B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8525, tista' l-Ministru tgħid jekk l-evalwazzjoni msemmija fit-tweġiba saritx jew le? Jekk fl-affermativ, x'kien ir-riżultat u x'deċiżjonijiet ittieħdu? Tista' tgħid ukoll jekk ġewx konsultati għaqdiet u persuni barra mill-qasam edukattiv iżda li jagħmlu użu u għandhom ukoll interess fl-istess bini?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-evalwazzjoni tal-ispazju li hemm fil-Liċeo tal-Bniet fiż-Żejtun fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More saret. Ġie deċiż li fl-ispazju fejn hemm il-ground jiġi żviluppat f’faċilità sportiva. Sar ftehim bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Kunsill Malti għall-Isport, sabiex il-ground ikompli jintuża għall-attività sportiva. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni kkonsulta ukoll maż-Żejtun Corinthians F.C. u ġiet ukoll ikkunsidrata proposta mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun qabel ma ttieħdu d-deċiżjonijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7252, 6870, 5733, 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.7252.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — taħriġ lil industriji li ltaqgħu ma' diffikultajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8528 u jgħid jekk it-taħriġ li qed jingħata lil numru ta’ industriji li ltaqgħu ma’ diffikultajiet hux qed jingħata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li dawk il-ħaddiema li jaħdmu f’kumpaniji li bħalissa qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet, u li qed jidħlu fi ftehim mat-Task Force imwaqqaf mill-Gvern, qed jattendu programmi ta’ taħrig organizzat speċifikament għalihom mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8522 u jgħid jekk il-Gvern għandhux ħażniet ta' second class water għall-użu tiegħu minflok ilma li ġej dirett mill-vit? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min jista' jixtri dan l-ilma għall-użu bħal ngħidu aħna f'toilets eċċ.?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li jeżistu diversi ġibjuni li jaħżnu fihom ilma tax-xita u ilma tat-triq (second class). Dawn huma mifruxa f’diversi bliet u rħula. Bosta minn dawn il-ġibjuni illum jaqgħu taħt il-kontroll tal-kunsilli lokali. Spiss jiġri li l-ilma li jkun maħżun jintuża’ għat-tisqija ta’ ġonna pubbliċi kif ukoll għal skopijiet ta’ landscaping.
Il-Gvern ma jipprovdix servizz ta’ bejgħ ta’ ilma
second
class
għall-użu sekondarju ħlief l-ilma li jiġi mill-impjant tad-drenaġġ ta’ Sant’Antnin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8765 u jgħid liema huma s-57 kumpaniji li qal li fetħu f’dawn l-aħħar sitt xhur u li jaħdmu fil-qasam tal-ambjent? Jista jgħid x’inhi l-attività ta’ kull kumpanija u kemm qed tħaddem nies fil-preżent? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-kumpaniji ndikawx li se jkabbru fil-futur qarib? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema huma u kemm se jżidu nies?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li din l-informazzjoni hija pubblika u tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku tal-MFSA.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8570 u jgħid kemm hi l-waiting list għall-għoti tal-home help għall-anzjani u persuni b'diżabilità? Kemm minn dawn in-nies qed jgħixu waħedhom u x'etaijiet għandhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li b’kollox hemm 220 household fuq il-waiting list għall-għoti tas-servizz tal-home help. Minn dawn hemm 139 applikant li jgħixu waħedhom. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8763 u jara li tigi rranġata s-sistema diżastruża li teżisti fl-ispizerija tal-Gvern li tinsab ġewwa Raħal Ġdid fejn il-klijenti żgur li mhux jingħataw servizz kif jixraq? Jista' jgħid ukoll x’inhu jsir minn dawk konċernati ħalli l-azzjonijiet industrijali li ilhom għaddejjin jieqfu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid jagħmlu ħilithom kollha u jaħdmu b’dedikazzjoni biex joffru l-aħjar servizz possibbli lil kull min jagħmel użu mis-servizzi li toffri l-ispiżerija ta’ din il-lokalita.
Informat ukoll li l-post konċernat m’għandux spazju addattat biex iservi ta’
waiting area
komda għall-volum kbir ta’ nies li jinqdew minn din l-ispiżerija. Id-dipartiment tas-Saħħa Primarja għamel diversi attentati sabiex jakkwista
area
fil-viċin mingħand terzi sabiex ikun jista’ jitkabbar il-post u n-nies tinqeda aħjar. Dawn it-tentattivi, li l-aħħar wieħed minnhom kien fil-bidu ta’din is-sena, ma rnexxewx. Sadanittant id-dipartiment għadu kif beda proċess sabiex jibda xogħol ta’ ristrutturar tal-post. Għaddeja wkoll konsultazzjoni interna sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx lok ta’ titjib tas-sistema. Ħafna mill-problemi li jinqalgħu huma kkaġġunati minħabba raġunijiet bħal medicini
out of stock
u l-implimentazzjoni ta’ regoli fuq it-tqassim ta’ pilloli. Problema oħra ta’ nuqqas ta’ spiżjara qegħda tiġi solvuta parzjalment permezz ta’
overtime
.
L-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid m’hijiex milquta minn l-ebda azzjonijiet industrijali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9684, 9490 u 9004 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena finanzjarja kemm intnefqu flus f’toroq li jifformaw parti minn żoni industrijali? F’liema żoni saru? Meta saru? X’hemm ipproġettat għall-bqija ta’din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Xogħlijiet li saru fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena
Fondi
1. Kordin Ind. Estate € 40,070 MIPL
2. Marsa Ind Estate € 9,454.92 MIPL
Xogħlijiet ippjanati għal in is-sena.
3. San Gwann Ind Est. € 70,000 MIPL
4. Hal Far Phase 1 € 247,800 ERDF
5. Bulebel Ind Est. Ph 1 € 212,400 ERDF
6. Xewkija Ind. Est € 676,769 MIPL
Jista’ l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħaż-Żabbar — St.James Square - Loading/Unloading Bay
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10020 u cioè : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9848, jista' l-Ministru jgħid min kien iddeċieda li l-loading/unloading bay issir? Barra minn dan, minħabba l-bżonn ta' din il-bay tista' l-Awtorità tapprova din il-bay u għalhekk terġa' ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9914 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jitħallsu l-flus dovuti bħala kumpens l-ex ħaddiema tas-Sea Malta li sal-lum għadhom ma ħadu xejn? Kemm hemm ħaddiema li għandhom jitħallsu u kemm huwa dan il-ħlas?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-baħħara (seafarers) tal-kumpanija għadhom ma tħallsux kumpens billi tali ħlas jiddependi mill-eżitu ta’ proċeduri fil-Qrati intiżi biex jistabbilixxu jekk l-istess baħħara jistħoqqilhomx jitħallsu qabel il-kredituri ordinarji tal-Kumpanija. Billi kienu l-istess baħħara li bdew dawn il-proċeduri u peress li l-kumpannija qiegħda tgħaddi minn proċess ta’ stralċ, l-istralċarji jridu bilfors jistennew l-eżitu ta’ dawn il-proċeduri. Il-ħaddiema in kwistjoni huma anqas minn ħamsin u bejniethom qegħdin jitolbu kumpens li jlaħħaq aktar minn miljun lira maltin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9903 u jgħid fiex waslet it-talba mill-Komunità Ortodossa Russa li tgħix ġewwa Malta biex tibni knisja fejn diġà ħarġu l-permessi kollha meħtieġa u jirriżulta li għad jonqos li tgħaddi mill-kabinett tal-Ministri?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 9903.
Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza - stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7256 u 6727 u jgħid x’inhu jsir biex jitnaqqas iż-żmien ta’stennija għal dawk li jkollom bżonn jużaw id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Japprezza li trid issir xi ħaġa ta’malajr biex in-nies jinqdew mill-aktar fis possibbli għaliex skont ittri fil-ġurnali dan l-aħħar kien hemm min stenna sitt sigħat u aktar qabel ma ngħata l-kura?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin jittieħdu passi biex jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija għal dawk li jkollhom bżonn jużaw id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-iSptar Mater Dei.
1. Billi l-itwal żmien ta’ stennija huwa ta’ dawk il-pazjenti li jgħaddu mit-
triage
3, ġew ingaġġati tobba fuq bażi
part-time
biex jinvistaw dawn il-pazjenti.
2. Minn April 2009 ġie introdott servizz ta’
customer care
fid-Dipartiment tal-Emerġenza biex jiġi żgurat li l-pazjenti jingħataw l-aħjar servizz u assistenza, kif ukoll kull tip ta’ informazzjoni li jkunu jinħtieġu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5338, 4813, 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser issir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 9413, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li fihom ser isir major patching jew resurfacing matul din is-sena.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5335, jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li minn meta twaħħlet il-camera sal-lum kien hemm inqas incidenti, jew le? Kemm kienet din id-differenza, jekk il-każ huwa li kien hemm inqas inċidenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-camera li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant fil-fatt mhix speed camera li normalment titwaħħal sabiex ikun imrażżan l-ispeed eċċessiv u allura jitnaqqas in-numru ta' inċidenti tat-traffiku iżda fil-fatt hija camera tat-tip CCTV.
Nirreferi għalhekk l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jitkellem ma' dawk konċernati mill-proġett ta' toroq sekondarji li bosta minnhom jinsabu mdawrin bir-raba' u jara li f'ċerti postijiet jingħata widen għall-ħteġijiet tal-bdiewa li f'ċerti każi minħabba kif jinsab il-livell tat-triq qed ikollhom problemi serji fejn għandu x'jaqsam l-ilma tax-xita li qed jaqleb l-ilma ġo l-għalqa tagħhom u dan b'referenza partikolari għal għalqa li tinsab f'kantuniera bejn Triq San Tumas, Żejtun u Triq iz-Ziju, Marsaskala?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jindika għal liema toroq qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6870, 5733, 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ma tinżammx iżda total ta' elettriku, non-residential, li ntuża f'Malta kien ta' 117,441,993 units u f'Għawdex kien ta' 2,206,338 units.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7537 u cioè: Jikkonferma l-Ministru li meta tinbiegħ dar u l-bejjiegħ jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta jieħu l-aħħar qari tal-konsum u jitniżżel l-isem tax-xerrej biex l-kontijiet jibdew jintbagħtu f’ismu, irid jintbgħat il-kuntratt ta’ bejgħ lill-Korporazzjoni Enemalta? Ma jaħsibx li m’hemmx bżonn li affarijiet li jkun personali jintbagħtu lil entità pubblika? Għaliex meta jkun hemm każ bħal dan ma ssirx karta ġuramentata u din tkun aċċetatta mill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sabiex ikun jista’ jiġi trasferit il-meter tad-dawl meta tinbiegħ proprjetà, l-Enemalta titlob lill-bejjiegħ jieħu l-aħħar qari liema qari jrid ukoll ikun ikkonfermat mix-xerrej. L-Enemalta titlob ukoll kopja tal-kuntratt ta’ bejgħ sabiex tkun tista’tikkonferma li fil-fatt ma jkunx każ ta’ kiri u dan għaliex f’każ ta’kiri l-Enemalta titlob depożitu sabiex ikun protett is-sid. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li fil-fatt kuntratt ta’ bejgħ huwa wieħed pubbliku u mhux personali.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba mill-Komunità Ortodossa Russa li tgħix ġewwa Malta biex tibni knisja fejn diġà ħarġu l-permessi kollha meħtieġa u jirriżulta li għad jonqos li tgħaddi mill-kabinett tal-Ministri?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant illi minħabba raġunijiet ta’ natura diplomatika, jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.