Legislature:
Category:
Reset
Active:

kontijiet tad-dawl u ilma — kumpaniji li għandhom il-ħlas b'lura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li huma lura fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u ilma? X’inhu l-ammont globali? Saru xi talbiet biex jingħataw żmien itwal biex iħallsu u minn kemm-il kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Inflazzjoni — informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet, xahar b’xahar, l-inflazzjoni f’Malta f’dawn it-tmien xhur ta’ din is-sena finanzjarja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-Indiċi tal-prezzijiet bl-imnut fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena ir-rati ta’ l-inflazzjoni kienu: Jannar 2009 4.26% Frar 2009 4.30% Marzu 2009 4.32% April 2009 4.36% Mejju 2009 4.34% Ġunju 2009 4.23% Lulju 2009 3.95% Awwissu 2009 3.71%

Informazzjoni dwar importazzjoni u esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni u kemm kienet l-esportazzjoni minn Malta fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena? Kif tikkompara mal-figuri tas-sena li għaddiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-importazzjoni u l-esporatzzjoni minn Malta fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena huwa kif jidher f’din it-tabella: National Statistics Office - Malta - International Trade and Transport Statistics Unit B2 Trade Totals Jannar - Lulju 2008/2009 Data as on 30/09/2009 Provizorji Valur € 2008 Jannar - Lulju 2009 Janna r-Lulju Importazzjoni 2,058,030,829 1,628,043,959 Esportazzjoni 1,203,810,268 917,319,415

Melita Cable — għoli ta' tariffi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull meta jkun hemm żidiet tal-Melita Cable dawn ikunux ġew approvati mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba l-Melita Cable talbet li tgħolli t-tariffi għas-servizz tal-cable mill-2008 sal-lum? Kemm minnhom ġew approvati mill-Awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-regolamenti li japplikaw għal dan is-settur, kif konformi mal-liġi Ewropeja, ma jikkontemplawx ir-regolament ta’ dan is-suq, ħlief f’każijiet eċċezjonali. Intervent ta’ dan it-tip fil-fatt jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropeja. Fl-aħħar analiżi tas-suq tat-trażmissjonijiet tat-televiżjoni li saret mill-Awtorità, instab li dan is-suq huwa kompetittiv u għalhekk ma mponiet l-ebda rimedju fuq l-operaturi f‘dan is-suq. Kif spejgajt qabel, Melita Cable ma talbitx permess li tgħolli t-tariffi, u ma kellha l-ebda obbligu tagħmel hekk. Għaldaqstant l-Awtorità ma approvat l-ebda tariffa.

Wied il-Għajn — Camping Site

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex diġà deċiż li ssir xi camping site ġewwa Wied il-Għajn? Jekk iva, min ħa din id-deċiżjoni? Min ġie kkonsultat? Fejn ser issir din il-camping site ? Meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol fuqha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

M’hiniex infurmat li kien hemm xi deċiżjoni fuq camping site/s f’Wied il-Għajn.
Leg 11 PQ #10952 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Laboratorju tad-DNA — twaqqif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqaf mill-Gvern laboratorju tad-DNA f'pajjizna? Għal-liema każijiet dan il-laboratorju se jintuża' jekk il-Gvern beħsiebu jwaqqfu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fl-1989 kien twaqqaf laboratorju għall-analiżi tad-DNA mill-Università ta’ Malta bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa. Dan il-laboratorju kien jipprovdi servizzi dijanjostiċi tal-ġenetika għall-Isptar San Luqa u sussegwentement għall-Isptar Mater Dei bħala parti integrali mill-Programm Nazzjonali ta’ Thalassaemia Screening. Minn dak iż-żmien, dan il-laboratorju żid is-servizzi tiegħu u llum joffri testijiet għal dawn il-kundizzjonijiet. Thalassaemia and Haemoglobinopathies Beta-Thalassaemia Alpha-Thalassaemia Delta-Beta Thalassaemia Haemoglobin S Haemoglobin C Haemoglobin St Luke’s Haemoglobin Valletta Haemoglobin Marseille Metabolic Disorders Gangliosidosis Atypical Phenylketonuria (DHPR deficiency) Dopamine Responsive Dystonia (Sepiapterin Reductase Deficiency) Thrombophilia Factor V Leiden Factor II (Prothrombin) G20210A mutation MTHFR C677T Polymorphism MTHFR A1298C Polymorphism Cancer Genetics Philadelphia Chromosome Other Genetic Disorders Familial Mediterranean Fever Griscelli Syndrome Haemochromatosis Cystic Fibrosis Apparti minn hekk, il-laboratorji tal-Viroloġija tad-Dipartiment tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei jutilizzaw metodoloġija tad-DNA li tissejjaħ Polymerase Chain Reaction għal dawn it-testijiet dijanjostiċi: Parvovirus Influenza Enterovirus Norovirus Chlamydia HIV Hepatitis C Influenza H1N1.
Leg 11 PQ #10954 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Appoġġ — Ċentru Smart Kids

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi mogħtija minn Smart Kids tal-Aġenzija Appoġġ? Kemm-il siegħa kuljum ikun miftuħ dan iċ-ċentru? Hemm xi ġranet matul is-sena li dan iċ-ċentru jibqa' magħluq minħabba li l-impjegati jingħataw il-vacation leave?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ċ-Ċentru ta' Smartkids jiftħu mit-tnejn sal-ġimgħa għal-6 sigħat kuljum, mit-8:00am sas-2:00pm sabiex jagħtu servizz ta' childcare. Dawn iċ-ċentri jagħlqu ġimgħa fl-Għid il-Kbir, ġimgħatejn waqt il-vaganzi tas-Sajf u ġimgħatejn fil-vaganzi tal-Milied sabiex l-istaff ikun jista jieħu il-leave tiegħu.

MCAST — Institute of Business and Commerce - retake ta' eżami

Question

Nagħmel referenza għal ċirkolari maħruġa fis-26 ta' Awwissu mill-Institute of Business and Commerce tal-MCAST fejn dawk li kienu weħlu minn Unit 30 - CBE (retake) intalbu jħallsu €50 biex jerġgħu jagħmlu l-eżami fil-11 ta' Settembru? Għaliex dawn l-istudenti ma ngħatawx irċevuti għall-flus li ħallsu? Tista' l-Ministru tgħid ukoll għaliex dawk li weħħlu mir-retake se jerġgħu joqogħdu għall-eżami ieħor fit-23 ta' Settembru? Għaliex ingħataw żewġ opportunitajiet u mhux wieħed kif isir is-soltu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Unit 30 tal-eżami li weħlu minnu l-istudenti kien l-eżami li sar fit-8 ta’ Ġunju 2009. Kif isir is-soltu l-istudenti kellhom l-opportunità li jerġgħu joqogħdu għall-eżami f’Settembru. L-Association of Accounting Technicians (AAT) ma tindikax l-ammont ta’ drabi li l-istudent jista’ joqgħod għall-eżami, allura kien possibli għal dawk l-istudenti li weħlu fl-eżami biex jerġgħu jagħtuh. L-AAT ma tagħtix riċevuti. Madankollu l-istudenti jindunaw li ħallsu meta jaraw li d- docket tkun attivata fuq il-kompjuter. Dan ikun prova li l-AAT irċeviet il-ħlas tal-eżami. Prova oħra li jkun sar il-ħlas tkun meta l-AAT toħroġ ir-riżultati tal-eżami ta’ dawk l-istudenti li kienu ħallsu on-line .

MCAST — mmodernizzar

Question

Tista' l-Ministru fiex waslu l-pjani tal-Gvern biex tinbena l-estensjoni u jiġi mmodernizzat l-MCAST? Meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proġett għall-bini ta’ campus ġdid għall-MCAST qiegħed fil-proċess li tingħalaq l-applikazzjoni għall-Outline Development Permit mill-MEPA. Id-data ta’ meta hu maħsub li jibda x-xogħol għadha mhix magħrufa u tiddependi fuq ħruġ ta’ permessi mill-MEPA għall- Full Development Permit li għad irid isir wara l-approvazzjoni tal- Outline Development Permit .

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - ażjendi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5585, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju li l-Malta Industrial Park kellha tagħmel dwar il-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-MIP għaddejja bil-proċess ta’ taħdidiet mal-kumpanniji kollha li għandhom d-dritt għal post f' Ta' Qali skond il-konvenji ffirmati mal-Gvern sabiex il-proġett il-ġdid jieħu ħsieb il-bżonnijiet speċjali u individwali ta' l-artiġġjani. Fl-istess waqt, l-MIP qiegħda tfassal pjanijiet sabiex isir l-allokazzjoni ta' artijiet jew binjiet lil dawn is-sidien mill-aktar fis possibli biex il-proġett jista' jinbeda is-sena d-dieħla.

Malta Freeport — ftehim mas-CMA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim sar mal-kumpanija CMA li qed tmexxi l-Malta Freeport? Jista’, b’mod partikolari, jgħid x’salvagwardji saru ma’ din l-istess kumpanija fejn jidħlu kumpaniji Maltin li jagħmlu użu mill-istess Freeport? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti li qed jirreferi għalihom u l-informazzjoni li jrid minnhom jinsabu fl-arkivji tal-Parlament, liema dokument għandu dettalji dwar id-domandi l-oħra.
Leg 11 PQ #10739 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-korrispondenza li kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10739 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11494.

online gaming

Question

Wara sentenza favur il-Gvern Portugiż mogħtija mill-Qorti Ewropea tal-Gustizzja fuq l-online gaming, jista’ l-Ministru jgħid kif tista’ tiġi milquta din l-industrija li tħaddem numru sostanzjali ta’ nies? X’inhi r-reazzjoni tal-Gvern Malti għal din is-sentenza li ngħatat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern Malti, permezz ta’ l-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob, analizzat id-deċiżjoni li ttiehdet mill-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja fil-Kawża Liga Portuguesa de Futebol Profissional u BWIN International Ltd kontra Departimento de Jogas de Santa Casa da Misericordia de Lisboa (C-42/07). Mid-deċiżjoni li ħarġet mill-Qorti Ewropeja joħroġ biċ-ċar li ċ-ċirkustanzi partikolari li jeżistu fis-settur tal-logħob fil-Portugall kienu motivazzjoni ewlenija sabiex ittiehdet tali deċiżjoni. Fil-fatt il-Qorti kienet ċara fid-deċiżjoni tagħha meta sostniet illi sabiex pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropeja jimponi restrizzjonijiet fuq is-settur tal-logħob, tali restrizzjonijiet iridu jkunu ġustifikabbli, proporzjonali, mhux diskriminatorji u maħsuba sabiex jeliminaw kull forma ta’ reat kriminali, inkluż frodi. Il-Gvern Malti dejjem saħaq illi Malta toffri regolamenti li jissodisfaw u li jassiguraw kontra kull forma ta’ reat kriminali, inkluż frodi. Il-leġislazzjoni Maltija hi waħda ta’ l-ogħla livell, ibbażata fuq numru ta’ liġijiet u anke direttivi ewropej fosthom it-tielet Direttiva Ewropeja kontra l-ħasil tal-flus. Il-proċeduri adottati mill-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob jaċċertaw illi l-applikanti għal-liċenzja Maltija jkunu ta’ integrita’ assoluta. Anke l-leġislazzjoni li teżisti fis-settur tas-servizzi finanzjarji tassigura l-ogħla livell ta’ sigurta fis-settur tal-logħob f’pajjiżna. Tali pakkett ta’ miżuri, fl-opinjoni tal-Gvern Malti, tpoġġi lil Malta fuq quddiem nett fl-Ewropa bħala ġurisdizzjoni li tirregola s-settur ta’ l- Online Gaming . Għaldaqstant, miżuri li jittiehdu minn pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropeja sabiex jillimitaw l-operazzjonijiet ta’ operatur liċenzjat mill-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob, kienu dejjem ikkritikata u opposti fl-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropeja. Ta’ min wieħed jinnota illi l-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob anke qabel ma ttiehdet din id-deċizjoni kienet diga bdiet taħdem fuq studju dettaljat dwar l-impatt ta’ tibdil fil-liġijiet ta’ pajjiżi oħra membri ta’ l-Unjoni Ewropeja. Għaldaqstant, wara li ttiehdet din id-deċiżjoni, l-LGA kompliet bil-ħidma tagħha minn dan il-lat. Oltre min hekk, wieħed irid jinnota wkoll illi jeżistu deċiżjonijiet mill-istess Qorti Ewropeja (speċifikament fil-kawżi ta’ Placanica u ta’ Gambelli ) li jisħqu fuq l-importanza ta’ suq ħieles fis-settur ta’ l- online gaming . Għaldaqstant il-Gvern Malti se jkompli jsemmha leħnu fl-Istituzzjonijet Ewropej sabiex jassigura li f’din l-industrija jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali kif elenkati fit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropeja.

Qasam tal-edukazzjoni — sejħiet għal direttur jew aktar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sejħiet saru fid-dekasteru tagħha li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tal-edukazzjoni għall-post ekwivalenti ta’ Direttur jew aktar mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll id-dati taċ-ċirkularijiet rispettivi u meta dehru dawn l-avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern għal kull każ? Tista’ tghid min intgħażel f’kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għalliema tal-Franċiż

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati għalliema regolari tal-Franċiż fis-snin 2006 u 2007 separatament? Tista’ tgħid min huma u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tal-interview?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10603 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Poliklinika ta' Raħal Ġdid — Testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8764 u jgħid x’inhi r-raġuni li fil-poliklinika tal-Gvern ta’ Raħal Ġdid isiru biss 20 test tad-demm kuljum u dan b’detriment għall-persuni oħra li jkollhom jagħmlu test tad-demm, xi drabi anke urġenti, u jkollhom imorru ġewwa l-isptar Mater Dei? Jaħsibx li dan ma jagħmilx sens meta pazjenti għandhom ifittxu li l-ewwel jinqdew minn poliklinika qabel imorru l-isptar Mater Dei imma f’dawn iċ-ċirkustanzi qed ikunu dawk responsabbli li jibagħtuhom fl-isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

iskema għar-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ — ħlas lill-applikanti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9915, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pagamenti sarux kollha u li l-kwistjoni ġiet konkluża kollha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-pagamenti għas-sena 2008 li jikkonċernaw il-miżura tal-ħitan tas-sejjiegħ saru kważi kollha. Fadal dawk il-benefiċjarji li ntagħżlu skond kriterji pre-stabbiliti għall-kontrolli. Il-pagamenti pendenti jsiru la darba joħorġu r-riżultati tal-kontrolli.

Port il-Kbir — Bini ta' pont għal fuq il-breakwater

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8482, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol preparatorju u jgħid jekk hemmx il-ħsieb ukoll li jsir xogħol fuq il-blat u s-swar li hemm fil-viċinanzi ta' fejn ser isir ix-xogħol fuq il-pont?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol preparatorju għas-sejħa għal offerti għall-pont fuq il-breakwater huwa lest. Fil-fatt, din is-sejħa ħarġet f’Settembru 2009 u mistennija tagħlaq f’Diċembru 2009. Il-pont nnifsu mistenni li jitlesta fis-sena 2011. Ix-xogħol fuq is-swar jifforma parti mill-proġett ta’ Sant Iermu.

Fgura — Triq Merħba - Asfalt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8504, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar Triq il-Merħba, Fgura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir skond l-prijoritajiet stabiliti. Il-Gvern hu kommes li jkompli jibni aktar toroq residenzjali kif diġà għamel b’mod effetiv mil-2007 lill’hawn. Aktar il’ quddiem tiġi pubblikata lista ta’ toroq li tlestew fl’2009 u dawk proġettati għal 2010.