Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6005 minħabba li issa għadda żmien twil biżżejjed dwar il-programm ta' toroq li suppost il-Gvern qed jaħdem fuqhom? X'inhi r-raġuni li l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'għaddietx il-file lura ħalli tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X'effett se jkollha d-deċiżjoni li jiġu privatizzati t-toroq fuq ix-xogħol ta' toroq li suppost qed isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 9413 u Nru. 9511.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba mill-Komunità Ortodossa Russa li tgħix ġewwa Malta biex tibni knisja fejn diġà ħarġu l-permessi kollha meħtieġa u jirriżulta li għad jonqos li tgħaddi mill-kabinett tal-Ministri?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-flus dovuti bħala kumpens l-ex ħaddiema tas-Sea Malta li sal-lum għadhom ma ħadu xejn? Kemm hemm ħaddiema li għandhom jitħallsu u kemm huwa dan il-ħlas?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex li għandhom għassa tal-Pulizija fejn hemm spettur inkarigat mill-għassa u li din l-għassa tkun miftuħa l-ħin kollu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm kull Għassa tal-Pulizija għandha Spettur inkarigat minnha, dan ma jfissirx illi ġo kull Għassa jkun hemm Spettur. F' Għassa prinċipali tad-Diviżjoni jkun hemm Spettur wieħed jew aktar, jiddependi mill-lokalita', bħal ma huma l-Belt u San Ġiljan, fejn minħabba l-volum ta’ xogħol hemm stazzjonat aktar minn Spettur wieħed. Dawn l-Għasses huma:
Valletta
Qormi
Żebbuġ
Paola
Bormla
Żabbar
Żejtun
B’Buġia
Żurrieq
Sliema
Msida
San Ġiljan
Ħamrun
Rabat
B’kara
Naxxar
Mosta
Qawra
Victoria
Ajruport
Dawn huma Għasses prinċipali u jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jista’ jkun li jingħalqu temporanjament meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-Għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor barra mill-Għassa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9644 u jara li l-allegat inġustizzja mal-persuna li taħdem fil-Malta Enterprise u li dettalji qed jingħataw separatament inkluż il-kunsens, jiġu solvuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li Malta Enterprise ma għamlet l-ebda inġustizzja mal-presuna msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari.
Din il-persuna dehret quddiem bord ta’ dixxiplina skont il-proċeduri tal-Malta Enterpirse u minħabba li nstab ħati ta’ xi akkużi, hu ġie mogħti twissija bil-miktub, liema twissija tibqa fis-seħħ għal sena.
Din il-persuna reġet lura għax-xogħol, u ma kellu ebda tnaqqis la fil-kundizzjonijet tiegħu, la fil-paga u lanqas fil-grad tiegħu, għalhekk ma saret l-ebda inġustizzja f’dan il-kaz.
Ħaż-Żabbar — St.James Square - Loading/Unloading Bay
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9848, jista' l-Ministru jgħid min kien iddeċieda li l-loading/unloading bay issir? Barra minn dan, minħabba l-bżonn ta' din il-bay tista' l-Awtorità tapprova din il-bay u għalhekk terġa' ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti s’issa fuq il-proġett ta’ Smart City għat-tisħiħ tad-drenaġġ ? Min ingħata x-xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt? Kemm kien hemm li tefgħu offerti u min kienu? Kemm offriet kull kumpannija għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — tkabbir fil-kapaċità tagħha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta ħaditx ħsieb biex tkabbar il-kapaċità tagħha li tiġġenera biżżejjed elettriku biex minbarra li taqdi l-ħteġijiet eżistenti tkun tista’ tissuplixxi wkoll postijiet bħal Smart City, Pender Place u proġetti kbar oħra li qed jinbnew?
Tista’ l-Ministru tgħid għas-sena skolastika li jmiss, kemm hu maħsub li se jkun hemm postijiet vakanti għall-għalliema fil-primarji? Meta se jsiru l-interviews? Kemm applikaw biex jidħlu għal dan it-tagħlim? Kemm se jiggradwaw għalliema speċifikament biex jgħallmu fil-livell primarju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għadu prematur li wiehed jgħid eżatt kemm se jkun hemm bżonn ta’ għalliema fl-iskejjel Primarji għax għadha qed tinġabar l-informazzjoni ta’ għalliema li se joħorgu jew jidħlu minn Parental Leave jew xi Leave iehor.
Bħalissa l-Bord tal-Intervisti qed jifli l-applikazzjonijiet għall-eliġibilita’. Malli jsir dan il-proċess jibdew l-intervisti.
Kien hemm 128 applikazzjoni biex jidħlu għal dan it-tagħlim.
L-Università ta’ Malta qiegħda fil-proċess li tilqa’ l-applikazzjonijiet għall-kors għall-għalliema tal-edukazzjoni primarja u l-applikazzjonijiet jagħlqu fl-24 ta’ Lulju. Wara dan iż-żmien jibqgħu jiġu aċċettati applikazzjonijiet sal-aħħar ta’ Awissu.
Huwa mistenni li jigradwaw 41 student bħala għalliema tal-primarja.
Tista’ l-Ministru tgħid għas-sena skolastika li jmiss kemm applikaw għalliema biex jgħallmu fl-iskejjel sekondarji wara s-sejħa li ħarġet u li għalqet fil-5 ta’ Ġunju? Kemm applikaw għal kull suġġett? Kemm hemm postijiet vakanti f’kull suggett? Meta se jsiru l-interviews?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għadu prematur li wiehed jgħid eżatt kemm se jkun hemm bżonn ta’ għalliema fl-iskejjel Sekondarji għax għadha qed tinġabar l-informazzjoni ta’ għalliema li se joħorgu jew jidħlu minn Parental Leave jew xi Leave iehor. Fil-kas tal-iskejjel Sekondarji tas-Subien għad irid jiġi determinat in-numru ta’ studenti li se jattendu l-iskejjel tal-knisja. In-numru ta’ studenti fl-iskejjel sekondarji jaffettwa n-numru ta’ għalliema li jkun hemm bżonn.
Bħalissa l-bord tal-intervisti qed jifli l-applikazzjonijiet għall-eleġibilita’. Malli jsir dan il-proċess jibdew l-intervisti.
Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ applikazzjonijiet li daħlu għal kull suġġett.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jiggradwaw għalliema din is-sena fl-Edukazzjoni Fiżika? Kemm minnhom huma nisa u kemm irgiel? Kemm hemm postijiet vakanti għal dan il-post fl-iskejjel tal-Istat? Kemm huwa maħsub li se jiggradwaw is-sena d-dieħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li huma mistennija li jiggradwaw fl-Edukazzjoni Fiżika hu kif ġej:
Sena
Nisa
Rġiel
Total
2009
5
12
17
2010
10
3
13
Għadu prematur li wieħed jgħid eżatt kemm se jkun hemm bżonn ta’ għalliema fl-iskejjel Primarji u Sekondarji għax għadha qed tinġabar l-informazzjoni ta’ għalliema li se joħorġu jew jidħlu minn
Parental Leave
jew xi
Leave
ieħor. Fil-każ tal-iskejjel Sekondarji tas-subien għad irid jiġi determinat in-numru ta’ studenti li ser jattendu l-iskejjel tal-Knisja. In-numru ta’ studenti fl-iskejjel Sekondarji jaffettwa n-numru t’għalliema li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Awtorità dwar it-Traspot qed twaħħal persuni li jagħmlu t-test tas-sewqan ħalli jiksbu l-liċenzja għal raġuni li l-persuna kienet kunfidenti fis-sewqan? X'raġuni hi din? Jista' jgħid ukoll għalfejn persuna li jintqalilha li m'għaddietx mit-test u skont l-uffiċjal tal-Awtorità għal ħmistax-il raguni meta jidher li sa erbatax-il raġuni persuna tgħaddi, dawn l-istess persuni ma jingħatawx ir-raġunijiet u jintalbu jiffirmaw id-dokumenti li huma ma għaddewx? Jaħseb il-Ministru li din l-attitudni tal-Awtorità dwar it-Trasport hija ntiza biex dawn il-persuni jkollhom jerġgħu japplikaw biex jagħmlu t-test u allura jerġgħu jħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull persuna li tagħmel it-Test tas-Sewqan tingħata kopja tad-‘Driving Test Report’ magħmula mill-Eżaminatur. Din tingħata wara li jsir it-Test u wara li l-Eżaminatur jagħti spjegazzjoni ta’ kif ikun mar il-kandidat fl-istess Test. Dan jista’ jsir ukoll fil-preżenza ta’ l-Instructor tal-kandidat jekk il-kandidat jitlob il-preżenza ta’ l-istess instructor kemm waqt it-test kif ukoll waqt l-ispjegazzjoni.
L-imsemmi ‘
Driving Test Report’
jagħti wkoll spjegazzjoni fid-dettal tal-atteġġjament tal-kandidat waqt it-Test u juri biċ-ċar fejn il-kandidat ikun għamel xi żbalji. L-istess dettalji jinkludu l-kundizzjonijiet li juru jekk il-kandidat/kandidata għaddewx mit-Test jew le.
Din il-procedura tapplika ghal kwalunkwe Test tas-Sewqan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni meqjusa bħala refuġjati li għandhom permess regolari li jaħdmu f’pajjiżna? Tinżamm statistika ta’fejn huma mpjegati? Minbarra dawk li għandhom status ta’ refuġjati, jista' jgħid jekk hemmx persuni oħra li huma/kienu immigranti irregolari li għandhom tali permess?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-nurmu ta’ persuni meqjusa bħala refuġjati li għandhom permess regolari li jaħdmu f’pajjiżna hu ta’ 50.
Informat ukoll li tinżamm statistika ta’ fejn huma mpjegati. Minbarra dawk li għandhom
status
ta’ refuġjati, hawn 1,266 persuna oħra li huma immigrant irregolari li għandhom tali permess
Sidien li nqabdu jimpjegaw immigranti illegali mingħajr permess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu sidien mill-1 ta’ Jannar 2009 ‘l hawn impjegaw immigranti illegali mingħajr permess? X’passi ttieħdu kontrihom? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm każi fejn instab li dawn il-ħaddiema ma ngħatawx il-paga kif stipulata skond il-ligi? Jekk iva, kemm kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu? X’passi ttieħdu kontra s-sidien?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ jindaga u jinvestiga dwar il-permess tax-xogħol ta’ persuni barranin misjuba jaħdmu fuq post tax-xogħol.
Informat ukoll li minn Jannar 2009 sa Mejju 2009, l-ispetturi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, sabu dawn il-barranin jaħdmu mingħajr permess:
E.U.
Non-Eu
Total
Jannar
22
30
52
Frar
14
15
29
Marzu
17
11
28
April
11
8
19
Mejju
16
16
32
Total
80
80
160
It-tip ta’ xogħolijiet li fihom instabu jaħdmu dawn il-barranin, kienu hekk:
Konstruzzjoni - 11; Catering - 129; Bejgħ - 14; Servizzi - 5; Trasport -1
F’ċerti każijiet, l-ispezzjonijiet saru direttament flimkien mal-pulizija tal-Immigrazzjoni. Il-Korporazzjoni tipproċedi, permezz tal-pulizija, bil-Qorti kontra min iħaddem, skond Avviż Legali 110 tal-1993.
Il-Korporazzjoni tax-Xoghol u Taħrig mhix responsabbli li tinvestiga dwar kundizzjonijiet ta’ xogħol mogħtija lill-ħaddiema barranin.
Persuni li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2009 ‘l hawn kemm kien hemm persuni li nqabdu jaħdmu waqt li kienu jirreġistraw? Kemm kienu nisa u kemm irgiel? Jista’ jgħid minn liema lokalità kienu? X’passi ttieħdu kontrihom?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tikkonferma l-Ministru li l-Kulleġġ San Nikola se jiġi xolt u li l-iskejjel li sal-lum jiffurmaw parti minn dan il-kulleġġ ser jiġu trasferiti ma' kulleġġi oħra? Meta huwa maħsub li jsir dan u x'inhi r-raġuni li dan il-kulleġġ ser jiżżarma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kulleġġ San Nikola mhux ser jiġi xolt jew żarmat.
Ħaż-Żabbar — St.James Square - Loading/Unloading Bay
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9642 u jgħid x'inhi r-raġuni li loading/unloading bay tneħħiet minn Alley 1 St.James Square ġewwa Ħaż-Żabbar meta din hija utli ħafna għall-ħwienet li hemm fl-istess pjazza? Min iddeċieda li titneħħa u fuq liema kriterji? Jista' jgħid ukoll jekk ġiex konsultat il-Kunsill Lokali jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza? Jekk le, ma jaħsibx li ilu li wasal iż-żmien li tieqaf din l-arroganza min-naħa tal-awtorità ma' ċerti kunsilli? Barra minn dan, tista' l-istess awtorità terġa' tagħmel din il-bay li fl-aħħar mill-aħħar ma kienet qed ittellef lil ħadd, anzi kienet tgħin l-organizzazzjoni fil-pjazza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-un/loading bay fi Sqaq Nr 1, Pjazza San Ġakbu f’Ħaż-Żabbar qatt ma ġiet approvata mit-TMU fi ħdan l-ADT u għalhekk is-sena l-oħra l-ADT ħarget ordni ta’ nfurzar biex l-imsemmija bay titneħħa.
Il-Kunsill ġie infurmat bid-deċiżjoni originali u mitlub sabiex ineħħi l-istess un/loading bay immedjatament u reġa ġie nfurmat li din se titneħħa mill-istess Awtorita’ b’ittra datata 25 ta’ Ġunju 2008.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet esproprjata art biex tinbena Smart City, mingħand min u jekk il-kumpens ingħatax diġà jew le? Jista’ jghid jekk hemmx xi sidien li oġġezzjonaw u fetħu kawża l-Qorti? Hemm il-ħsieb li tiġi esproprjata aktar art?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9487 u 9000 u jgħid kemm hemm fabbriki li bħalissa qed joperaw f’Għawdex? X’jipproduċu? Kemm iħaddmu nies? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm nies impjegati f’dawn il-fabbriki f’Mejju 2007 u 2008 separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.