Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Triq l-Isqajjaq – Zebra Crossing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31140 u 34089 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31140, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar iż-zebra crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li m’għandu xejn xi jżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34088.

Belt, Valletta – Knisja ta’ Santa Barbara

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34092 dwar ir-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid xi programm ta’ restawr ġie mressaq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 34092.

Ħal Tarxien/Raħal Ġdid – Triq Nazzarenu – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Nazzarenu, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol jinkludi tibdil ta’ partijiet tal-main tal-ilma fejn instab fi stat diterjorat, tibdil tas-servizzi tal-ilma, tibdil tal-bankini u resurfacing ta’ dawn it-toroq.

Il-Kalkara - Bighi - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31333,  jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru sabiex tiġi ffinalizzata l-parti ta’ Bighi msemmija fl-istess tweġiba u xi żviluppi kien hemm biex terġa’ tiġi lura f’postha?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Kalkara - Bajja tar-Rinella - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31709,  jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm sabiex tiġi rranġata l-parti tal-Bajja ta’ Rinella, fil-Kalkara msemmija fl-istess tweġiba?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti tat-tender għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni tal-parti mwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan l-aċċess antik li mill-Bajja tar-Rinella jwasslek lejn il-bieb prinċipali tal-Fortizza Ricasoli għadhom qed jiġu ppreparati.

Bormla - Pjazza Gavino Gulija - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34081, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Pjazza Gavinu Gulija, f’Bormla jinbeda x-xogħol fiha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti biex issir it-tiswija neċessarja.

Ħal Luqa, Triq il-Gudja - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34932 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34930, tista’ l-Ministru tgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa, kemm ser jiġu jiswew u għaliex qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ħal Luqa, Triq il-Gudja - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34930, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa, kemm ser jiġu jiswew u għaliex qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett jifforma parti mill-iskema Vjal Kulħadd, b’enfasi partikolari fuq it-titjib tal-ambjent tal-madwar u l-provvista ta’ spazji aktar sikuri u segregati kemm għall-persuni li ihobbu jimxu kif ukoll għaċ-ċiklisti. Fir-rigward tal-progress tax-xogħlijiet fuq is-sit, il-proġett issa daħal fil-fażi finali ta’ eżekuzzjoni tiegħu u huwa mistenni li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Raħal Ġdid - Triq Għajn Dwieli - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9432 u 35179, jista’ l-Ministru jikkunsidra li jibgħat persuni tekniċi biex jeżaminaw Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid, peress li mhijiex f’kundizzjoni tajba u għandha diversi ħsarat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li sar intervent mill-Enemalta fl-imsemmija triq relatat mal-provvista tal-elettriku, ser isir xogħol ta’ major patching.

Il-Furjana - Ġnien Dante - Larinġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34078, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-larinġ fi Ġnien Dante l-Furjana ġiex effettivament maqtugħ jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Furjana li, kif ġie indikat fit-tweġiba tal-Kunsill mogħtija fi Frar għall-mistoqsija parlamentari 34078, il-Kunsill Lokali għamel diversi tentattivi kemm ma’ kuntratturi kif ukoll ma’ individwi. Madankollu, dawn kollha rriżultaw fin-negattiv, peress li l-larinġ huwa bakkaljaw ftit li xejn hemm użu għalih, u għaldaqstant ħadd ma wera interess.

AIMS - CEOs - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34935, 35177 u 35517 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt tac-CEO preżenti qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

AIMS - Diretturi - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34936, 35176 u 35516 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Inteprellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.