Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32346 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, tista’ l-Ministru tgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u tindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32345 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32105 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32355 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32115 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Finanzi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32354 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32114 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32353 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32113 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32352 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32112 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32351 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32350 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32110 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, tista’ l-Ministru tgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u tindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Fact-Finding Report - Rakkomandazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32338, jista’ l-Ministru jagħti iktar dettalji dwar liema rakkomandazzjonijiet ġew implimentati, kif u meta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid ma dak li diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 32338.

Heritage Malta - Pubblikazzjonijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pubblikazzjonijiet ġodda minn Heritage Malta matul din is-sena?  Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti u liema kienu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-total tal-pubblikazzjonijiet li ġew konklużi bejn il-bidu tas-sena 2025 u l-bidu ta’ Diċembru huwa ta’ 35. It-total ta’ bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet preċedent huwa ta 22,451. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista dettaljata.

Il-Birgu - Parti ta’ Sant Anġlu - De Guiral Battery

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31439, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu d-diskussjonijiet interni dwar il-parti magħrufa bħala d-De Guiral Battery taħt Sant Anġlu fil-Birgu, imsemmija fl-istess tweġiba?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li kienet ingħatat fil-PQ 31439 fejn għadom għaddejin diskussjonijiet interni.

Arkivju Nazzjonali ġdid

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308 u l-wegħda elettorali li jkun hemm arkivju nazzjonali ġdid f’Ta Qali, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir biex dan iseħħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li wara li s-sit f’ Ta’ Qali ingħaqad fi proġett akbar għaż-żona f’Ta’ Qali, kif weġibt f’istanzi oħra, ġew esplorati numru ta’ siti bil-għan li jiġi identifikat sit idoneju li jissodisfa r-rekwiżi tekniċi u jitjieb l-aċċess tal-pubbliku u jixpruna l-interess lejn dan il-proġett u x-xogħol tal-Arkivju Nazzjonali u bħalissa għaddej l-istudju fuq sit partikolari biex ikun verifikat jekk il-binja ta’ Arkivju Nazzjonali ġdid tistax issir hemm.

Arkivju Nazzjonali ġdid

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308 u l-wegħda elettorali li jkun hemm arkivju nazzjonali ġdid f’Ta Qali, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir biex dan iseħħ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant lill-Ministru kkonċernat

Il-Gudja - Problema ta’ ħamiem

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31453, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm preżentement fil-lokalità tal-Gudja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 32663.

Raħal Ġdid - Problema tal-ħamiem

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30578, 31455 u 31708, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm preżentement fil- lokalità ta’ Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid - Problema tal-ħamiem

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30578, 31455 u 31708, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm presentement fil- lokalità ta’ Raħal Ġdid?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fiż-żmien li ġej id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ser iniedi programm, sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ ħamiem salvaġġ madwar il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

Raħal Ġdid - Problema tal-ħamiem

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30578, 31455 u 31708, tista’ l-Ministru tara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm preżentement fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li diġà tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari 30578 u 31708.

Iż-Żejtun - Triq Santa Katerina - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħljiet għaddejjin fi Triq Santa Katerina, fiż-Żejtun u kemm huwa mistenni li jdum għaddej dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinvolvu tibdil fil-mejn tal-ilma li għaddej minn ġo Triq Santa Katarina.  Dan se jwassal għal titjib fil-kwalità tal-mejn kif ukoll fil-kapaċità.  Tul l-andament tax-xogħlijiet il-Korporazzjoni se tkun qed tevalwa jekk hemmx bżonn ukoll li jinbidlu xi manholes u manhole slabs.  Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.