Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5174 u jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Name of Meeting Dates Delegates Cost of Flight Cost of Accomodation Opening of Malta Stand in the Venice Biennale, in Venice, Italy. *1 19/04/2022 - 22/04/2022 Minister, Permanent Secretary and 1 member of the Secretariat staff €1,002.95 €1,661.00 Conference of the Ministers of Culture of the Euro Mediterranean region culture mini-serial meeting of the EU-southern partnership, in Naples, Italy. 16/06/2022 - 17/06/2022 Minister, Permanent Secretary and 1 member of the secretariat staff. €1,107.00 €450.00 UNESCO World Conference on Culture Policies and Sustainable Development - Mondiacult 2022 in Mexico. *2 26/09/2022 - 02/10/2022 Minister, Permanent Secretary and 1 member of the secretariat staff. €32,790 €3,201.88 Accompanying President George Vella in a State Visit to Estonia 12/09/2022 - 15/09/2022 Minister and Advisor €4,175.00 €1,815.00 Opening of an exhibiton by Maltese artists at the European Parliament - The Aftermath of War, in Brussels, Belgium. 25/10/2022 - 26/10/2022 Minister and 1 member of secretariat staff €2,000.00 €562.64 Council of the European Union - Education, Youth, Culture and Sport, in Brussels, Belgium. 28/11/2022 - 29-11-2022 Minister and 1 member of secretariat staff €1,120.00 €648.24 *1 – Minister and 1 member of the Secretariat staff attended from 21/04/2022 till 22/04/2022 *2 – Minister and 1 member of the Secretariat staff attended from 26/09/2022 till 30/09/2022

Iż-Żejtun – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul s-sena li għaddiet residenti ż-Żejtun u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta persuni li kienu qed jircievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti ż-Żejtun, kien kif jidher fit-tabella aktar ‘l isfel: Żejtun Irġiel Nisa Total SA/SUP/UA 24 139 163 SUA 4 5 9 Total 28 144 172 SA – Għajnuna Soċjali SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

Ministru għall-Ġustizzja — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5177 u jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Qorti – rikorsi ġuramentati ta’ separazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi ġuramentati ta’ separazzjoni fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew deċiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ Malta ġew ippreżentati 106 kawżi ta’ separazzjoni li minnhom 99 għadhom pendenti u 7 ġew deċiżi. Filwaqt li fil-Qrati ta’ Għawdex ġew ippreżentati 39 kawża ta’ separazzjoni li 25 minnhom għadhom pendenti u 14 ġew deċiżi. Apparti dawn, ġew ippreżentati 327 kawża bonarja f'Malta, li minnhom 309 ġew itterminati u 18 għadom pendenti, filwaqt li f'Għawdex ġew ippreżentati 15 -il kawża bonarja, li minnhom 8 ġew itterminati u 7 għadom pendenti.

Raħal Ġdid – Ġnien Lorry Sant – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Ġnien Lorry Sant f’Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid, ix-xogħlijiet fi Ġnien Lorry Sant jinsab fi stadju avvanzat ferm tant li bħalissa qed jasal fi tmiemu ix-xogħol fuq il-ġebla Maltija li biha huwa imdawwar il-ġnien, kif ukoll waslu minn barra mat-80% tal-pjanti u siġar ġodda li ser jitħawwlu. Barra minn hekk, infurmat li ġew ppreparati il-planters kollha sabiex ikun jista jibda t-tħawwil fil-ġimgħat li ġejjin. Infurmat wkoll li sar xogħol ta’ preparamenti relatati mas-sistema tad-drip irrigation u għad-dwal. Finalment, infurmat li meta dan kollu jitlesta, jkun għad fadal biss il-pavimentar xi jsir u b’hekk jaslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet.

Il-Belt Vallettta – Triq San Ġwann u Strada Stretta – tiswijiet fiċ-ċangatura tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min ikun qiegħed jagħmel użu minnha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Raħal Ġdid – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti Raħal Ġdid u jistax jindika wkoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Raħal Ġdid, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Raħal Ġdid Irġiel Nisa Total SA/SUP/UA 39 138 177 SUA 65 13 78 Total 104 151 255 SA – Għajnuna Soċjali SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

Appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2022 u jista’ jgħid ukoll kemm appelli ġew deċiżi jew irtirati tul l-istess sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Appelli Diċembru 2022 Appelli pendenti sa Diċembru 2022 753* Appelli deċiżi sa Diċembru 2022 341 Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Diċembru 2022 278 Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Diċembru 2022 202 *minnhom 306 huma appelli li diġa bdew jinstemgħu

Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann u Strada Stretta – tiswijiet fiċ-ċangatura tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min jkun qiegħed jagħmel użu minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li minhabba li ċ-ċangaturi msemmija sfrondaw wara li kien sar xogħol mill-Gvern Ċentrali, l-Kunsill għamel pressjoni mal-entita kkoncernata biex isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija. Infurmat ukoll li din it-triq hi indikata bħala triq ta’ prjorita’ biex tissewwa.

Ħal Għaxaq – benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4463 u jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Għaxaq qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jistax jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-tagħrif jinġabar.

Qorti — mandati kawtelatorji u eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati kawtelatorji u eżekuttivi fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena li għaddiet ġew ippreżentati 1399 Mandati Kawtelatorji u 1526 Mandanti Eżekuttivi, kif elenkat fit-tabella hawn taħt: Mandati Kawtelatorji Mandati Eżekuttivi Qorti Ċivili Prim Awla 672 - 224 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni 316 Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) 13 19 Bord Li Jirregola l-Kera 46 - 6 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni 30 Bord Dwar il-Kontroll tar-Raba nil 2 Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċ) 4 - 2 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni nil Qorti tal-Maġistrati (Ċivili) 652 - 2 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni 1148 Total (Malta) 1387 1515 Mandati Kawtelatorji Mandati Eżekuttivi Qorti Ċivili Prim Awla 6 1 Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) 2 nil Bord li Jirregola l-Kera nil 1 Qorti tal-Maġistrati (Ċivili) 4 9 Total (Għawdex) 12 11

Qorti – rikorsi ta’ divorzju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi ta’ divorzju fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew deċiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta' Malta ġew preżentati 524 kawżi ta' divorzju illi minnhom 161 għadom pendenti u 363 ġew deċiżi. Fil-Qrati ta' Għawdex ġew ippreżentati 20 kawża ta' divorzju li 6 minnhom għadhom pendenti u 14 ġew deċiżi.

Ministru għall-Ġustizzja — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Raħal Ġdid – Benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti Raħal Ġdid qegħdin jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1,989 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minnhom kien hemm 1,063 raġel filwaqt li kien hemm 926 mara.

Bormla – Knisja ta’ San Pawl – restawr u tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi inkluż li l-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla tiġi restawrata u mnaddfa minn barra tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-restawr tal-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla, speċifikament ir-restawr tal-Koppla minn barra, hu proġett li kien diġà ppjanat għal din is-sena. Infurmat li x-xogħlijiet ta’ tħejjija huma avvanzati u mistenni li toħroġ is-sejħa għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin.

Żejtun – Benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti ż-Żejtun qegħdin jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 2,678 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minnhom kien hemm 1,491 raġel filwaqt li kien hemm 1,187 mara.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3483 u 5038, jista’ l-Ministru jindika xi progress sar dwar il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza u z-Zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fażi ta’ preparazzjoni tal-proġett għadha għaddejja kif kien indikat fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5038. F’din il-fażi qed isiru konsultazzjonijiet mal-entitajiet kollha tas-servizzi pubbliċi dwar proposti ta’ renovar li jista’ jkollhom ippjanati għas-servizzi tagħhom. Apparti minn hekk, kif id-disinn ikun komplut, dan ser jgħaddi għand il-kunsill lokali għall-approvazzjoni finali.

Ħal Tarxien – Benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4470 u jgħid kemm persuni residenti Ħal Tarxien qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jistax jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 5161.