Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lift fi blokka

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22929, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta ser jibda x-xogħol fil-flats inkwistjoni għax ir-residenti għadhom ibatu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq il-blokka msemmija ser ikun qed jitkompla matul dan ix-xahar.

Raħal il-Ġdid – Ġnien Pawlu Boffa – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija palamentari 21546 fir-rigward il-Ġnien Pawlu Boffa, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħol sar fih tul is-sena li għaddiet u x’ser isir din is-sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li b’żieda mar-risposti preċedenti li ta, ż-żamma tal-Ġnien Pawlu Boffa baqgħet għaddejja b’mod normali sakemm fis-snin li ġejjin isir xogħol ta’ tisbiħ fil-ġnien.

Raħal Ġdid – Ġnien San Alwiġi – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21547 fir-rigward il-Ġnien San Alwiġi, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħol sar fih tul is-sena li għaddiet u x’ser isir din is-sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li l-Ġnien ta’ San Alwiġi ġie imbarrat biex jitneħħa periklu li hemm sabiex fiż-żmien li ġej isir proġett fil-ġnien.

Gudja – Triq iż-Żebbuġa – xogħol ta’ pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta tul din is-sena ser isir ix-xogħol ġewwa Triq iż-Żebbuġa kantuniera ma’ Triq San Mark il-Gudja u ċjoè tal-pavimentar tagħha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħlijiet infrastrutturali fuq it-triq imsemmija ser ikunu qegħdin jinbdew matul din is-sena.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22656 u dawk preċedenti, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu u meta ser jibda x-xogħol fuq il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jista’ jippre¿enta fuq il-Mejda tal-Kamra rapport aġġornat tal-istess ħsarat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat ix-xogħol fuq il-pjazza beda u jinvolvi titjib u tiswijiet li qegħdin isiru mill-kuntrattur oriġinali u huma sorveljati mill-perit tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta u segwiti mill-Kunsill Lokali Paola. Rigward l-ittestjar tal-porfido, il-kumpanija magħ¿ula qiegħda tagħmel l-aħħar preparamenti flimkien ma’uffiċjal ta’Transport Malta sabiex fi ftit ġranet oħra jibda l-ittestjar. Ta’ min jaċċenna li dan l-ittestjar ma sarx f’Diċembru biex ma jiddisturbax il-kummerċ u attivitajiet tal-Milied. Qiegħed ukoll inpoġġi rapport li jaġġorna l-istess ħsarat fuq il-mejda tal-Kamra.

Santa Luċija – Triq Dawret it-Torri – tneħħija ta’ blokok tal-konkos

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-blokok tal-konkos li tqiegħdu fi Triq Dawret it-Torri Santa Luċija għadhom ma tneħħewx, b’inkonvenjent?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li l-blokok f'din it-triq tqiegħdu minn Infrastructure Malta minħabba x-xogħlijiet li ser jibdew fit-triq imsemmija.

Santa Luċija – Triq Dawret it-Torri – tneħħija ta’ blokok tal-konkos

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-blokok tal-konkos li tqiegħdu fi Triq Dawret it-Torri Santa Luċija għadhom ma tneħħewx b’inkonvenjent?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta qed twettaq proġett ta’ €2.5 miljun biex tibni mill-ġdid aktar minn żewġ kilometri ta’ toroq residenzjali f’Santa Luċija u ttejjeb il-belvedere li jħares fuq il-Wied ta’ Garnaw, b’mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti. Wara li tejbet l-aċċessi ewlenin għal din il-lokalità bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa u bil-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, l-aġenzija ikkollaborat mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija biex tibni mill-ġdid diversi toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet prinċipali tal-proġett jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - li jestendu kważi żewġ kilometri mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw. F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta qed tgħaddi minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra. Fejn meħtieġ, se ssaħħaħ ukoll il-pedamenti tat-toroq u tibni bankini ġodda, qabel ma tlestihom b’wiċċ ġdid bl-asfalt u tlesti xogħlijiet ta’ tisbieħ ieħor fl-istess inħawi. It-titjib tal-belvedere tul medda ta’ kilometru fuq ix-xaqliba tan-nofsinhar ta’ Dawret it-Torri u Triq il-Prinjoli se jinkludi mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u żoni msebbħin b’diversi siġar ġodda. Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija f’kolloaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, iddisinja mill-ġdid din iż-żona mħaddra biex joħloq spazju ta’ rikreazzjoni għar-residenti u rotta aktar sigura għaċ-ċiklisti u dawk li jgħaddu mill-inħawi bil-mixi. Fl-2020, Infrastructure Malta ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ dan il-belvedere. L-aġenzija qed tkompli tieħu ħsieb dawn is-siġar u se tkompli ssebbaħ l-inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli. Filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale huma lesti, bħalissa għaddejja t-tieni fażi ta’ Dawret it-Torri li parti minnha tlesiet ukoll. Il-blokki li qed issir referenza għalihom jinsabu temporanjament fil-bidu ta’ din it-triq għal raġunijiet ta’ sigurezza minħabba x-xogħol li għadu għaddej. Biex it-triq tinżamm miftuħa u l-inkonvenjent ikun l-inqas possibbli, fuq il-post qed ikun hemm ukoll uffiċjali ta’ Transport Malta biex jidderiġu lis-sewwieqa. Permezz tal-istess proġett, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ukoll toroq oħrajn fil-viċin, fosthom Triq Klematis u Triq Dun M. Mifsud li diġà tlestew, kif ukoll Triq il-Ġjaċinti, Triq Mari de Domenicis, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra. Fl-aħħar snin, permezz tal-proġett nazzjonali mifrux fuq seba’ snin għall-bini mill-ġdid tat-toroq residenzjali, l-aġenzija bniet mill-ġdid toroq oħrajn f’din il-lokalità, bħalma huma Triq Bruka, Triq il-Ġiżimin, Triq Żnuber u Triq Gardenja.

Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex ix-xogħol fi Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa fil-Gudja li kellhom ikunu lesti sal-aħħar tas-sena, għadhom ma humiex lesti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħlijiet għadhom mhux lesti minħabba l-waqfa ta¿-¿mien tal-festi u l-kundizzjoni tat-temp li mhux dejjem jippermetti li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa.

Santa Luċija – Triq il-Qronfol – tindif

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba Triq il-Qronfol f’Santa Luċija hiex tiġi mnaddfa regolarment għax jidher li hemm b¿onn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li Triq il-Qronfol qiegħda tiġi mnaddfa skond l-iskeda.

Santa Luċija – Triq Mari de Domenicis – tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara u jinforma l-Kamra meta ser tiġi msewwija Triq Mari de Domenicis f’Santa Luċija quddiem il-Flats Indipendenza?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija Triq Mari De Domenicis għandha tiġi rranġata minn Infrastructure Malta.

COVID-19 – Pensjoni tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif u ai termini ta’ liema dispożizzjoni legali ser tinħadem il-pensjoni tal-ħaddiema li f’dawn is-sentejn naqsitilhom il-paga tagħhom invista tal-pandemija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-pensjoni se tinħadem skont l-Avviż Legali Numru 57 tal-2021.

COVID-19 – Pensjoni tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif u ai termini ta’ liema dispożizzjoni legali ser tinħadem il-pensjoni tal-ħaddiema li f’dawn is-sentejn naqsitilhom il-paga tagħhom invista tal-pandemija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23902 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Raħal il-Ġdid – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2021 u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid għadda taħt it-tmexxija ta’ servizz.gov f’Ġunju 2020. L-ammont ta’ persuni li rrikorrew ġewwa dan l-Uffiċċju fis-sena 2021 kien ta’ 16,511 filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema jammonta għal 4. Dawn is service hubs reġjonali huma one stop shops li minnhom jingħataw mal-1500 servizz governattiv taħt saqaf wieħed.

MRI – magna ma taħdimx

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23589, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jivverifika mill-ġdid billi jista’ jkun li din il-magna għad trid tiġi msewwija u jistax ukoll jikkonferma li pazjenti li għandhom pacemaker jistgħu jgħaddu mill-eżami tal-MRI taħt din il-magna partikolari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 23589, ninfurmah ukoll illi ma hemm l-ebda MRI Scanner 1.2 Tesla kif qed isemmi hu. Id-deċiżjoni jekk pazjenti li jkollhom pacemaker jiddaħlux fil-magna tal-MRI, tiddependi skont it-tip ta’ pacemaker li jkollhom u skont id-direzzjoni li tingħata mit-tim mediku tal-pazjent innifsu.
Leg 13 PQ #23904 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura tul is-sena 2021 u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura għadda taħt it-tmexxija ta’ servizz.gov f’Ġunju 2020. L-ammont ta’ persuni li rrikorrew ġewwa dan l-Uffiċċju fis-sena 2021 kien ta’ 4,721 filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema jammonta għal 3. Dawn is service hubs reġjonali huma one stop shops li minnhom jingħataw mal-1500 servizz governattiv taħt saqaf wieħed.

MRI – magna mhix taħdem

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li l-magna fl-użu tal-MRI indikata bħala 1.2 Tesla mhijiex taħdem u mhijiex tiġi msewwija b’detriment għall-pazjenti li għandhom pacemaker?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Mater Dei hemm tlett (3) MRI scanners, li bħalissa kollha qegħdin jaħdmu kif suppost.

Gudja – Triq l-Awrekarja – dawl mitfi

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra u tara għaliex Triq l-Awrekarja fil-Gudja u t-toroq tal-madwar, qegħdin fuq bażi regolari bid-dawl pubbliku fit-triq mitfi għall-ġimgħat twal? Tista’ tara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ssir it-tiswija neċessarja malajr?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru t-tiswijiet meħtiega mill-Enemalta.

Gudja – Triq l-Awrekarja – dawl mitfi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex Triq l-Awrekarja fil-Gudja u t-toroq tal-madwar jinsabu fuq bażi regolari bid-dawl tat-triq mitfi u dan għal ġimgħat twal? Jista’ jieħu passi sabiex issir it-tiswija neċessarja mingħajr dewmien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-ħsarat fit-toroq imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Enemalta. Il-Kunsill Lokali għadda mill-ewwel r-rapport tiegħu u jirriżulta li l-ħsara ssewwiet.

Ħal Tarxien — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Ħal Tarxien tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Ħal Tarxien għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Ħal Tarxien — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Ħal Tarxien tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 38 persuna mil-lokalità ta’ Ħal Tarxien li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €89,681. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.