Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tarxien – Triq l-Iskola – ġbir ta’ ilma

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra fil-qosor x’passi ser jittieħdu sabiex fil-parti fejn tispiċċa Triq l-Iskola Tarxien kantuniera ma’ Triq Ħal Tarxien Tarxien jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex ma’ jibqax jinġabar kwantità kbira ta’ ilma kif qed jiġri ma’ kull xita?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn local access roads u l-manutenzjoni ta’ culverts f’dawn l-inħawi taqa’ taħt ir-responsabilta tal-Kunsill Lokali.

Ħal Tarxien – Triq Lampuka — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra fil-qosor jekk il-parti ta’ Triq Lampuka Ħal Tarxien hijiex ser tinbidel billi ma’ tinsabx fi stat tajjeb?

Response (BORG, IAN)

Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill. Filwaqt li bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn f’din il-lokalita’, it-triq indikata wkoll hija ppjanata biex issir fiż-żmien li ġej. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24033, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex aċċettabbli li toroq Santa Katerina u d-Dejqa, Gudja jibqgħu mhux lesti wara sentejn skorruti u jistax jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu biex ikunu lesti? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kif ser ikunu l-ispazji għall-ipparkjar tal-vetturi tar-residenti?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23498. Il-kumplament tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Paola Hub – xogħol — nefqa

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24037, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ntefaq komplessivment fuq il-proġett tal-Paola Hub sal-aħħar tas-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għal-proġett tal-Paola Hub sal-aħħar tal-2021 kienet €22,955,029.60. (VAT inkluża).

Raħal Ġdid – Triq Għajn Dwieli – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet ser isiru f'Triq Għajn Dwieli Raħal Ġdid senjatament fil-bidu tagħha tul dawn l-ġimgħat?

Response (BORG, IAN)

Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Fit-triq indikata qegħdin isiru tiswijiet tal-ġnub tat-triq u manutenzjoni tal-wiċċ b’asfalt ġdid. Dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru f’fażijiet biex it-triq kemm jista’ jkun ma tingħalaqx u, kemm-il darba t-temp jippermetti, mistennija jitlestew sa tmiem dan ix-xahar. Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Raħal Ġdid – Triq Għajn Dwieli – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet ser isiru f'Triq Għajn Dwieli Raħal Ġdid senjatament fil-bidu tagħha tul dawn il-ġimgħat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li x-xogħol ser isir minn Infrastructure Malta peress li din hija triq arterjali.

Fgura – parkeġġ – studji

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’studji saru tul dawn l-aħħar tliet snin dwar il-problema li qed isibu residenti fil-Fgura sabiex isibu post fejn jipparkjaw il-vettura tagħhom? Jista’ jindika x’miżuri ser jittieħdu dwar dan?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li l-proġett li għamel minħabba l-islow streets qiegħed inkorporat f’dan l-istudju.

Tarxien – Triq l-Iskola – ġbir ta’ ilma

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ser jittieħdu sabiex fil-parti fejn tispiċċa Triq l-Iskola Tarxien kantuniera ma’ Triq Ħal Tarxien Tarxien jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex ma jibqax jinġabar kwantità kbira ta’ ilma kif qed jiġri ma’ kull xita?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ser jkunu qed jinvestigaw l-ilment imressaq lilhom sabiex jara kif jista jirrimedja.

Ħal Tarxien – Triq Lampuka – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk parti minn Triq Lampuka Ħal Tarxien hijiex ser tinbidel billi ma tinsabx fi stat tajjeb?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien diġa kellem lill-Infrastructure Malta sabiex tkun kkunsidrata mat-toroq li sejrin jsiru din is-sena u qegħdin jistennew risposta.

Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24033, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex aċċettabbli li Toroq Santa Katerina u d-Dejqa, Gudja jibqgħu mhux lesti wara sentejn skorruti u jistax jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu biex ikunu lesti? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kif ser ikunu l-ispazji għall-ipparkjar tal-vetturi tar-residenti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li r-residenti jafu x`inhi sitwazzjoni u qed jifhmu li l-Kunsill qed jagħmel dak kollu possibli sabiex dawn ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar ¿mien possibli għal ġid komuni ta` kulħadd. Il-Kunsill flimkien mall-kuntrattur u l-perit tiegħu qed jaħdmu kontinwament biex jitlesta xogħol. L-ispazji tal-parkeġġ ser ikunu b`tali mod li ma jostakolawx l-ebda bibien ta` residenzi u li jsiru ammont ta` parkeġġi possibli sabiex ir-residenti jkollhom fejn jipparkjaw.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24030 dwar Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jivverifika sewwa x’inhuwa jiġri u dan għax għall-kuntrarju ta’ dak indikat minnu, ebda xogħol ma beda kif ukoll li jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport għax fl-aħħar żewġ domandi ppreżenta l-istess rapport ta’ April 2021?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel ċertifikat tax-xogħol li diġa beda. Iktar ċertifikazzjonijiet jistgħu jinħarġu hekk kif jiġi ċertifikat iktar xogħol matul il-ġimgħat li ġejjin.

Lift fi blokka

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24038, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra f’liema ġurnata ser jinbdew ix-xogħlijiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi laqgħa mal-kuntrattur il-ġdid li sejjer ikompli dan ix-xogħol minnufih twettqet fid-19 ta’ Jannar 2022 fejn għal din il-laqgħa kien hemm preżenti numru ta’ residenti konċernati.

Gudja – Triq iż-Żebbuġa – xogħol ta’ pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta tul din is-sena ser isir ix-xogħol ġewwa Triq iż-Żebbuġa kantuniera ma’ Triq San Mark fil-Gudja u ċjoè tal-pavimentar tagħha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

Gudja – ipparkjar ta’ vetturi minn terzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi regolat l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu diversi residenti fil-Gudja minn ipparkjar ta’ vetturi ta’ terzi li jsiefru u jħallu l-istess hemm għall-ġimgħat sħaħ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li qed jaħdem sabiex dan l-inkonvenjent jiġi regolarizzat permezz ta' bye law.

Gudja – ipparkjar ta’ vetturi minn terzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi regolat l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu diversi residenti fil-Gudja minn ipparkjar ta’ vetturi ta’ terzi li jsiefru u jħallu l-istess hemm għall-ġimgħat sħaħ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar Bye-Law proposta mill-istess Kunsill Lokali. Dawn id-diskussjonijiet mistennija jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali.

Fgura – studji dwar il-problema tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’studji saru fl-aħħar sentejn dwar il-problema dejjem akuta tat-traffiku li jgħaddi minn ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika wkoll x’miżuri huma previsti sabiex il-volum jonqos ferm iktar milli huwa llum?

Response (BORG, IAN)

Matul din il-Legislatura sar il-Proġett kbir tas-seba’ Flyovers li jmiss u jinkludi ma diversi lokalitajiet minn naħa t’isfel ta’ Malta li żgur għen biex jittaffa traffiku mill-Fgura, kif ħafna nies jafu u jesperjenzaw ta’ kuljum bħalha parti mir-rotta tagħhom. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Fgura – studji dwar il-problema tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xi studji saru fl-aħħar sentejn dwar il-problema dejjem akuta tat-traffiku li jgħaddi minn ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika x’miżuri huma previsti sabiex il-volum jonqos ferm iktar milli huwa llum?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li għamel survey u qed jagħmel studju dwar slow streets fejn fil-jiem li ġejjin ser jipprezenta pjanti u dokumenti meħtieġa.

Fgura – parkeġġ – studji

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’studji saru tul dawn l-aħħar tliet snin dwar il-problema li qed isibu residenti fil-Fgura sabiex isibu post fejn jipparkjaw il-vettura tagħhom? Jista’ jindika x’miżuri ser jittieħdu dwar dan?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24045 tal-istess Seduta.

Santa Lucija – Triq Mari de Domenicis – tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara u jinforma l-Kamra meta ser tiġi msewwija Triq Mari de Domenicis f’Santa Luċija quddiem il-Flats Indipendenza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq proġett ta’ €2.5 miljun biex tibni mill-ġdid aktar minn żewġ kilometri ta’ toroq residenzjali f’Santa Luċija u ttejjeb il-belvedere li jħares fuq il-Wied ta’ Garnaw, b’mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti. Wara li tejbet l-aċċessi ewlenin għal din il-lokalità bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa u bil-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, l-aġenzija ikkollaborat mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija biex tibni mill-ġdid diversi toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet prinċipali tal-proġett jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - li jestendu kważi żewġ kilometri mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw. F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta qed tgħaddi minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra. Fejn meħtieġ, se ssaħħaħ ukoll il-pedamenti tat-toroq u tibni bankini ġodda, qabel ma tlestihom b’wiċċ ġdid bl-asfalt u tlesti xogħlijiet ta’ tisbieħ ieħor fl-istess inħawi. It-titjib tal-belvedere tul medda ta’ kilometru fuq ix-xaqliba tan-nofsinhar ta’ Dawret it-Torri u Triq il-Prinjoli se jinkludi mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u żoni msebbħin b’diversi siġar ġodda. Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija f’kolloaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, iddisinja mill-ġdid din iż-żona mħaddra biex joħloq spazju ta’ rikreazzjoni għar-residenti u rotta aktar sigura għaċ-ċiklisti u dawk li jgħaddu mill-inħawi bil-mixi. Fl-2020, Infrastructure Malta ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ dan il-belvedere. L-aġenzija qed tkompli tieħu ħsieb dawn is-siġar u se tkompli ssebbaħ l-inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli. Filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale huma lesti, bħalissa għaddejja t-tieni fa¿i ta’ Dawret it-Torri li parti minnha tlesiet ukoll. Permezz tal-istess proġett, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ukoll toroq oħrajn fil-viċin, fosthom Triq Klematis u Triq Dun M. Mifsud li diġà tlestew, kif ukoll Triq il-Ġjaċinti, Triq Mari de Domenicis, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra. Fl-aħħar snin, permezz tal-proġett nazzjonali mifrux fuq seba’ snin għall-bini mill-ġdid tat-toroq residenzjali, l-aġenzija bniet mill-ġdid toroq oħrajn f’din il-lokalità, bħalma huma Triq Bruka, Triq il-Ġiżimin, Triq ¯nuber u Triq Gardenja.

Paola Hub – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15309 u 16300, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra x’xogħol sar tul is-sena li għaddiet u kemm intefaq fil-Paola Hub?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2021, mexa sew ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-Paola Hub: tlestew l-eskavazzjonijiet kollha neċessarji, tlestew il-piles biex jiġu ssalvagwardjati s-sejbiet arkeloġiċi, u tela sat-tieni sular fl-istruttura tal-bini nnifsu, apparti xogħol ieħor bħat-taraġ estern, li se jgħaqqad il-binja prinċipali mal-parkeġġ, u l-kostruzzjoni ta’ struttura indipendenti għall-medical gases. Tlestew u ġew approvati ukoll id-disinji strutturali, arkitettoniċi, elettriċi u mekkaniċi għal-livelli kollha b’eċċeżżjonijiet żgħar. In-nefqa totali fuq il-proġett fis-sena 2021 kienet ta’ €5,636,748.08 (VAT eskluża).