Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni Enemalta — tkabbir fil-kapaċità tagħha

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9857, jista' l-Ministru jagħti tagħrif ta' kif sar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Korporazzjoni Enemalta għandha kapaċita' biżżejjed biex tilħaq id-domanda tal-elettriku sakemm tibda taħdem l-impjant il-ġdid fl-2011. Enemalta għanda l-kapaċita' biex tissupplixxi d-domanda li ġiet mitluba minn Smart City (c 20MW) u Pender Place (c 8MW).
Leg 11 PQ #10322 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — rwolijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9681, 9493 u 9008 u jgħid x'inhuwa r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Min huma l-membri ta' din il-Kummissjoni? X'attivitajiet wettqet matul is-sena l-oħra? Kemm għandha fondi allokati biex twettaq l-attivitajiet tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali, organu konsultattiv mwaqqfa mill-Ministru, huwa dak li tagħti kontribut, permezz ta’ pariri lill-Ministru, fir-rigward tar-reviżjoni tal-Att dwar is-Saħħa Mentali u f’inizjattivi ta’ riformi b’risq il-ħarsien, it-tisħiħ u sostenn tas-saħħa mentali tal-poplu Malti u Għawdxi in ġenerali u ta’ dawk il-persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni. Il-membri ta’ l-aħħar Kummissjoni mwaqqfa, li t-terminu tagħha skada fil-31 ta’ Diċembru 2007, kienu : Ms Connie Magro (Chairperson), Dr Joseph R. Saliba, Dr Anton Grech, Dr Ethel Felice, Ms Doris Gauci, Is-Sur (ex-Onor) Joe Abela, Dr Edward Curmi, Ms Mariel Spiteri, Ms May Caruana, Is-Sur Charlot Zahra, Ms Charmaine Vassallo, u s-Sur Paul J.Saliba (Segretarju). Informat ukoll li matul is-sena l-oħra il-Kummissjoni ma ltaqgħetx peress li ma ġietx rikostitwita u għaldaqstant ma setatx twettaq attivitajiet. Il-fondi allokati (Baġit 2009) lill-Kummissjoni sabiex twettaq l-attivitajiet tagħha jammontaw għal tmintax-il elf Euro (€18,000).
Leg 11 PQ #10323 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu minħabba t-tipjip

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9680, 9494 u 9125 u jagħti n-numru ta’ persuni, irġiel u nisa separatament, li mietu direttament jew indirettament minħabba t-tipjip fl-ewwel ħames xhur ta’din is-sena? Kemm mietu fl-2008?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ każijiet ta’ mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet matul is-sena 2008 li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewg sessi huwa ta’ 372 mewt f’residenti ta’ Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 260 raġel u 112 mara. In-numru ta’mwiet fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena (Jannar- Marzu 2009) li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati mit-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta’ 113 mewt f’residenti ta’ Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 78 raġel u 35 mara. In-numru għal April u Mejju għada qed tinġabar.
Leg 11 PQ #10324 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centres — Skejjel Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9667 u jindika kemm hemm studenti mill-Iskejjel Speċjali li se jiġu trasferiti fl-Adult Training Centres meta dawn jispiċċaw mill-iskola f'Lulju? Se jiġu ingaġġati aktar support workers biex ix-xogħol fiċ-Ċentri jimxi kif suppost? Jekk se jidħlu studenti ġodda, x'tip ta' transizzjoni saret mill-Aġenzija Sapport biex dawn l-istudenti jintegraw ruħhom b'mod professjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li kien ġie deċiz li din is-sena iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ma jeħdux klijenti ġodda min naħa tal-iskejjel Speċjali. Għaldaqstant mhux ser jiġu ingaġġati aktar support workers. It-tranżizzjoni ma sarietx minħabba il-fatt imsemmi hawn fuq.
Leg 11 PQ #10325 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Fabbriki

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 9662, 9487 u 9000 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilha u tgħid kemm hemm fabbriki li bħalissa qed joperaw f’Għawdex? X’jipproduċu? Kemm iħaddmu nies? Tista’ tgħid ukoll kemm kien hemm nies impjegati f’dawn il-fabbriki f’Mejju 2007 u 2008 separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fit-tabella annessa.
Leg 11 PQ #10326 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — wax therapy

Question

Peress li jien infurmat li dan il-wax wasal, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9686, 9497 u 9013 u jgħid meta se jkun hemm xemgħa fl-Isptar Mater Dei ħalli tkun tista' ssir dik li tissejjaħ wax therapy? Jikkonferma li l-Isptar Mater Dei ilu żmien f’din is-sitwazzjoni li qed tkun ta’ detriment għal dawk li għandhom bżonn din it-tip ta’ terapija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-wax therapy reġgħet bdiet tiġi amministrata mill-Occupational Therapy Department tal-Isptar Mater Dei mill-1 ta' Ġunju 2009. Qabel din id-data, l-wax kien out of stock bejn il-15 ta' April u l-31 ta' Mejju 2009.

Flus fuq toroq prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9685, 9489 u 9002 u jgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanazjarja kemm intnefqu flus f’toroq prinċipali li huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali u mhux minħabba l-emerġenza tal-maltemp, li ngħataw it-tarmac jew inbnew mill-ġdid? F’liema lokalitajiet kienu u kemm intnefaq f’kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Wied il-Għajn — toroq li ġew irranġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien maqbul li jsiru toroq f'Wied il-Għajn fil-leġislatura li għaddiet? Kemm saru minn dawn it-toroq? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità għandhiex programm ta’ xogħol ta’toroq għal Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk dan il-programm ta’ xogħol ma jeżistix x’inhi r-raġuni li m’hemmx dan il-pjan meta hemm bosta toroq li għandhom bżonn ta’ xogħol kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9413.
Leg 11 PQ #10197 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li tilfu l-impjieg tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri ta’ kemm-il persuna tilfet l-impjieg tagħha fl-ewwel sitt xhur ta’din is-sena minn fabbriki u kumpanniji f’Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm instabu impjiegi ġodda fl-istess setturi? Jista’ jagħti dettalji dwar f’liema oqsma instabu jew intilfu l-impjiegi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpanniji, fabbriki u lukandi li ma ħallsux il-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji, fabbriki jew lukandi li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ma ħallsux il-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom separatament? X’inhu l-ammont totali ta’ kemm iridu jħallsu? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi ażjendi li ngħataw in-nifs biex għal ċertu żmien ma jħallsux in-National Insuranceminħabba diffikultajiet finanzjarji? Jekk iva, kemm hemm u kemm ingħataw żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’huwiex possibli li tingħata informazzjoni dwar kemm hemm kumpanniji, fabbriki jew lukandi li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ma ħallsux il-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija filfatt hemm ażjendi li ngħataw in-nifs biex iħallsu l-ammonti dovuti ta’ National Insurance lid-Dipartiment fuq ammont ta’ xhur minħabba diffikultajiet finanzjarji. In-numru ta’ ażjendi li ngħataw in-nifs huwa kif ġej (sena b’sena mill-2004 sal-2009): Year Count 2004 111 2005 126 2006 121 2007 131 2008 45 2009 52 Iż-żmien li ngħataw ivarja minn każ għall-ieħor.

Ħlas tal-bolla tan-National Insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont sħiħ ta’ flus li huwa stmat li għandu jdaħħal il-gvern mill-ħlas tal-bolla tan-National Insurance fl-ewwel sitt xhur tas-sena? Kemm fil-fatt tħallas sal-aħħar ta’ Mejju 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward ta’ dħul tal-gvern mill-ħlas tal-bolla tan-National Insurance, mhuwiex possibli li tingħata stima għall-ewwel sitt xhur tas-sena. Sa l-aħħar ta’ Mejju, il-ħlas ammonta għal €100,065,675.
Leg 11 PQ #10200 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura — Triq Kampanella - xogħlijiet ta' drenaġġ - generator

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fi Triq Kampanella, l-Fgura bħala parti mix-xogħlijiet tad-drenaġġ li qed isiru fl-inħawi ta' Smart City qed jitħalla generator jaħdem lejl u nhar bi tniġġiż kontinwu u rwejjaħ ta' diesel b'dannu ghar-residenti ta' din it-triq? Jista' jgħid jekk dan il-generator għandux jitħalla jniġġes bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk l-ufficjali tal-awtorità marrux jinvestigaw l-ilmenti tal-familji li hemm fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11711.

Smart City — kuntratti għat-tisħiħ tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9856 u jgħid kemm ingħataw kuntratti s’issa fuq il-proġett ta’ Smart City għat-tisħiħ tad-drenaġġ ? Min ingħata x-xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt? Kemm kien hemm li tefgħu offerti u min kienu? Kemm offriet kull kumpannija għal dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma ngħata ebda kuntratt ta' din ix-xorta.

Prinċipali tal-Kulleġġi — ħatra ta' oprinċipal ġdid

Question

Peress li minn fost il-Prinċipali tal-Kulleġġi kien hemm min ingħata promozzjoni, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi maħtur prinċipal ġdid? Kif se ssir din il-ħatra jew għażla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sejħa għall-Prinċipal ta’ Kulleġġ diġa’ qed tiġi proċessata. Huwa mistenni li sa l-ewwel term tas-sena skolastika l-ġdida l-Prinċipal l-ġdid ikun fil-post. L-għażla ssir permezz tas-sejħa ta’ applikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku kif isir fis-sejħiet kollha.
Leg 11 PQ #10177 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — overtime wara 46 siegħa

Question

B'referenza ghall-mistoqsija parlamentari 3437, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija li jkunu għamlu dan ix-xogħol humiex attwalment jitħallsu, meta kif ġie mwieġeb fil-mistoqsija li qed nagħmel referenza għaliha, il-pulizija huma ntitolati li jitħallsu overtime? Dan il-ħlas qed isir jew hemm xi ħlasijiet b'lura li għadhom ma sarux? Kemm huwa l-ħlas li jinsab b'lura?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ħlas tal-overtimelill-membri tal-Korp tal-Pulizija isir ġeneralement xahrejn b’lura minħabba raġunijiet amministrattivi. Infurmat ukoll illi l-overtime li nħadem f’Mejju ta’ din is-sena u li jammonta għal €61,606, ser jitħallas mal-paga ta’ Lulju, dak li nħadem f’Ġunju u dak konness mal-elezzjoniet tas-6 ta’ Gunju, mistenni li jitħallas f'Awwissu u f'Settembru. Matul din is-sena l-Korp tal-Pulizija ħallas is-somma ta’ €508,250 li tkopri l-overtime li nħadem bejn is-xhur ta’ Ottubru 2008 u Mejju 2009.

Fgura — Triq il-Kampanella - inkonvenjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdum l-inkonvenjent għar-residenti li jinsabu fi Triq il-Kampanella, fil-Fgura fejn minħabba l-proġett ta' Smart City qed jitħaddem generator li qed jagħmel ħsejjes li żgur m'humiex pjaċevoli speċjalment issa li t-twieqi jkunu aktar miftuħin minħabba s-sħana tas-sajf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li għamel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant huwa xogħol relatat mal-kostruzzjoni ta’ mina tad-drenaġġ li twassal id-drenaġġ mill-Marsa sal-Impjant tat-trattament tad-drenġġ f’ta’ Barkat limiti tax-Xgħajra. Infurmat ukoll li dan ix-xogħol ta’ tħaffir li qed isir fil-parti ta’ Triq Kampanella fil-Fgura mistenni jkun lest fi żmien tliet xhur oħra.

Smart City — Art esproprjata

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9855 u jgħid kemm ġiet esproprjata art biex tinbena Smart City, mingħand min u jekk il-kumpens ingħatax diġà jew le? Jista’ jghid jekk hemmx xi sidien li oġġezzjonaw u fetħu kawża l-Qorti? Hemm il-ħsieb li tiġi esproprjata aktar art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l - ammont ta’ l-art li ġiet esproprijata hi ta’ 112,818m2 . Hamsa u għoxrin (25) biċċa art ġiet esproprijata mingħand sidien privati. Hemm xi biċċiet mill-art li s-sidien għandhom ma ġewx identifikati. Il-kumpens tħallas lid-Dipartiment ta’ l-artijiet fuq l-evalwazzjonijiet tal-periti tal-Gvern li saru fl - 1977, 1979 u fl - 2006. Tmien sidien ikkontestaw il-kumpens mogħti lillhom. M’hemm l-ebda ħsieb li tiġi esproprijata aktar art.
Leg 11 PQ #10194 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

numru ta' serq minn fabbriki, djar u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena x’kien in-numru totali ta’serq li ġie rapportat f’Malta u f’Għawdex separatament? Kemm kien hemm serqiet minn djar u kemm minn fabbriki jew stabbilimenti kummerċjali oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' serq li ġie rrapurtat fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien kif ġej:- Malta Għawdex Total Serq minn djar 365 20 385 Serq minn fabbriki 13 0 13 Serq minn stabbilimenti kummerċjali 247 2 249 Total 625 22 647
Leg 11 PQ #10196 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kważi Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem l-Imħallef li ismu qed jintbagħat separatament u li minħabba li jinsab indispost ilu ma jattendi il-Qorti għal żmien twil? Jista’ jgħid jekk il-kawżi li hemm quddiemu għandhomx jiġu trasferiti lil imħallef ieħor peress li hemm minnhom li ilhom is-snin jistennew is-sentenza biss?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-lmħallef li dwaru qed issir din l-interpellanza, wara żmien ta' indisposizzjoni reġgħa qiegħed jattendi għax-xogħol u jżomm seduti regolarment. Għaldaqstant mhux maħsub li jiġu trasferiti kawżi lil Imħallef ieħor peress li qiegħed jieħu konjizzjoni tagħhom huwa stess. Ninsab infurmat illi l-Imħallef in kwistjoni għandu dawn il-kawżi pendenti:- Quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili:- Għas-sentenza 101 Għall-provvediment 4 L-ewwel dehera 6 Għall-kontinwazzjoni 37 148 Quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali):- Għar-rapport 1 Għas-sentenza 3 Għall-kontinwazzjoni 11 Mhux appuntati 1 (ġiet irreġistrata riċentement) 16