Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żejtun: Triq Santa Monika — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fi Triq Santa Monika, iż-Żejtun tul dawn is-sentejn u meta mistenni li jiġu ffinalizzati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qegħdin isiru minn Infrastructure Malta fit-toroq residenzjali mhumiex sempliċement xogħol ta’ manutenzjoni jew kisja asfalt, imma bini mill-ġdid tat-triq. Dan jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini mill-ġdid tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. Fil-każ ta’ Triq Santa Monika din kienet parti minn proġett li l-aġenzija wettqet flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex sitt toroq li jinsabu ħdejn xulxin fl-istess żona wara l-Knisja taż-Żejtun inbnew mill-ġdid f’daqqa. Nippreċiża li x-xogħlijiet fuq dan il-proġett, li kien jinkludi wkoll Triq San Profilju, Triq Santa Fawstina, Triq Beland, Triq San Ġużepp u Triq San Piju X kienu bdew fl-aħħar t’Awwissu tas-sena l-oħra. Ix-xogħlijiet fi Triq Santa Monika, li tlestiet ix-xahar li għadda, kienu jinkludu bdil tal-pajpijiet u servizzi ġodda għall-ilma, kif ukoll bankini ġodda qabel ma ssaħħew il-pedamenti u t-triq sarilha wiċċ ġdid bl-asfalt.

Żejtun: Triq San Piju X — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fi Triq San Piju X, iż-Żejtun tul dawn l-aħħar sentejn u meta mistenni li jiġu ffinalizzati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qegħdin isiru minn Infrastructure Malta fit-toroq residenzjali mhumiex sempliċement xogħol ta’ manutenzjoni jew kisja asfalt, imma bini mill-ġdid tat-triq. Dan jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini mill-ġdid tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. Fil-każ ta’ Triq San Piju X din kienet parti minn proġett li l-aġenzija wettqet flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex sitt toroq li jinsabu ħdejn xulxin fl-istess żona wara l-Knisja taż-Żejtun inbnew mill-ġdid f’daqqa. Nippreċiża li x-xogħlijiet fuq dan il-proġett, li kien jinkludi wkoll Triq San Profilju, Triq Santa Fawstina, Triq Beland, Triq San Ġużepp u Triq Santa Monika kienu bdew fl-aħħar t’Awwissu tas-sena l-oħra. Ix-xogħlijiet fi Triq San Piju X, li tlestiet xahrejn ilu, kienu jinkludu bdil tal-pajpijiet u servizzi ġodda għall-ilma, tqegħid ta’ katusi tad-drenaġġ kif ukoll bankini qabel ma ssaħħew il-pedamenti u t-triq sarilha wiċċ ġdid bl-asfalt.

Żejtun: Misraħ Karmnu Grima — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex previst li jsiru x-xogħlijiet neċessarji f’Misraħ Karmnu Grima ż-Żejtun tul din is-sena, sabiex il-post jiġi riabilitat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. Fil-lokalità taż-Żejtun l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq Taltas, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, Triq il-Labour, Triq Dwiemes, Triq Toni Zahra, Triq il-Faqqus, Triq Bugħarbiel, Triq il-Kbira, Triq il-President Anton Buttigieg, Misraħ is-Suq, Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Vjal il-25 ta’ Novembru, Triq Cannaught, Triq il-Kantur, Ta’ Ganza, Triq Kamumilla, Triq San Piju X, Triq San Profilju, Triq San Ġużepp, Triq Beland u Triq Santa Monika. Bħalissa għaddej il-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq oħrajn madwar il-pajjiż, fosthom Triq il-Ġiebja Rumana u Triq Santa Fawstina, fiż-Żejtun. It-triq indikata, Misraħ Karmnu Grima, hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabbiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-kunsilli lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.

Kalkara: Bighi – Smoking Room

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dik li tissejjaħ Smoking Room f’Bighi, il-Kalkara, huwiex previst li tiġi rranġata u restawrata jew le, tul din il-leġiżlatura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq dik li tissejjaħ ‘Smoking Room’ hu ppjanat li jibda s-sena d-dieħla (2023).

Dokumenti fil-kollezzjoni Guljana Letard-Ciantar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20788 li saret fil-Leġiżlatura preċedenti, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsab ix-xogħol ta’ tindif, katalogar u konservazzjoni tal-kollezzjoni magħrufa bħala Guljana Letard-Ciantar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmija huma lesti. Infurmat ukoll li l-kollezzjoni infetħet għall-pubbliku.

Kollezzjoni magħrufa bħala Karmenu Fava Collection

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20789 li saret fil-Leġiżlatura preċedenti, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsab ix-xogħol ta’ tindif, katalogar u konservazzjoni tal-kollezzjoni magħrufa bħala Karmenu Fava Collection?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol imsemmi għadu għaddej.

Qrati ta’ Malta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra preżentement kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Qrati ta’ Malta? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm irriżenjaw jew telqu mill-istess, tul is-sena li għaddiet u fil-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Ġunju, 2022?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2022, l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati kellha 462 impjegat. Minn Jannar 2021 sal-aħħar ta’ Ġunju 2022, 75 impjegat itterminaw l-impjieg tagħhom minn mal-istess Aġenzija hekk kif muri hawn taħt. Fl-istess ħin niġbed l-attenzjoni li matul l-perjodu msemmi ġew ingaġġati 133 impjegat. 27 - Irriżenjaw, 25 - Marru jaħdmu ġo Ministeru ieħor, 3 - l-Impjieg ġie terminat, 20 - Irtiraw

Maestro Carmelo Pace — Kompożizzjonijiet mużikali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tul din il-leġiżlatura huwiex ippjanat jew huwiex possibbli li jidħol fil-pjan li tiġi esegwita waħda mill-kompożizzjonijiet tal-Maestro Carmelo Pace ai termini tal-kuntratt tat-13 ta’ Ottubru, 1988?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Surmast Carmelo Pace mhux ippjanata li tiġi esegwita fl-istaġun orkestrali 2022/2023 tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Ħal Għaxaq: Skola primarja — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema xogħlijiet huma previsti li jsiru fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq tul din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet previsti li jsiru fl-iskola msemmija matul is-sena skolastika 2022-2023 jinvolvu estensjoni kif ukoll rinnovar komplet tal-iskola eżistenti skont it-tender CT 3022/22. Dan kollu se jsir b’investiment kapitali li jeċċedi l-4 miljun ewro.

Żejtun: Triq Santa Monika — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fi Triq Santa Monika, iż-Żejtun tul dawn is-sentejn u meta mistenni li jiġu ffinalizzati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi x-xoghol fl-imsemmija Triq Santa Monika, iż-Żejtun sar mill-Water Services Corporation u minn Infrastructure Malta, fejn inbidlu s-servizzi tal-ilma u sar wiċċ ġdid. Għall-bqija tat-tagħrif, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domandi tiegħu lill-Ministeri kkonċernati.
Leg 14 PQ #2278 Sitting 33 2022-10-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI (Partit Nazzjonalista)

Università ta’ Malta – Kors ta’ Diploma in the Laws of Procedure

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-kors ta’ Diploma in the Laws of Procedure huwiex se jinfetaħ tul din is-sena akkademika u jistax jindika kemm hemm studenti preżentement li qegħdin isegwu l-istess kors?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-kors tad-Diploma in the Laws of Procedure għas-sena akkademika 2022/2023 huma miftuħin. Ninfurmah ukoll li preżentament hemm tlettax -il student (13) li qiegħed isegwi l-kors imsemmi.

Ġnien Bormla — manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’passi se jittieħdu sabiex dak li hu magħruf bħala Ġnien Bormla jiġi kkurat aħjar, jissaqqa u jkun hemm aktar siġar imħawwlin fih?

Response (DALLI, MIRIAM)

Dan il-ġnien fin-Nofsinhar ta’ Malta ser ikun qed jingħata dehra aħjar billi se jsir xogħol ta' tneħħija ta' bandli u strutturi dilapitadi u mkissrin, qtugħ ta' ħaxix, tneħħija ta' siġar u arbuxelli aljeni u invażivi u flokhom se jitħawlu siġar indiġeni. Fil-fatt diġà bdew ċertu xogħlijiet, fosthom żbir ta' siġar, qtugħ ta' ħaxix u tneħħija ta' siġar invasivi. Issa fil-perjodu tal-ħarifa ser inkunu qed inħawlu siġar indiġeni billi huwa l-istaġun ideali għat-twettiq ta' dawn ix-xogħlijiet.

Ġnien Bormla — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi se jittieħdu sabiex dak li hu magħruf bħala Ġnien Bormla jiġi kkurat aħjar, jissaqqa u jkun hemm aktar siġar imħawwlin fih?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Birgu – bini fix-xatt li qabel kien okkupat mill-Casino di Venezia

Question

B’referenza għall-kwistjonijiet pendenti mal-bini fix-Xatt tal-Birgu li qabel kien okkupat mill-Casino di Venezia, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x’passi ttieħdu? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra meta se jingħata lura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binja hekk magħrufa bħala l- ‘Casino di Venezia’ kif ukoll il-lukanda biswit l-istess binja, l-Awtorità tal-Artijiet għadha kif rebħet il-kawża li kien hemm quddiem il-Qorti ta’ Malta u l-binja reġgħet ġiet lura f’idejn l-Awtorità. Il-Gvern issa jista jibda jikkunsidra il-futur ta’ din il-propjetà.

Xatt tan-Number One Dock – Manutenzjoni tal-parti ta’ quddiem l-AUM

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-parti ta’ quddiem li preżentement qiegħda f’idejn l-American University of Malta fix-xatt Number One Dock tiġi miżmuma aħjar, billi tinsab abbandunata u traskurata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tikkonferma li l-proprjetà ta’ faċċata tal-AUM f’Bormla Nru.1 Dock, tifforma parti mill-att ta’ Enfitewsi mogħti lil Sadeen Education Investment Limited. Għaldaqstant, hija r-responsabbiltà ta l-imsemmi li jieħu ħsieb dan is-sit . Madankollu, l-Awtorità tal-Artijiet għandha tkun qed tinforma lill-AUM b’dan l-obbligu bil-ħsieb li ti¿gura l-manutenzjoni u manutenzjoni xierqa tal-proprjetà kif stipulat fil-kuntratt.

Birgu – bini fix-Xatt

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu b’referenza għall-kwestjonijiet pendenti fix-Xatt tal-Birgu fejn kellu jsir bini ta’ lukanda? Jista’ fuq dan jinforma lill-Kamra meta se jingħata lura sabiex isir finalment? Jista’ jara li l-crane li hemm fil-post jiġi aċċertat fuq l-istat li jinsab fih għax ilu hemm numru ta’ snin?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellanta jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 2281

Xgħajra – ilqugħ tal-ħadid li hemm fix-Xatt

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jinbdew ix-xogħlijiet neċessarji sabiex l-ilqugħ tal-ħadid li hemm fix-Xatt tax-Xgħajra jiġi msewwi u mibdul, għax diġà hu mimli sadid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li x-xogħol tar-railing tax-Xatt diġà nbeda.

Isla – ilqugħ fl-aħħar parti tax-Xatt Juan B Azzopardo

Question

Jista’ l-Ministru jara li fl-aħħar parti tax-Xatt Juan B Azzopardo fil-belt Sengleana jsirilha l-ilqugħ li kien inbeda snin ilu u li s’issa għadu mhux magħmul u perikoluż?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Isla li r-railing tan-naħa tal-ponta huwa lest iżda jonqos in-naħa tal-bidu tal-Isla quddiem it-Terrace Houses.

Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 176 – European Landscape Convention

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11908 li kienet ġiet imwieġba fl-aħħar leġiżlatura, tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk il-proċess ta’ ratifikazzjoni tal-European Landscape Convention (Kunsill tal-Ewropa) huwiex issa finalizzat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej.

Pulizija – persuni refuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rilokati refuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni tul is-sena li għaddiet 2021 u tul l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li tul is-sena li għaddiet 2021 u tul l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, in-numru ta’ immigranti li ġew rilokati fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ skemi ad hoc ta’ rilokazzjoni hu ta’ 247. Dawn in-numri huma mistennija li jkomplu jiżdiedu wara li beda jitħaddem il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà li ntleħaq ftehim fuqu fil-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern f’Ġunju li għadda u permezz ta’ diskussjonijiet bilaterali li jinsabu għaddejin bejn Malta u Stati Membri oħra.