Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Ministeru waslux ilmenti ta’ numru ta’ familji fi Triq il-Kampanella, Fgura fil-parti t’isfel tagħha, senjatament ma’ żbroff ta’ drenaġġ fi proprjetà privata u jekk humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex tiġi solvuta l-problema?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Ministeru waslux ilmenti ta’ numru ta’ familji fi Triq il-Kampanella, Fgura fil-parti t’isfel tagħha, senjatament ma’ żbroff ta’ drenaġġ fi proprjetà privata u jekk humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex tiġi solvuta l-problema?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ma rċieva ebda lment kif imsemmi. Infakkar lill-istess Interpellant li lmenti dwar drenaġġi għandhom jiġu indirizzati lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk fil-Ministeru waslux ilmenti ta’ numru ta’ familji fi Triq il-Kampanella, Fgura fil-parti t’isfel tagħha, senjatament ma’ żbroff ta’ drenaġġ fi proprjetà privata u jekk humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex tiġi solvuta l-problema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Frar 2022, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet infurmata b’istanzi fejn l-influss tal-ilma tax-xita wassal għal problemi fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi indikati.
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għaddejja b’taħdidiet ma’ entitajiet oħra għal-tħejjija ta’ pjan li permezz tiegħu jiġu indirizzati problemi kkawżati minn influss qawwi tal-ilma tax-xita li jispiċċa fis-sistema tad-drenaġġ.
B’referenza għall-problema li numru ta’ residenti Tarxiniżi qed jiffaċċjaw għax m’għandhomx faċilitajiet bankarji ta’ xejn, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux rappreżentazzjonijiet mill-Ministeru ma’ entitajiet bankarji dwar dan sabiex ikun hemm dan is-servizz?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 22219 tal-Leġiżlatura XIII.
Marsaskala – bankini bi problemi ta’ aċċessibilità
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1047, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm baqa’ bankini fil-lokalità ta’ Marsaskala li għandhom problema ta’ aċċessibilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala minn dejjem ħa azzjoni sabiex kull bankina li hemm f’Marsaskala tkun aċċessibbli għal nies bi bżonnijiet speċjali. Il-maġġoranza tal-bankini huma kollha aċċessibbli. Naturalment, matul iż-żmien dawn ikollhom bżonn manutenzjoni u infurmat li l-Kunsill mill-ewwel jieħu azzjoni ma’ kull ilment li jigi sottomess.
Sadanittant infurmat li l-Kunsill Lokali inkariga lill-contracts manager sabiex jissorvelja l-lokalità u jindika jekk hemm xi bankini li jeħtiġilhom manutenzjoni.
Jista’ l-Ministru jindika x’xogħol u xi proġett għaddej fuq Torri Mamo f’Wied-il-Għajn u kemm hu maħsub li jdum u jintnefaq fuq l-istess proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-restawr ta’ Torri Mamo tlesta riċentament minn Din l-Art Ħelwa, li tieħu ħsieb dan it-torri taħt kustodja.
Dan kien possibbli permezz ta’ għotja għar-Restawr ta' Assi ta' Valur Artistiku u Kulturali f'żoni rurali mill-programm LEADER, permezz tax-Xlokk Local Action Group Foundation u tal-Fond ta’ Ko-Finanzjament għall-NGOs tal-Kunsill Malti għas-Settur Voluntarju.
Is-somma totali għar-restawr kienet ta’ €13,570.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika f’Wied il-Għajn? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika fiż-Żejtun? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?
Żejtun – persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time residenti ż-Żejtun tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena bis-sess relattiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ħal Għaxaq — persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time residenti Ħal Għaxaq tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena bis-sess relattiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se tkun lesta Triq Simmons, f’Ħal Tarxien u kemm hu kkalkolat li se tiġi tiswa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq il-Lampuka, Triq Birżebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa mmirat li dawn jitlestew fi żmien xahrejn oħra u l-valur tagħhom stmat li se jammonta għal madwar €200,000.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se tkun lesta Triq Santu Wistin, f’Ħal Tarxien u kemm hu kkalkolat li se tiġi tiswa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq il-Lampuka, Triq Birżebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa mmirat li dawn jitlestew sal-aħħar tas-sajf u l-valur tagħhom stmat li se jammonta għal madwar €250,000.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se tkun lesta Triq Lampuka, f’Ħal Tarxien u kemm hu kkalkolat li se tiġi tiswa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpelalnt li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġuzeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq il-Lampuka, Triq Birżebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa mmirat li dawn jitlestew sal-aħħar tas-sajf u l-valur tagħhom stmat li se jammonta għal madwar €230,000.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8740 tal-Leġiżlatura XIII, jista’ l-Ministru jgħid kemm baqa’ bankini fil-lokalità ta’ Marsaskala li għandhom problemi ta’ aċċessibilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021 f’Marsaskala? F’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?’
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021 f’Marsaskala li ġew irrappurtati lill-Pulizija u lil LESA huwa kif jidher fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali Marsaskala — Sistema ta’ Software speċjalizzat
Question
B’referenza għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 21370 tal-Leġiżlatura XIII, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala daħħalx software speċjalizzat dwar l-ilmenti li jressqu r-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għad m’għandux software speċjalizzat fuq l-ilmenti madanakollu hemm l-intendiment li tali software jiddaħħal fl-iqsar żmien possibbli.
Infurmat ukoll illi l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jaċċetta proċessar ta’ permessi u servizzi oħra minn fuq l-internet u għalhekk se jara kif jista' jadatta l-istess software għall-ilmenti.
Kunsill Lokali Marsaskala — Ilmenti/suġġerimenti mir-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ ilmenti u suġġerimenti li rċieva l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala matul is-sena l-oħra? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jirċievi diversi tipi ta’ lmenti imma dawn li se nsemmi huma fost l-aktar komuni:
Natura tal-Ilment
Ammont approssimattiv ta’ Lmenti fil-Ġimgħa.
Skart u Ħmieġ
Medja ta’ 16il ilment fil-ġimgħa
Bulky-Refuse
Medja ta’ 16 li ġieli jitilgħu sa 20 ilment f’ġimgħa.
(dan minħabba li in-nies għandhom tendenza li joħorġu iżjed skart milli jkunu ddikjaraw fuq it-telefon, b’konsegwenza illi l-kuntrattur ma jiġborx l-iskart li ma jkollux fil-lista)
Qtugħ ta’ Ħaxix
Madwar 7 ilmenti fil-ġimgħa
Reserved Parking Bays
(mhux kwantifikabbli)
Infurmat wkoll li issa li ġej is-sajf ta’ min isemmi li il-Kunsill jirċievi bosta ilmenti ta’ natura staġjonali fuq fost oħrajn: żoni tal-għawm, knis ta’ bajjiet u turġien li jagħtu għall-bajjiet u kif ukoll is-slielem tal-baħar.