Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għall-Konferenza tal-Aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza u z-Zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien kif ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari sussegwenti, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu l-pjani u d-disinji relattivi u jekk ġewx konsultati l-awtoritajiet relattivi u l-istess kunsill lokali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi ż-żona hija waħda arkeoloġikament sensittiva, apparti diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali qed issir ukoll konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Tħejjew pjanti preliminari iżda hemm xi dettalji li għadhom qed jiġu kunsidrati. Inġabret ukoll l-informazzjoni dwar sistemi ta’ servizzi pubbliċi waqt li għaddej eżerċizzju biex jiġu identifikat strutturi taħt l-art, fejn diġà nstabu xelters li hemm fl-inħawi.

Bormla – Ground dedikat għal Joseph Delceppo

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju ta’ xogħol jinsab il-ground magħruf dedikat għal Joseph Delceppo f’Bormla u għaliex jinsab preżentement wieqaf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħol fuq il-proġett imsemmi għadu għaddej. Infurmat li x-xogħol jinsab f’nofs żona storika u għaldaqstant kull pass li jittieħed ikun qiegħed jiġi sorveljat mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali li min-naħa tagħha, ġaladarba jsiru l-verifiki meħtieġa, tagħti l-approvazzjoni biex ix-xogħlijiet jitkomplew. Attwalment qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex issir l-aħħar fażi tal-proġett li hu ppjanat li jkun lest sa tmiem ta’ Diċembru 2022.

Raħal Ġdid – Paola Hub

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsab ix-xogħol fuq Paola Hub, kemm intefqu flus s’issa u meta mistennija tkun lesta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi c-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran ta’ Raħal Ġdid mistenni jibda jilqa' l-ewwel pazjenti fis-sajf li ġej. Bħalissa qiegħed isir ittestjar ta’ internal partitioning u installazzjoni tas-servizzi elettriċi u dawk mekkaniċi. L-investiment totali għal dan il-hub mistenni jilħaq l-€40 miljun, li 80% minnhom ġejjin minn fondi tal-UE.

Kalkara – Ġnien tar-Rinella

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2320 dwar il-Ġnien tar-Rinella fil-Kalkara, tista’ l-Ministru tindika kemm intefqu flus u kemm dam biex jiġi esegwit ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma tħabbar pubblikament, l-investiment li sar f’xogħlijiet li saru fi Ġnien Rnella, jammonta għal madwar €1.1 miljun. Dawn jinkludu kostruzzjoni ta’ latrina pubblika, tqegħid ta’ servizzi u pavimentar, restawr tal-bjar, istallazzjoni ta’ sistema tal-irrigazzjoni, tħawwil ta’ siġar u arbuxelli, istallazzjoni ta’ sistema solari fil-pavimentar, tqegħid ta’ bankijiet smart, smart bins, drinking fountain u kiosk informattiv. Sar ukoll xogħol ta’ restawr fuq l-oqbra u l-ħitan tal-perimetru kollu. Ix-xogħol tlesta f’14-il xahar.

Skejjel Primarji ta’ Wied il-Għajn – studenti reġistrati f’din is-sena akkademika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati f’din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji ta’ Wied il-Għajn u dan komplessivament u sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; St Thomas More CollegeK1K2Y1Y2Y3Y4Y5Y6Total · Marsaskala Primary (St Anne) 4788746669655658523 · Marsaskala Primary (St Joachim) 7454575859373852429 Total ta’ studenti12114213112412810294110952

Skejjel Primarji taż-Żejtun – studenti reġistrati f’din is-sena akkademika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati f’din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji taż-Żejtun u dan komplessivament u sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; St Thomas More College K1 K2 Y1 Y2 Y3 Y4 Y5 Y6 Total ·Żejtun Primary A 109 103 100 63 85 460 ·Zejtun Primary B 92 81 73 246 Total ta’ studenti 109 103 100 63 85 92 81 73 706

Skejjel Primarji ta’ Ħal Għaxaq – studenti reġistrati f’din is-sena akkademika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati f’din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji ta’ Ħal Għaxaq u dan komplessivament u sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; St Benedict College K1 K2 Y1 Y2 Y3 Y4 Y5 Y6 Grand Total ·Għaxaq Primary 50 54 46 54 46 33 46 34 363

Skejjel Primarji ta’ Marsaxlokk – student reġistrati f’din is-sena akkademika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati f’din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji ta’ Marsaxlokk u dan komplessivament u sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; St Thomas More CollegeK1K2Y1Y2Y3Y4Y5Y6Grand Total Marsaxlokk Primary3630181615352420194

Servizz tal-ferry mix-Xatt ta’ Bormla sal-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jressaq ir-rappreżentazzjonijiet, direzzjonijiet jew ordnijiet neċessarji sabiex fil-ġimgħa ta’ bejn l-1 ta’ Diċembru u t-8 ta’ Diċembru, is-servizz tal-Ferry mix-xatt ta’ Bormla sal-Belt jiżdied u jidħol wara l-ħin tal-11.30 p.m. in vista tal-Festa tal-Immakulata?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Ferry, għalkemm jopera bi ftehim mal-Awtorità, huwa servizz privat. Sfortunatament, ir-rotta bejn it-3 ibliet u l-Belt Valletta meta fuq talba tal-Awtorità tiġi estiża waqt l-istaġun tas-sajf, normalment topera b’telf. Għaldaqstant, iktar u iktar issa li qegħdin fl-istaġun tax-xitwa id-domanda tkun ferm inqas speċjalment f’ħinijiet estiżi u allura, estensjoni sal-11.30 p.m. għal ġimgħa sħiħa għal din l-okkażjoni ma tkunx vijabbli għall-Operatur bl-ispejjeż kollha involuti biex jiġi pprovdut is-servizz. Madankollu, l-Awtorità, bi ftehim mal-Operatur, se titlob estensjoni tas-servizz għal ġurnata massimu tnejn bejn is-7 u t-8 ta’ Diċembru, anke jekk din tinvolvi spejjeż addizzjonali, biex il-pubbliku jkun jista' jgawdi lejliet u nhar il-festa tal-Kunċizzjoni.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għall-Konferenza tal-Aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza u z-Zuntier quddiem il-Knisja Parokkjali ta’ Ħal Tarxien kif ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari sussegwenti, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu l-pjani u d-disinji relattivi u jekk ġewx konsultati l-awtoritajiet relattivi u l-istess kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi qed jinżammu laqgħat bejn Infrastructure Malta u l-Kunsill Lokali dwar dan l-imsemmi proġett tal-pjazza u z-zuntier. Infurmat ukoll illi l-proġett qed jitwettaq parzjalment minn Infrastructure Malta u parzjalment mill-Kunsill Lokali. Il-Kunsill se jkun qed jagħmel użu mid-Development Planning Funds sabiex jagħmel tajjeb għall-pavimentar u l-fanali tal-pjazza u l-isqaqien tal-madwar. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali rispettiv daħal ukoll fi ftehim mal-Arcipriet sabiex jagħmel tajjeb għar-restawr taz-zuntier tal-Knisja. Intant, infurmat li bis-saħħa tad-Development Planning Fund, il-Kunsill rispettiv mhux ser ikun qed jonfoq fondi addizzjonali mill-allokazzjoni finanzjarja tiegħu.

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Taljana

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 3,592 student li qed jistudjaw il-lingwa Taljana fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat skond it-tabella t’hawn taħt; Year 9Year 10Year 11Total ta’ studenti 1284122810803592

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Franċiża

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 1,053 student li qed jistudjaw il-lingwa Franċiża fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat skond it-tabella t’hawn taħt; Year 9Year 10Year 11Total ta’ studenti 3643433461053

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Tedeska

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Tedeska tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 858 student li qed jistudjaw il-lingwa Ġermaniża fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat skond it-tabella t’hawn taħt; Year 9Year 10Year 11Total ta’ studenti 266349243858

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Spanjola

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 1,455 student li qed jistudjaw il-lingwa Spanjola fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat skond it-tabella t’hawn taħt; Year 9Year 10Year 11Total ta’ studenti 5184794581455

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Griega u l-Latin

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Griega kif ukoll il-Latin tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ lingwi msemmija ma jiġux mgħallma fl-iskejjel tal-Istat.

Ġonna f’Malta li l-amministrazzjoni tagħhom taqa’ taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-elenku tal-ġonna kollha li jinsabu f’idejn l-amministrazzjoni u kura tal-Ministeru u dawk fuq oħra separata li huma f’idejn il-Kunsilli Lokali f’Malta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, qed inpoġġi lista bl-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwardja l-Kunsilli Lokali, nitolbu sabiex iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ġonna f’Għawdex u Kemmuna li l-amministrazzjoni tagħhom taqa’ taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-elenku tal-ġonna kollha li jinsabu f’idejn l-amministrazzjoni u kura tal-Ministeru u dawk fuq oħra separata li huma f’idejn il-Kunsilli Lokali f’Għawdex u Kemmuna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’Għawdex u Kemmuna, l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża m’huwa responsabbli għall-ebda ġnien. Madankollu, l-entita’ Wasteserv (Malta) Ltd, li wkoll tifforma parti minn dan il-Ministeru, hija responsabbli għas-sit tal-ex-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, fejn sit ta’ ħamsin elf metru kwadru nbidel minn ġerħa ambjentali għall-park naturali li llum jista’ jitgawda mill-familji. Min-naħa l-oħra, f’Kemmuna, il-Ministeru qed iwettaq interventi permezz ta’ Ambjent Malta. Dawn l-interventi huma marbutin mal-pjan ta’ ġestjoni għal siti Natura 2000 u fl-aħħar snin kienu jinkludu t-tneħħija ta’ speċi invażivi u t-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli indiġeni f’ammont li jeċċedi l-għoxrin elf. Barra minn hekk, fil-Bajja ta’ Santa Marija saru xogħlijiet ta’ restawr ambjentali li, fost l-oħrajn, jinkludu t-tneħħija ta’ materjal u l-formazzjoni mill-ġdid ta’ għadajjar b’ilma salmastru li jservu ta’ kenn għall-għasafar li jpassu fl-inħawi. Tneħħew ukoll strutturi tal-konkos u arbli tad-dawl li ma kinux qed jintużaw u ssewwew ħitan tas-sejjieħ li jservu ta’ lqugħ għall-ħamrija. Rigward ġonna li jinsabu f’idejn l-amministrazzjoni u kura tal-Kunsilli Lokali f’Għawdex u Kemmuna, il-mistoqsija għanda ssir lil Ministru konċernat.

Ġonna f’Għawdex u Kemmuna li l-amministrazzjoni tagħhom taqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-elenku tal-ġonna kollha li jinsabu f’idejn l-amministrazzjoni u kura tal-Ministeru u dawk fuq oħra separata li huma f’idejn il-Kunsilli Lokali f’Għawdex u Kemmuna?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ġonna li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex huma dawk elenkati hawn taħt: · Ġnien Villa Rundle (Rabat) · Ġnien Ċensu Sciberras (Kerċem) · Il-Bosk ta` taħt Chambray (Għajnsielem) · Ulysses Grove (Xewkija) · Mixtla tad-Dawwara · Buskett tax-Xewkija · Ta` Isopu · Three Hills Garden u l-madwar (Marsalforn)

Għawdex – Kerċem — għadira ta’ San Raflu - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru barra mill-għadira ta’ San Raflu fil-limiti ta’ Kerċem Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninsab infurmat li dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem u għalhekk, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal aktar dettalji għandu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.