-Kunsill ma jistax isewwi jew jibdel. Madankollu, l-Kunsill ser jistaqsi lid-Dipartiment tal-Artijiet min hu sid l-art imsemmija sabiex jazah dwar il-ħtieġa li jitneħħa dan il-periklu.
Fgura – Triq il-Merħba u Triq Grawwa – ħitan imsewwija
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-ħitan li jinsabu fi Triq il-Merħba u Triq Grawwa Fgura u li huma fi stat perikoluż ħafna, kif ukoll invista tal-kwantità ta’ tfal li jgħaddu, dawn mill-ewwel jiġu msewwija u mibdula?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarux spezzjonijiet neċessarji fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jiġi mill-ewwel mibdul il-lift li jidher ċar li sar ħażin u dan billi r-residenti qegħdin ibatu ħafna fix-xejn?
Żejtun – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni miż-Żejtun ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità taż-Żejtun għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995. Ma kien hemm ħadd miż-Żejtun li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.
Żejtun – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni miż-Żejtun tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 76 persuna mil-lokalità taż-Żejtun li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €202,517.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Santa Luċija — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni minn Santa Luċija Malta tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Santa Luċija għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 kif ukoll ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.
Il-Gudja – Triq Santa Katarina, Triq Joseph Pace u Triq id-Dejqa — xogħlijiet
Question
B’referenza għad-domandi varji u preċedenti li sarulu, jista’ l-Ministru jgħid fil-qosor meta x-xogħol fit-Toroq Santa Katarina, Joseph Pace u d-Dejqa fil-Gudja ser jitlestew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti, fil-każ tat-toroq indikati Infrastructure Malta ħadmet mal-Kunsill Lokali li għalihom kellu proġettat li jsir pavimentar. L-aġenzija għamlet ix-xogħol kollu konness mal-bdil ta’ sistemi ġodda taħt l-art għas-servizzi tal-ilma, drenaġġ, telekomunikazzjoni, għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita kif ukoll saret sodda tal-konkos bi tħejjija għall-pavimentar li kellu jsir mill-Kunsill Lokali.
Wara li tlestew ix-xogħlijiet, bħalma tagħmel f’kull proġett, Infrastructure Malta wettqet it-testijiet neċessarji u nstab li parti mix-xogħol li sar ma laħaqx il-livelli meħtieġa mill-aġenzija. Għaldaqstant, wara diskussjonijiet li saru mill-Kunsill Lokali, dan ix-xogħol kellu jinqala’ biex jerġa’ jsir qabel ma jibda l-pavimentar.
Il-Gudja – Triq Santa Katarina, Triq Joseph Pace u Triq id-Dejqa – xogħlijiet
Question
B’referenza għad-domandi varji u preċedenti li saru, jista’ l-Prim Ministru fil-qosor jgħid meta x-xogħol fit-Toroq Santa Katarina, Joseph Pace u d-Dejqa fil-Gudja ser jitlestew kif ukoll meta ngħatat l-approvazzjoni biex dawn isiru?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Gudja – Triq Santa Katarina, Triq Joseph Pace u Triq id-Dejqa — xogħlijiet
Question
B’referenza għad-domandi varji u preċedenti li sarulu, jista’ l-Ministru fil-qosor jgħid meta x-xogħol fit-Toroq Santa Katarina, Joseph Pace u d-Dejqa fil-Gudja ser jitlestew?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħlijiet għaddejin u huma ppjanati li jitlestew sal-aħħar tas-sena.
Il-Gudja – Triq San Ċiru – proprjetajiet mhux ikkurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar parti ta’ Triq San Ċiru, kantuniera ma’ Triq Bettina fil-Gudja hemm proprjetajiet mhux ikkurati b’detriment għall-ġirien?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.