Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ tindif qed isir, inkluż knis u ħasil ta’ bankini u toroq fil-lokalità ta’ Marsaskala, u kull meta jsir dan ix-xogħol? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm u skeda ta’ dawn ix-xogħlijiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħasil tal-promenade ta’ Marsaskala jinqasam f’żewġ partijiet - kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu kmieni. Din l-iskeda tibqa’ għaddejja sal-aħħar ta’ Settembru (kull ġimgħa kif spjegat).
B’referenza għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 1172, jista’ l-Kunsill Lokali jindika x’tip ta’ xogħol qed iwettqu s-16-il ħaddiem li huma allokati f’Marsaskala?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi x-xogħlijiet huma varji u jinkludu fost oħrajn:- tindif u manutenzjoni ta’ latrini, tindif ta’ ġonna, manutenzjoni ta’ toroq u bankini, manutenzjoni tal-ħadid u railings u bankijiet tal-promenade.
Jista’ l-Ministru jindika l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ residenti li jgħixu fil-lokalità ta’ Marsaskala u l-etajiet tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar estimi tal-popolazzjoni ta’ Marsaskala, li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu, hi dik sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-popolazzjoni ta’ Marsaskala hija stmata għal 15,579, li minnhom 7,239 nisa u 8,340 irġiel.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta s-Sertraline u Xanax se jiddaħħlu fil-Formolarju tal-mediċini li jingħataw b’xejn , liema mediċini jintużaw ta’ kuljum minn ħafna pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għandu pjan miftiehem mal-professjonisti speċjalisti fil-psikjatrija biex il-Mediċini li jintużaw fis-saħħa mentali jiddaħħlu fuq il-formularju fis-snin li ġejjin skont il-prijorità klinika deċiża mill-istess speċjalisti.
Ħal Tarxien – Skola Primarja l-Antika — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru ġewwa l-Iskola Primarja l-antika ta’ Ħal Tarxien fi Triq l-Iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fl-iskola primarja l-antika ta’ Ħal Tarxien, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) qiegħda twettaq proġett ta’ tisbieħ estensiv u moderniżżazzjoni tal-binja kollha minn ġewwa.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li t-triq indikata bħala Tal-Barrani li tinsab però fuq il-parti ta’ ġewwa ta’ Ħal Tarxien, ser tiġi asfaltata mill-ġdid minħabba l-istat ħażin li tinsab fiha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta diġà kellha ppjanat biex il-parti tat-triq indikata tiġi asfaltata mill-ġdid fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu tul din is-sena sabiex Ġnien Pawlu Boffa f’Raħal Ġdid jingħata iktar attenzjoni u jinżamm aħjar, b’tibdil tas-servizzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola illi jinsab għaddej b’ħidma mal-kuntratturi sabiex il-ġnien jinżamm fi stat aħjar.
Apparti minn hekk, għaddejja wkoll ħidma fuq pjanti ġodda għall-proġett ta’ riġenerazzoni ta’ dan il-ġnien.
Jista’ l-Ministru jara li jintbagħtu esperti tat-traffiku fi Triq Villabate (l-aħħar parti tal-Marsascala bypass) biex jesploraw x’jista’ jsir minħabba xi karozzi li joħorġu minn Triq San Ġużepp Ħaż-Żabbar qed jaqsmu lejn iż-Żejtun minnflok jinżlu lejn Wied il-Għajn u dan sabiex jiġu evitati inċidenti tat-traffiku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qiegħda f’diskussjonijiet ma’ uffiċjali ta’ Infrastructure Malta biex esperti jesploraw il-possibililtà ta’ intervent fit toroq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jara jekk hiex qed tiġi segwita l-proċedura stabbilita li min jaqla’ ċitazzjoni tat-traffiku din titwaħħallu effettivament mal-windscreen tiegħu u li tintbagħat l-SMS tan-notifika tal-istess, billi jidher li mhix tiġi segwita?
Jista’ l-Ministru jindika x’miżuri ser jittieħdu sabiex ikun hemm iktar qari ta’ kotba fl-iskejjel primarji u sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika x’talbiet hemm lil-Libreriji Pubbliċi mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar il-kotba li għandhom jiġu mixtrija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xiri tal-kotba tal-qari għas-snin tal-Primarja u għas-snin tas-Sekondarja se jibqa' jsir darba fis-sena mill-Ministeru wara eżercizzju kollaborrattiv bejn l-Uffiċċjali Edukattivi tal-lingwi kollha, il-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-lingwi rispettivi u l- għalliema. Dan sabiex ikun assigurat il-livell mistħoqq u l-kwalita' ta' pubblikazzjoni.
Apparti dan, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu se tissokta bil-ħidma tagħha, bħal fis-snin li għaddew, biex l-istudenti tal-iskejjel primarji, medji u sekondarji jaqraw aktar kotba bil-Malti, l-Ingliż u b’lingwi oħra. Fost oħrajn, fis-sena skolastika li jmiss, se jkunu qed jitħaddmu dawn il-programmi u inizjattivi:
1. ‘Seħer l-Istejjer/
The Magic of Stories’
, programm ta’ qari għall-gost b’xejn bil-Malti u l-Ingliż għal tfal ta’ bejn 4 u 7 snin ul-ġenituri/kustodji/nanniet tagħhom fi skejjel, libreriji, spazji pubbliċi u kunsilli lokali;
2. ‘Gost il-Qari/
The Pleasure of Stories’
, programm ta’ qari għall-gost b’xejn bil-Malti u l-Ingliż għal tfal ta’ bejn 7 snin u 11-il sena fi skejjel, libreriji, spazji pubbliċi u kunsilli lokali;
3. ‘L-Ambaxxaturi tal-Qari/
Reading Ambassadors’
, programm fejn awturi, kantanti, ġurnalisti, kittieba, sportivi u personalitajiet oħra Maltin iżuru klassijiet tat-tfal tal-primarja u s-sekondarja, u magħhom jaqraw ktieb u ssir diskussjoni dwaru;
4. ‘Aqra kemm tiflaħ/
Enriching Classroom Libraries’
, investiment qawwi fil-libreriji tal-klassijiet permezz ta’ għotja ta’ mitt ktieb lil kull klassi (50 bil-Malti u 50 bl-Ingliż), fittizji u fattwali kif ukoll riżorsi diġitali u stampati li jmorru magħhom;
5. ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/
Footballers’ Read and Write Programme’
, programm li jinqeda bin-namra għall-futbol biex iħeġġeġ il-ħajra għall-qari;
6. ‘Naqra Teatru’, proġett pilota li jlaqqa’ lit-tfal li jħobbu jirreċtaw mal-qari u l-kitba, permezz tar-reċti u d-drama;
7. ‘Aqra d-Dar/
Read at Home’
, servizz ta’ librerija mobbli, fejn it-tfal/ġenituri mill-Kinder sal-aħħar tas-sekondarja jordnaw il-kotba online biex jissellfuhom u l-kotba jitteħdulhom b’xejn f’darhom;
8. ‘ Il-Kampanja Aqra fis-Sajf/
Summer Reading Campaign’
- bejn Lulju u Settembru, mill-2014 lil hawn l-Aġenzija organizzat sessjonijiet ta’ qari għall-gost waqt Skolasajf tal-FES u l-Catch-up programme;
9. ‘Il-Ġenituri l-Ewwel Għalliema/
Parents the First Teachers’
, kors ta’ 5 sessjonijiet fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet tal-litteriżmu fit-trabi sa 3 snin;
10. ‘Brillantini tal-Kitba u tal-Qari/
Reading and Writing Stars’
, inizjattivi li bis-saħħa tagħhom tfal li jħobbu jaqraw jew jinqalgħu għall-kitba jiġu ppremjati b’vawċers, kotba u attivitajiet speċjali fosthom Xalata ta’ Kitba;
11. ‘Librerija f’kull Dar/
Home Libraries’
, skema li permezz tagħha familji vulnerabbli jingħataw kotba u riżorsi biex jarmaw librerija f’darhom;
12. ‘Bis-Sehem tagħkom’, skema fejn l-Aġenzija tidħol bi sħab ma’ pubblikaturi lokali biex jinħolqu riżorsi meħtieġa u innovattivi bħal logħob edukattiv bil-Malti, għat-tagħlim tal-qari u l-kitba bil-Malti;
13. ‘Il-Qaritona Nazzjonali/
National Readathon’
– kampanja organizzata flimkien mal-Malta Trust Foundation bil-għan li żżid il-qari fost it-tfal u fl-istess ħin jinġabru fondi f’forma ta’ maratona tal-qari għax-xiri ta’ riżorsi għal tfal bi bżonnijiet speċjali;
14. ‘Libreriji fil-Komunità/
Open Libraries’
, tqassim ta’ kotba użati f’postijiet pubbliċi, fosthom ġonna pubbliċi u parks;
15. Organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet bħall-‘Promoturi tal-Qari/
Reading Champions
’ u tal-‘Jum Dinji tal-Kotba/
World Book Day’
fejn l-istudenti ta’ abiltajiet differenti u l-iskejjel jiġu ppremjati tal-ħidma tagħhom biex jippromwovu l-qari.
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-familji viċin l-impjant ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn se jirċievu ċ-ċekk għal din is-sena tal-Enerġija tal-Good Neighbourhood Scheme?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li ċ-ċekkijiet se jkunu qed jinħarġu fiż-żmien li ġej.
Tista’ l-Minstru tassigura li l-bypass ta’ Wied il-Għajn ikun mixgħul mal-lejl u mitfi mal-ġurnata għax qed ikun hemm partijiet mixgħula filgħodu u dlam ċappa filgħaxija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li t-tekniċi tal-Enemalta ħadu l-passi meħtieġa biex isewwu ħsarat estensivi fis-sistema tad-dawl ta’ din il-bypass. L-Enemalta qiegħda tinvestiga dawn il-ħsarat li jidher li ġew ikkawżati minn terzi.
Ħal Tarxien – Skola Primarja l-antika — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fl-Iskola Primarja l-antika f’Ħal Tarxien fi Triq l-Iskola?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi ma hemm l-ebda xogħol li qed isir ġo din l-iskola min-naħa tal-istess Kunsill.
Wied il-Għajn – Park tal-Familja – Public Convenience
Question
Tista’ l-Ministru tara jekk il-public convenience li hemm fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn hiex ser tiġi rinovata billi għandha bżonn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Park imsemmi hemm żewġ lattrini pubbliċi, li waħda minnhom kellha bżonn xogħol ta’ manutenzjoni u għalhekk ingħalqet temporarjament għall-pubbliku, filwaqt li ġew provduti mobile toilets. Ix-xogħol tlesta fl-aħħar ta’ Mejju.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1211, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet Governattivi li għamlu x-xogħlijiet fi Ġnien il-Mediterran Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid illi ġewwa Ġnien il-Mediterran sar il-Ġnien tal-Covid minn ‘Ambjent Malta’ u anke ‘Parks Malta’, bl-involviment ukoll tal-FMS.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu tul din is-sena sabiex Ġnien San Alwiġ f’Raħal Ġdid jingħata iktar attenzjoni u jinżamm aħjar b’tibdil tas-servizzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid illi l-ġimgħa li għaddiet ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar TRK/00266472 sabiex isir proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Ġnien San Alwiġi.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta ser tiġi riabilitata l-parti fl-aħħar ta’ Triq San Ġwann t’Għuxa, Bormla, billi jidher li f’dawn l-aħħar xhur marret lura u teħtieġ kura u tindifa sew?
Response
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra meta ser tiġi riabilitata l-parti fl-aħħar ta’ Triq San Ġwann t’Għuxa, Bormla, billi jidher li f’dawn l-aħħar xhur marret lura u teħtieġ kura u tindifa sew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirrieferi l-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fl-aħħar parti ta’ Triq Girolamo Cassar, Valletta, preċiżament fejn hemm forma ta’ roundabout, tiġi msewwija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-akkwata fi Triq Ġirolamo Cassar illi qed jagħmel referenza għaliha huwa, ma taqax taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Żejtun – persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time
Question
B’referenza għad-domandi preċedenti, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti ż-Żejtun full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena bis-sess relattiv?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.