Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 14 PQ #1664 Sitting 22 2022-06-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI (Partit Nazzjonalista)

Ħal Għaxaq – persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time

Question

B’referenza għad-domandi preċedenti, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Għaxaq full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena bis-sess relattiv?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 1087 u 1202, jista’ l-Prim Ministru jara li l-informazzjoni kollha mitluba titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra biex ikun hemm tweġiba sħiħa?

Response (ABELA, ROBERT)

B’referenza għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 1087 u 1202, ninsab addizzjonalment infurmat li rigward tal-grad ta’ Uffiċjal Eżekuttiv, minn 228 kandidat li għaddew, ġew imsejħa 155 minnhom. Fil-grad ta’ Prinċipal ninsab addizzjonalment infurmat li minn 264 kandidat li għaddew, ġew msejha 236.

Monte di Pietà – rahan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà? Jista’ jindika wkoll l-eqdem rahan li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx sal-aħħar ta’ Diċembru 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2021 kien hemm 4,493 rahan depożitati fil-Monte di Pietà, bl-ixjeħ rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.

Floriana — King George V Recreational Grounds - tindif

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex isir tindif regolari tal-ġnien magħruf bħala King George V Recreational Grounds fil-Floriana u jekk le, jista’ jara li jingħataw id-direzzjonijiet neċessarji sabiex isir? Jista’ jara wkoll li jittieħdu l-passi sabiex il-public convenience tiġi miżmuma aħjar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Floriana għandu ftehim ma’ kuntrattur li jieħu ħsieb it-tindif fuq bażi regolari tal-ġnien imsemmi mill-Onor. Interpellant. Infurmat wkoll illi l-Kunsill qiegħed f’kuntatt mal-istess kuntrattur biex tali tindif isir aktar regolari. Dan japplika bl-istess mod għaż-żamma tal-public convenience.

Floriana — King George V Recreational Grounds - tindif

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex isir tindif regolari tal-Ġnien magħruf bħala King George V Recreational Grounds fil-Floriana u jekk le jista’ jara li jingħataw id-direzzjonijiet neċessarji sabiex isir?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – rapport tekniku dwar ħsarat u xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1390, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku dwar il-ħsarat u x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Furjana — King George V Recreational Grounds – sezzjoni dedikata għall-qtates

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex possibbli li s-sezzjoni dedikata għall-qtates fil-ġnien magħruf bħala King George V Recreational Grounds fil-Furjana, tiġi mġedda u miżmuma aħjar?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Bormla – Triq San Ġwann T’Għuxa — riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta ser tiġi riabilitata l-parti fl-aħħar ta’ Triq San Ġwann t’Għuxa, Bormla, billi jidher li f’dawn l-aħħar xhur marret lura u teħtieġ kura u tindifa sew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa qiegħed isir xogħol minn Infrastructure Malta fuq Triq Daħlet it-Tlett Ibliet li taħbat kantuniera ma' Triq San Ġwann t’Għuxa. Fix-xogħlijiet ser tkun qiegħda tiġi affettwata t-triq imsemmija u għaldaqstant ser ikun qiegħed isir xi titjib. Fir-rigward tal-kappella li hemm fl-istess triq, ninsab infurmat li hemm ippjanat li din il-kappella tingħata l-ħajja mill-ġdid permezz ta’ restawr fix-xhur li ġejjin.

Proprjetajiet ‘Possession and Use’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mifdija proprjetajiet li kienu f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ tul dawn l-aħħar ħames snin, possibbilment sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-aħħar ħames snin, tlett każijiet ġew mifdija

Proprjetajiet ‘Possession and Use’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ sal-aħħar tas-sena 2021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2017 lil hawn saru 84 esproprju b’pussess u użu. (Id-data tal-Awtorità hija mill-2017)

Il-Fgura, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid — Proprjetajiet ‘Possession and Use’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ fil-Fgura, Ħal Tarxien, u Raħal Ġdid sal-aħħar tas-sena 2021, u possibbilment jindikahom lokalità b'lokalità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandha l-Awtorità hija mill-2017 lil hawn. Mill 2017 fil-Fgura ma’ sar l-ebda esproprju ta‘ pussess u użu, Ħal-Tarxien sar wieħed u Raħal Ġdid saru erbgħa.

Iż-Żejtun u Ħal Għaxaq — Proprjetajiet ‘Possession and Use’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet sal-aħħar tas-sena 2021 li huma f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ li jinsabu fiż-Żejtun u Ħal Ghaxaq u possibbilment jindikahom lokalità b'lokalità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-records Ii għandha l-Awtorità huma mill-2017. Mill-2017 lil hawn ma kien hemm l-ebda esproprju b’pussess u użu fiż-Żejtun u Ħal-Għaxaq.

Ħaż-Żabbar – Triq San Leonardu – Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax widen għat-talbiet tar-residenti ta’ Triq San Leonardu, Ħaż-Żabbar, wara li saret it-triq u b’inkonvenjent għalihom tneħħa l-parkeġġ li kien hemm?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkonċernat. Intant, rigward it-talbiet mir-residenti, ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali wassal il-messaġġ tagħhom lill-entitajiet konċernati.

Ħaż-Żabbar – Triq San Leonardu – Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax widen għat-talbiet tar-residenti ta’ Triq San Leonardu, Ħaż-Żabbar, wara li saret it-triq u b’inkonvenjent għalihom tneħħa l-parkeġġ li kien hemm?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Qrati – kumpilazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2021 u jistax jindika kemm ġew deċiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-aħħar tal-2021 kien għad baqa’ pendenti 2454-il kumpilazzjoni filwaqt li ġew deċiżi 603-il kumpilazzjoni. Fl-istess żmien f’Għawdex sal-aħħar ta’ 2021 kien għad baqa’ pendenti 50 kumpilazzjoni, filwaqt li ġew deċiżi 57 kumpilazzjoni.

Qrati — sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm sentenzi tul is-sena li għaddiet 2021 fejn il-piena inflitta kienet ta’ Community Service Order, kemm ta’ ordni ta’ probation u kemm ta’ sentenza sospiża?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2021 kien hemm 10 Community Service Orders, 169 Probation orders u 192 sentenzi sospiżi. Fl-istess żmien f’Għawdex ingħataw 2 Community Service Orders, 13 Probation Orders u 2 sentenzi sospiżi.

Raħal Ġdid – Xogħol f’parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu previst li se jdum ix-xogħol f’parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid billi ilha magħluqa u wieqfa? Jista’ jindika wkoll x’xogħlijiet huma previsti li jkunu esegwiti u kemm dawn se jiġu jiswew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1395 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Xogħol f’parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu previst li se jdum ix-xogħol f’parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid billi ilha magħluqa u wieqfa? Jista’ jindika wkoll x’xogħlijiet huma previsti li jkunu esegwiti u kemm dawn se jiġu jiswew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq iċ-Ċimiterju, f’Raħal Ġdid, mistenni jitlesta fi żmien ġimagħtejn. Waqt li kienu għaddejjin xogħlijiet infrastrutturali nstab li kien hemm sistemi ta’ servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ antiki. Bil-għan li x-xogħlijiet ma jeħdux aktar fit-tul, Heritage Malta ħadet ħsieb li tikkordina dawn ix-xogħlijiet ukoll.

Żabbar/Fgura — Triq il-Kunsill tal-Ewropa – traffic lights

Question

B’referenza għad-domandi parlamentari preċedenti li saru fl-aħħar Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ġew istallati t-traffic lights fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Żabbar/Fgura u kemm ġew jiswew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta bdiet ix-xogħlijiet fuq dawn it-traffic lights fit-13 ta' Marzu 2022. Huma nxtegħlu fl-14 ta’ Marzu 2022. L-ispiża min-naħa tal-Awtorità tat-Transport kienet ta' €5,788.

Local Governance Board – każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu każijiet quddiem il-Local Governance Board imwaqqaf mill-Avviż Legali nru 363.150, kemm ilu li ġie mwaqqaf u kemm hemm każijiet pendenti u kemm ġew deċiżi każijiet is-sena li għaddiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fir-rigward ta’ kemm kien hemm numru ta’ każijiet kemm ilu li ġie mwaqqaf il-Bord tal-Gvernanza Lokali, l-informazzjoni mitluba tinsab indikata fit-tabella t’hawn taht: Sena Numru ta' Każijiet 2011 1 2012 16 2013 2 2014 10 2015 14 2016 6 2017 6 2018 10 2019 8 2020 8 2021 4 2022 NIL Total 85 Inoltre ninsab infurmat li għas-sena li għaddiet kien hemm sitt (6) każijiet li huma deċiżi.