Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-librerija pubblika ġewwa l-Iskola taż-Żejtun Primarja A għaddiet issa fiż-Żejtun Primarja B u jista’ wkoll jinforma l-Kamra jekk is-servizzi humiex l-istess jew inbidlux?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-librerija pubblika ġiet temporanjament riallokata minn Żejtun Primarja A għal Żejtun Primarja B sabiex jinħoloq spazju ħalli l-istudenti tal-Kinder ikun jista’ jingħatalhom id-dritt għat-tagħlim fi spazji xierqa. Is-servizz ta’ din il-librerija ser jingħata skont l-iskeda preċedenti.
Żejtun – ċaqliq tal-librerija pubblika – twaqqif ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għal liema raġuni l-librerija pubblika fiż-Żejtun iċċaqilqet u għaliex is-servizzi preċedenti waqfu ħabta u sabta b'mod li wieħed jista’ jirritorna l-kotba s-sibt filgħodu u ma jistax jissellef? Jista’ għalhekk jipprovdi alternattiva billi hemm numru ta’ persuni li s-soltu jissellfu l-kotba u li issa ma jistgħux?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru PQ 24692.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm kotba fil-librerija pubblika fiż-Żejtun u kemm żdiedu l-kotba f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Malta Libraries li hemm tnejn u għoxrin elf, tlett mija, ħamsa u għoxrin (22,325) ktieb fil-librerija pubblika taż-Żejtun. In-numru ta’ kotba miżjuda fl-2019 kien ta’elf, erba’ mija, wieħed u tmenin (1,481) ktieb, in-numru ta’ kotba miżjuda fl-2020 kien ta’elf, tmienja u erbgħin (1,048) ktieb u n-numru ta’ kotba miżjuda fl-2021 kien ta ħames mija, disgħa u erbgħin (549) ktieb.
Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq – libreriji pubbliċi – xiri ta’ kotba ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta' Wied-il-Għajn, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Malta Libraries li fil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2019 kien ta’ mitejn u tletin (230) ktieb, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2020 kien ta’ mitejn, sitta u disgħin (296) ktieb, u n-numru ta’ kotba ġodda fl-2021 kien ta’ mija u erbatax-il ktieb (114).
Fil-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2019 kien ta’ mitejn, disgħa u sittin (269) ktieb, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2020 kien ta’ mitejn, tnejn u tletin (232) ktieb, u in-numru ta’ kotba ġodda fl-2021 kien ta’ mija, ħamsa u disgħin (195) ktieb.
Fil-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2019 kien ta’ mitejn u għaxar (210) kotba, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2020 kien ta’ mija, tmienja u ħamsin (158) ktieb, u n-numru ta’ kotba ġodda fl-2021 kien ta’ mija, tlieta u tletin (133) ktieb.
Raħal Ġdid – Triq Għajn Dwieli – marki fl-art tal-garages u l-parkeġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24228, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta ser isiru l-marki fl-art tat-Triq Għajn Dwieli Paola senjatament dawk tal-garages u l-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità?
Response (BORG, IAN)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Wara li l-ħaddiema lestew it-tiswijiet tal-ġnub tat-triq indikata u għamlu manutenzjoni tal-wiċċ b’asfalt ġdid, fil-jiem li ġejjin se jinżebgħu l-linji mill-ġdid.
Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24199, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’progress sar fit-toroq Santa Katarina u d-Dejqa Gudja, dejjem jekk sar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħol baqa' għaddej b’mod kostanti tul l-aħħar ġimgħat u fadal l-aħħar parti ta` Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24200, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikati li semma u l-aħħar rapport li sar mhux ta’ April 2021 u meta ser jibda x-xogħol fil-Pjazza Antoine de Paule Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’Malta li r-rapport tat-triq tal-pjazza ta’ Raħal il-Ġdid huwa ‘in progress’. Diġa inġabru kampjuni tat-triq u qegħdin jiġu analizzati. L-eżitu ta’ dan huwa li jitlesta rapport ieħor dwar jekk it-triq saritx skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba minħabba t-traffiku kbir li jgħaddi. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 24200, li fiha lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru fil-pjazza. Bħalissa ġew ordnati bollards ġodda u sodi li kif jaslu jinbidlu ma dawk li hemm.
Raħal Ġdid — Triq it-Tarzna u Triq Santa Monica - xogħlijiet
Question
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 20364, 20369, 20702 u 20703, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fit-toroq indikati ta’ Triq it-Tarzna u Triq Santa Monica f’Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li bħalissa qed jiddiskuti programm ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq ma’ Infrastructure Malta.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dan huwa proċess kontiwu. In-numerar huwa eżerċizzju dinamiku li mhu se jieqaf qatt u fl-ebda mument ma jista’ jingħad meta se jiġi fi tmiemu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sar studju ta’ Triq Santa Monika, Raħal Ġdid u jekk hijiex se tiġi rranġata billi hija fi stat ħażin ħafna?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li għadni kemm tajt tal-mistoqsija parlamentari 24371.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sar studju ta’ Triq Santa Monika, Raħal Ġdid u jekk hijiex se tiġi rranġata billi hija fi stat ħażin ħafna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li bħalissa qed jiddiskuti programm ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq ma’ Infrastructure Malta fosthom Triq Santa Monika.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew Marittimu tul is-snin 2020 u 2021? Kemm kien hemm dħul u kemm saru spejjeż fl-istess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Mu¿ew Marittimu, fis-sena 2020 kien hemm tlett elef, mija, sitta u tmenin vi¿itatur (3186), €6,513 dħul u €118,100 spejje¿. Fis-sena 2020 dan is-sit baqa’ miftuħ sa l-14 ta’Marzu.
Fis-sena 2021 ma kienx hemm vi¿itaturi u lanqas dħul għaliex matul is sena is-sit baqa’ magħluq minħabba l-proġett ta’restawr u riġenerazzjoni. L-ispejje¿ fis-sena 2021 għal dan is-sit kienu ta’ €117,347.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22873, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra meta huwa mistenni li jinbeda x-xogħol, minnha indikat, fi Ġnien is-Serenità Santa Luċija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fuq spazju miftuħ ġewwa Ġnien is-Serenita f’Santa Lucija ser ikun qed jitlesta matul din is-sena. Matul ix-xhur li ġejjin mistenni li tiġi ppubblikata s-sejħa għall-offerti biex b’hekk ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew u jitlestew kif ippjanat.
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u Qorti tal-Maġistrati – ittri uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati s-sena li għaddiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2022.
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u Qorti tal-Maġistrati – ittri uffiċjali 166A
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali 166A fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati s-sena li għaddiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2022.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li sal-aħħar tas-sena li għaddiet 2021, kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali? Jista’ jindika kemm minnhom kienu residenti l-Fgura, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Santa Luċija u l-Gudja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Raħal Ġdid — Triq it-Tarzna u Triq Santa Monica - xogħlijiet
Question
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 20364, 20369, 20702 u 20703, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fit-toroq indikati ta’ Triq it-Tarzna u Triq Santa Monica f’Raħal Ġdid?
Response (BORG, IAN)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.
Minkejja li l-manutenzjoni taż-żewġ toroq indikati taqa’ f’idejn il-Kunsill Lokali rispettiv, Infrastructure Malta inkludiethom fil-programm nazzjonali għall-bini mill-ġdid ta’ toroq lokali li ser tkun qed tagħmel fiż-żmien li ġej.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.