Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Berġa tas-Saħħa – servizzi pprovduti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien minn meta nfetħet fid-19 ta’ Marzu 2022 sal-21 ta’ Novembru 2022 attendew 2,840 persuna. Servizzi pprovduti kienu ta' Tabib, Infermiera, Fiżjoterapija, Podjatrija, Social Worker, Nutrizzjonista, Flebotomija, Saħħa Mentali għat-Tfal u ż-Żgħażagħ u servizz tal-Iskoljożi.

Fgura – Triq il-Kampanella – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul is-sena li ġejja huwiex ser isir ix-xogħol li kien previst fi Triq il-Kampanella, Fgura?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq beda fix-xahar ta’ Novembru. Ix-xogħlijiet minn Infrastructure Malta biex tinbena mill-ġdid din it-triq ser jinkludu bdil ta’ servizzi tad-drenaġġ, ilma, telekomunikazzjoni u bini ta’ bankini ġodda. Wara jibda x-xogħol ta’ tqaxxir tal-wiċċ l-antik tat-triq sabiex isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2928, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li qed jaħdmu id f’id sabiex fl-aħħar il-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid, tiġi rranġata kompletament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tinghata f’seduta oħra.

Professjonisti fil-Qasam tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ professjonisti li jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa Mentali u fejn qegħdin iwettqu x-xogħol tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 552 professjonisti li jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa Mentali. Dawn jaħdmu kemm ġewwa l-isptar Monte Karmeli kif ukoll fid-diversi servizzi tas-saħħa mentali fil-komunitá.

Standards ta’ djar residenzjali u hostels

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-istandards li jrid ikollhom id-djar residenzjali u l-hostels fil-Qasam tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kura għal pazjenti b’nuqqas ta’ Saħħa Mentali fi djarhom

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali li kellhom kriżi ta’ saħħa mentali serja u bdew jingħataw kura f’darhom stess, sabiex jiġi evitat li huma jkunu rikoverati fl-Isptar Mount Carmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta twaqqaf il-Crisis Resolution Home Treatment Team f’Diċembru li għadda, ġew riferuti b’kollox 276 każ. Minn dawn, 17-il pazjent biss kellu bżonn jiġi ammess ġewwa l-isptar Monte Karmeli.

Servizzi għall-anzjani – awditjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti ta’ awditjar f’dawn l-aħħar sentejn dwar is-servizzi mogħtija lill-anzjani? Jekk iva, qegħdin jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet biex tkun assigurata l-kwalità ta’ servizzi mogħtija?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru rapporti ta’ awditjar f’dawn l-aħħar sentejn dwar is-servizzi mogħtija lill-anzjani. Infurmat li l-entitajiet li jaqaw taħt id-dekasteru tiegħi qed jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mir-rapporti ta’ awditjar biex tkun assigurata l-kwalita’ ta’ servizzi mogħtija.

Ħal Tarxien – Triq Sant’ Antnin — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ġew esegwiti sa issa ġewwa Triq Sant’ Antnin, Ħal Tarxien, u kemm huwa previst li jintefaq fiha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu previst li x-xogħolijiet fi Triq Feliċjan, Birzebbuġa għandhom ikunu lesti sal-aħħar ta’ din is-sena.

Ħal Tarxien – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3501 u jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Ħal Tarxien ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella aktar 'l isfel: Lokalita' Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 TARXIEN 151 € 87,800.72

Wied il-Għajn – pjan għat-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-pjan għat-turiżmu f’Wied il-Għajn, li ilu diġà numru ta’ snin biex jiġi ppreżentat mill-Ministeru, jiġi effettivament preżentat? Jekk le, jista’ jgħid x’inhuma d-diffikultajiet relattivi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2251.

Wied il-Għajn – rondi mill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li jkun hemm iktar pulizija u iktar rondi fit-toroq ta’ Wied il-Għajn billi qed jinħass in-nuqqas tal-preżenza tal-forza tal-ordni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi permezz tat-taqsimiet tal-RIU u tat-Traffiku kif ukoll dawk tad-distrett, il-Pulizija tagħmel ronda regolari ġewwa Wied il-Għajn u tkompli tagħmel dak kollu possibbli biex bħal lokalitajiet oħra l-preżenza tagħha tiżdied. Intant, f’dawn l-aħħar ġimgħat, uffiċjali tal-Korp kienu qed jieħdu t-taħriġ meħtieġ biex fi ftit jiem oħra jkunu jistgħu jagħtu servizz tagħhom bħala Pulizija tal-Komunità fl-istess lokalità, fejn ser tinbeda din l-inizjattiva.

Santa Luċija – blokka ta’ flats – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 22929, 24201 u 24038 li saru fl-aħħar leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fil-blokka tal-flats indikata, f’Santa Luċija, effettivament sarux u jekk il-lift huwiex jaħdem u minn meta?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett inkluż il-lift ingħataw lir-residenti fit-23 ta’ Settembru 2022.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Farfett tal-Fejġel – ispezzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2927, tista’ l-Ministru tara li s-sit fi Triq il-Farfett tal-Fejġel, Ħaż-Żabbar, jiġi ispezzjonat b'mod iktar regolari billi hemm wisq materjal li qed jiġi depożitat b’inkonvenjent?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li minn spezzjonijiet li saru fuq dan is-sit ma nqabad ħadd jabbuża mill-Bring-In-Sites. Mill-ġimgħa li ġejja uffiċjali mill-ERA ser ikunu qed jispezzjonaw dan is-sit bi skeda regolari.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Farfett tal-Fejġel – ispezzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2925, jista’ l-Ministru jara li s-sit fi Triq il-Farfett tal-Fejġel, Ħaż-Żabbar, jiġi ispezzjonat b'mod aktar regolari billi hemm wisq materjal li qed jiġi depożitat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar illi t-tindif madwar il-bring-in sites isir spiss u b’mod regolari.

Servizz ta’ ferry mix-Xatt ta’ Bormla sal-Belt Valletta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3479, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-estensjoni indikata għall-ġranet tas-7 u t-8 ta’ Diċembru tingħata l-pubbliċità neċessarja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Marsa — Wied is-Sewda - tindif

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3370, tista’ l-Ministru tara li x-xogħol indikat f’Wied is-Sewda, il-Marsa, isir billi hemm wisq ilma mniġġes u jinten?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li dan ix-xogħol ġie koordinat mal-Entitajiet rispettivi u dan l-ilma tneħħa.

Għawdex – Kerċem — għadira ta’ San Raflu – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3368, jista’ l-Ministru jindika x’xogħlijiet qed isiru barra mill-Għadira ta’ San Raflu fil-limiti ta’ Kerċem Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem illi dawn ix-xogħlijiet qed isiru b'fondi tal-Unjoni Ewropea bil-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar PA/02645/20. Infurmat li dan il-proġett ser iservi bħala ġnien pubbliku, b'ġibjun taħt l-art u siġar ġodda.

Kemmuna – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3366, tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet aktar ser isiru tul is-sena li ġejja f’Kemmuna? Tista’ tippreżenta rapport aktar dettaljat ta’ dak indikat minnha fil-mistoqsija parlamentari msemmija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022 Ambjent Malta bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi wetqet numru ta’ interventi marbutin mal-pjan ta’ ġestjoni għal siti Natura 2000 fosthom tneħħija ta’ pjanti inva¿ivi, li jinkludu akaċja u xumakk falz, tneħħija ta’ tnax-il arblu ta’ l-elettriku tal-konkos li m’ għadhomx jintużaw minn żona viċin ir-razzett tal-ħnieżer u Wied l-Aħmar, tħawwil ta’ l’ fuq min 2,400 siġra u arbuxxel indiġeni u installazzjoni ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni għall-manutenzjoni ta’ dawn il-pjanti Flimkien ma’ dawn ix-xogħolijiet tkompla r-restawr ambjentali tal-bajja ta’ Santa Marija, fejn tħaffru żewġ għadajjar oħra biex jilqgħu l-ilma tax-xita u jofru ambjent natural għal diversi ħlejjaq fosthom l-għasafar tal-passa. Dawn l-interventi huma parti mill- Miżura tal-pjan ta’ ġestjoni “ Restoration of habitat 1420, and 2210; restoration and expansion of habitat 92D0; and the expansion of habitat 2210 at Santa Marija Bay by means of: removal of the campsite; removal of the engineering works that turned habitat 1420 into a campsite; removal of alien and invasive species; restoration interventions for the disturbed habitats including temporarily (during 3 years) closing off the habitats” Ix-xogħlijiet ppjanati ġewwa Kemmuna għas-sena 2023 jinkludu l-implimentazzjoni ta’ programm għall-eredikazzjoni tal-ġrieden u l-firien bħala parti mill miżura tal-pjan ta’ ġestjoni “ Implement a rat control programme and assess the longer-term options for sustainable management of invasive nonnative rodents .” Ser isir ukoll xogħol ta’ restawr fuq numru ta’ ħitan tas-sejjieħ dan sabiex jikkontrolla t-telf tal-ħamrija min ġewwa s-sit. Matul s-sena d-dieħla ser ikun qed jitkompla x-xogħol fuq l-latrina pubblika ġewwa ż-żona magħrufa bħala tal-Ful, issiru interventi ta’ manutenzjoni fiż-żoni fejn sar restawr ambjentali u fil-bajja ta’ Santa Marija. Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-kamra ritratti li juru x-xogħol ta’ rijabilitazzjoni li sar s’issa.

Wied il-Għajn – Park tal-Familja – xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tindika x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni u straordinarji saru fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn tul din is-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena l-oħra Parks Malta għamlet numru ta' interventi fosthom rilokazzjoni u bini tad-dog park ġdid, manutenzjoni tal- ħitan tas-sejjieħ, tisbiħ tal-logħob tat-tfal u tibdil tal- fence kollhu tal-5 a -side futboll ground. Din is-sena komplejna b’riġenerazzjoni tas-soft flooring kollu taħt l-apparat tal-logħob biex nassiguraw li l-Park ikun aktar sigur u ġew mibdula s-servizzi sanitarji tal-latrini pubbliċi li jinsabu n-naħa tal-Belvedere tal-istess Park. Ġew imwaħħla xtiebi ġodda flimkien ma’ infurzar fis sistema ta` monitoraġġ sabiex jkun hemm iktar sigurtà u jitnaqqas l-att ta` vandaliżmu. Matul is-sena li ġejja 2023, Parks Malta ser tkun qed tlesti żewġ proġetti ġewwa dan il-park. Fiż-żona li qabel kienet id-dog park ser tiġi mibdula f’piknik area, waqt li l-proġett l-ieħor jikkonsisti fl-installazzjoni ta’ żewġ obstacle courses waħda għall-adulti u l-oħra għat-tfal. Parks Malta ġa ħejjiet ix-xogħol amministrattiv u inħarġu s-sejħiet għall-offerti għal dawn il-proġetti. Permezz ta` din il- ħidma kontinwa minn Parks Malta qed nkomplu nassiguraw li l- Parks tagħna jinżammu fi stat xieraq u sigur biex jkunu jistgħu jiġu mgawda minn numru kbir ta’ viżitaturi li jqattgħu l-ħin liberu tagħhom f` dawn il- postijiet rikreattivi.

Wied il-Għajn/Żabbar – Triq Wied il-Għajn sa Triq San Ġwakkin – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u għadhom qed isiru fi Triq Wied il-Għajn, Żabbar sa Triq San Ġwakkin, Wied il-Għajn, u kemm ser idumu? Billi nqatgħu numru ta’ siġar li kienu ilhom is-snin hemm, jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx il-permess relattiv?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li saru diversi xogħolijiet marbutin ma’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, servizzi tad-dawl, dawl tat-triq ġdid u servizzi tal-ilma, inbnew ukoll mill-ġdid il-ħitan tat-triq, fejn kien hemm il-bżonn. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-ewwel fażi, li jikkonsisti fil-bini mill-ġdid tal-pedamenti tat-triq u tqegħid ta’ l-ewwel saffi t’asfalt. Rigward is-siġar, kien involut ortikulturalist estern li għamel studju fuqhom filwaqt li saret applikazzjoni mal-awtoritjajiet kompetenti biex dawn is-siġar aljeni u invazivi, li ħafna minnhom kienu mejta jitneħħew u jitħawwlu siġar oħra minflokhom.