Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex l-inkonvenjent għall-pubbliku fit-traffiku li ġie maħluq reċentement fil-parti ta’ wara ta’ Triq San Pietru, il-Fgura minħabba x-xogħol f’Triq Mater Boni Consiglii jiġi mtaffi u korrett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interprellant li l-involviment ta‘ Transport Malta kien biss biex jigwida lill-kunsill fl-użu ta' sinjali tat-traffiku wara konsultazzjonijiet li saru bejn l-istess entità u l-kunsill lokali.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq l-Isponsun, il-Fgura jkollha tindif iktar regolari tul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li t-tindif fi Triq l-Isponsun fil-Fgura qed isir skont it-tender document, kif miftiehem u maqbul mill-Kunsill.
Il-Fgura – Triq Romano Carappecchia – problema ta’ ġrieden
Question
Jista’ l-Ministru jara x’passi ttieħdu sabiex il-problema ta’ ġrieden kbar li hemm fi Triq Romano Carappecchia Fgura tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li ż-żona msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-interpellanza tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba nqata’ d-dawl din is-sena fi Triq San Ġwann, il-Fgura u tindika r-raġuni għala u x’passi ser jittieħdu biex dan ma jkomplix iseħħ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fi Triq San Ġwann, il-Fgura, kien hemm problema li bdiet tikkawża qtugħ ta’ dawl. Irriżulta li dan il qtugħ kien ġej minn ħsara li żviluppat fuq feeder li jissupplixxi l-elettriku lil din it-triq u immedjatament saru t-tiswijiet meħtieġa mit-tekniċi tal-Enemalta. Ovvjament waqt li saru dawn it-tiswijiet, il-provvista tal-elettriku kellha terġa’ tiġi sospiża biex ma jkunx hemm periklu għal ħaddiema li kienu qed jagħmlu t-tiswijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba nqata’ d-dawl din is-sena fi Triq l-Iskola, il-Fgura u tindika r-raġuni għala u x’passi ser jittieħdu biex dan ma jkomplix iseħħ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 2338 peress li l-provvista tal-elettriku fi Triq l-Iskola tingħata mill-istess feeder ta’ Triq San Ġwann.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni wasal, fi Triq Velleran, il-Fgura? Jista’ jgħid kemm huwa kalkulat li ser iddum iktar biex tiġi finalizzata u kemm ser tiġi tiswa?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li Triq Vincenza Maculano fil-Fgura jkollha tindif iktar regolari tul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li t-tindif fi Triq Vincenza Maculano fil-Fgura qed isir skont it-tender document, kif miftiehem u maqbul mill-Kunsill.
Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li Triq Mondion fil-Fgura jkollha tindif iktar regolari tul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li t-tindif fi Triq Mondion fil-Fgura qed isir skont it-tender document, kif miftiehem u maqbul mill-Kunsill.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni wasal, Triq Mater Boni Consiglii l-Fgura? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa kalkulat li ser iddum iktar biex tiġi finalizzata u kemm ser tiġi tiswa?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni wasal Triq Mater Boni Consiglii l-Fgura? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa kalkulat li ser iddum iktar biex tiġi finalizzata u kemm ser tiġi tiswa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari Nru 3137.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex l-inkonvenjent għall-pubbliku fit-traffiku li ġie maħluq reċentement fil-parti ta’ wara ta’ Triq San Pietru, il-Fgura minħabba x-xogħol f’Triq Mater Boni Consiglii jiġi mtaffi u korrett?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’xogħlijiet huma previsti li jsiru fi Ġnien ir-Rinella, il-Kalkara tul din is-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ġnien Rnella infetaħ nhar l-Erbgħa u se jservi bħala spazju aħdar għar-rikreazzjoni soċjali kemm għall-familji u kif ukoll għat-turisti, mingħajr ma tilef il-prestiġju storiku tiegħu.
Dan il-proġett qed iħares l-użu ta’ enerġija rinnovabbli, il-konservazzjoni tal-ilma u l-protezzjoni tal-ambjent naturali. L-introduzzjoni ta’ solar paving, smart benches u kif ukoll solar smart bins, jifformaw parti minn strateġija ferm akbar li tenfasizza l-importanza ta’ enerġija nadifa u arja aħjar. Is-Solar Paving se jkun qed jiġġenera biżżejjed enerġija għall-użu tal-ġnien.
L-ilma tax-xita kollu li jaqa’ ġewwa l-ġnien qed jinġabar f’erbat ibjar u wara jkun jista’ jintuża għat-tisqija neċessarja f’sistema ta’ irrigazzjoni awtomatika. Fiċ-ċentru tal-Belvedere ġiet installata ‘drinking water fountain’, li se tkompli żżid l-faċilitajiet għal-viżitaturi tal-istess ġnien. Tħawlu numru ta’ siġar u pjanti indiġeni biex joffru ambjent isbaħ li jkun jista’ jservi bħala spazju edukattiv għall-istudenti u l-familji.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’xogħlijiet huma previsti li jsiru fi Ġnien iċ-Ċiniżi, Santa Luċija tul din is-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-proġett fuq spazju miftuħ ġewwa Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija qiegħed fl-istadju ta’ evalwazzjoni tas-sejħa għall-offerti. Dan is-sit se jiġi trasformat fi spazju rikreattiv ieħor mhux biss għat-tfal imma għal persuni ta’ kull età.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid għala Triq iċ-Ċimiterju f’Raħal Ġdid sal-bidu ta’ Settembru 2022 kienet għadha mhux lesta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fi Triq iċ-Ċimiterju, f’Raħal Ġdid, baqa’ għaddej matul is-sajf.
Infurmat ukoll li sal-bidu ta’ Settembru, x-xogħol ta’ tqegħid tal-art tal-qawwi kien prattikament lest. Dan ix-xogħol dam ftit iktar milli mistenni minħabba xogħlijiet infrastrutturali li nqalgħu mal-proġett, li ma kinux previsiti. F’dan l-ambitu, infurmat ukoll li ċertu dewmien kien attribwit ukoll minħabba l-koordinament neċessarju mal-entitajiet kollha responsabbli.
Finalment, infurmat li x-xogħlijiet ta’ pavimentar issa huma kompluti u l-proġett ser ikompli bit-tisbiħ tat-triq b’bankijiet u planters.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn jinsabu l-atti relattivi għall-istimi tal-proprjetajiet tal-War Damage li għal xi żmien kienu fil-bini tal-Monte Di Pietà?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu l-atti relattivi għall-istimi tal-proprjetajiet tal-War Damage li għal xi żmien kienu fil-bini tal-Monte Di Pietà?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Arkivji Nazzjonali għandu kollezzjoni ta' materjal tal-War Damage li tkopri s-snin 1945-1955 u tiġbor fiha rekords tal-Building Control Board. Infurmat li dawn ġew mill-Awtorità tal-Ippjanar u mhux mill-Monte di Pietà.
Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li Triq Sant'Antnin fil-Fgura jkollha tindif iktar regolari tul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li t-tindif fi Triq Sant'Antnin fil-Fgura qed isir skont it-tender document, kif miftiehem u maqbul mill-Kunsill.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fi Triq San Piju X, iż-Żejtun tul dawn l-aħħar sentejn u meta mistenni li jiġu ffinalizzati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi fi Triq San Piju X inbidel il-main tal-ilma, sar wiċċ bit-tarmak ġdid u l-bankini fuq iż-żewġ naħat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex previst li jsiru x-xogħlijiet neċessarji f’Misraħ Karmnu Grima, iż-Żejtun tul din is-sena, sabiex il-post jiġi riabilitat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi l-Misraħ imsemmi ser jitpoġġa fil-lista ta’ toroq li ser tiġi mitluba minn l-entità kkonċernata sabiex issir ir-rijabilitazzjoni neċessarja.