Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura – Triq il-Kunsill tal-Ewropa/Vjal Kottoner – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li tul din is-sena jsir ix-xogħol neċessarju fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa ma’ Vjal Kottoner fil-Fgura, fejn hemm roundabout żgħira, billi din qiegħda tisfronda?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ħad-Dingli – għassa tal-pulizija — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħad-Dingli hix qiegħda tkun miftuħa regolarment u jekk hux se ssirilha manutenzjoni billi tidher li għandha bżonn sew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3470.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3483, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress fir-rigward tal-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fażi ta’ preparazzjoni tal-proġett għadha għaddejja.

Il-Belt Valletta – Knisja ta’ Santa Barbara – restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser isir ix-xogħol ta’ restawr neċessarju fil-Knisja ta’ Santa Barbara l-Belt Valletta tul din is-sena jew jekk hix ser tiġi inkluża fil-lista tal-istess bħala prijorità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Direttorat tar-Restawr li m’hemmx pjanijiet li jsir restawr fuq il-Knisja ta’ Santa Barbara l-Belt Valletta matul din is-sena minħabba l-fatt li hemm lista ta’ proġetti oħrajn li jieħdu preċedenza fil-prijorità. Madankollu mhux eskluż li tittieħed azzjoni li titqies meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.

Il-Belt Valletta – Knisja ta’ Santa Barbara – restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser isir ix-xogħol ta’ restawr neċessarju fil-Knisja ta’ Santa Barbara l-Belt Valletta tul din is-sena jew jekk hix ser tiġi inkluża fil-lista tal-istess bħala prijorità?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5040 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri – persuni rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-29 ta’ Novembru 2022 kien hemm 104 persuni rreġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri.

Birgu – bini li qabel kien okkupat mill-Casino di Venezia

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2281, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu l-proċeduri sabiex il-Casino Di Venezia u l-Hotel adjaċenti jinħarġu għall-offerti, dejjem jekk dik hija l-linja li se tiġi meħuda?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu fl-istadju li jikkunsidra l-aħjar mod ta’ kif jiddisponi minn dawn il-propjetajiet fl-aħjar interess ta’ kulħadd.

Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi volontarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ġew reġistrati arbitraġġi volontarji u ai termini tal-liġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul din is-sena u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena sat-28 ta’ Novembru 2022, fiċ-Ċentru ġew ippreżentati 23 każ ta’ arbitraġġ volontarju, li minnhom 21 għadhom pendenti. Fl-istess perjodu, ġew ippreżentati 189 każ ta’ arbitraġġ mandatorju, li minnhom 132 għadhom pendenti.

Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ mill-bidu tiegħu u jindika kemm minnhom għadhom pendenti, kemm ġew deċiżi u kemm irtirati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li minn Marzu tas-sena 2000, meta beda jopera ċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ, sat-28 ta’ Novembru 2022, 6,567 każ ġie pprezentat fiċ-Ċentru. Minn dawn il-kazijiet, 557 għadhom pendenti, 1,392 ġew irtirati u 4,618 ġew deċiżi.

Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-arbitraġġi li ġew reġistrati fl-aħħar għaxar snin fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ għadhom pendenti, kemm ġew deċiżi u kemm irtirati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li minn Jannar 2013 sat-28 ta’ Novembru 2022, ġew prezentati 3,138 każ fiċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ. Minn dawn il-kazijiet, 495 għadhom pendenti, 773 ġew irtirati u 1,870 ġew deċiżi.

Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – ittri uffiċjali eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi matul din is-sena taħt l-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u jindika kemm kienu fil-Qrati Superjuri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li n-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi ppreżentati matul is-sena 2022 sad-29 ta’ Novembru, huwa kif ġej: Qorti 166A Qrati Inferjuri 166A Qrati Superjuri Malta 2710 129 Għawdex 105 19

Ħaż-Żabbar – Triq il-Farfett tal-Fejġel — spezzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2925 u 4103, jista’ l-Ministru jara li tiġi installata camera fil-post inkwistjoni għax dan jispjega għala qed isir tindif regolari proprju minħabba irregolaritajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar illi l-Kunsill diġà ressaq it-talba tiegħu lill-entità kkonċernata sabiex jiġu installati kameras tas-sigurtà għal skopijiet ta’ monitoraġġ u infurzar.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Farfett tal-Fejġel — spezzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2927 u 4102, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti hemm indikati u tara li tiġi installata camera fil-post inkwistjoni għax dan jispjega għala qed isir tindif regolari proprju minħabba irregolaritajiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Infurmata li l-ERA ma rċevietx rapporti f’dan il-kuntest, però ħa żżid il-frekwenza ta’ monitoraġġ f’dan is-sit. Rigward l-installazzjoni ta’ CCTV, l-ERA se tkun qed tikkomunika mal-Kunsill Lokali rispettiv.

Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi internazzjonali fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul din is-sena u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena sat-28 ta’ Novembru 2022, ġew irreġistrati maċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ 9 każijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali li kollha għadhom pendenti.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine De Paule

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056 u 2928, jista’ l-Ministru jinforma b’mod dettaljat lill-Kamra ladarba huwa urġenti li jsir, f’liema pożizzjoni jinsab il-pjan neċessarju sabiex il-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-rapporti tekniċi fuq din il-pjazza għaddew għand entitajiet oħra pubbliċi sabiex ikun hemm koordinament bil-ghan li l-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid tiġi rranġata. Informat ukoll li fil-frattemp hemm kwistjonijiet legali li qegħdin jiġu trattati u diskussi rigwardanti l-azzjoni legali appożita sabiex ir-rabta kuntrattwali mal-kuntrattur oriġinali tal-pjazza tintemm.

Wied il-Għajn – pjan għat-turiżmu

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2251 u 4099, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pjan għat-turiżmu f’Wied il-Għajn jiġi mressaq ’il quddiem u ppreżentat fil-bidu tas-sena 2023 sabiex jiġi diskuss qabel is-sajf li ġej?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2251.

Marsaxlokk – każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti sa issa u kemm minnhom kienu każijiet ta’ serq fil-lokalità ta’ Marsaxlokk? Jista’ jgħid fuq kemm-il każ ittieħdu passi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapport ta’ reati (crime reports) li ġew irreġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, għal Marsaxlokk, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2022, kien ta’ erbgħa u disgħin (94) li minnhom ħamsa u tletin (35) kienu każijiet ta’ serq. Minn tagħrif miġbur, sal-lum in-numru ta’ każijiet minn dan il-perjodu fejn suspettati tressqu l-Qorti kien ta’ sitta. L-investigazzjonijiet għal kull rapport ieħor qed ikomplu.