Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11500 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — kjuwijiet għall-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9657, 9483 u 8993 u jara li ssir xi ħaġa biex fl-Isptar Mater Dei ma jibqax ikun hemm kjuwijiet biex jinġabru l-mediċini waqt il-ħin stipulat kif ukoll biex jinġabru wara l-ħin? Jaf li jkun hemm anzjani li jkollhom joqogħdu bil-wieqfa għal żmien twil minħabba f’hekk?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Malta Enterprise — Vot tal-Inċentivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-Vot tal-Inċentivi tal-Malta Enterprise? Jista' jgħid ukoll kemm intużaw flus mill-bidu tas-sena s'issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Vot ta’ l-Inċentivi tal-Malta Enterprise skont l-estimi għas-sena 2009 kien jammonta għal €6,660,000. Sa Settembru 2009, il-Malta Enterprise ħallset €4,636,056 lill-kumpaniji benefiċarji. Matul 2009 il- Malta Enterprise nidhiet ukoll skemi ta’ grants li huma iffinanzjati minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. Rigward dan ta’ min wieħed jirreferi għas-sit elettroniku www.20millionforindustry.com.

Malta enterprise — membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-board tal-Malta Enterprise f'dawn l-aħħar sentejn? Għal kemm żmien tkun tali ħatra u kemm huwa l-ħlas li jirċievu dawn l-istess membri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kull ħatra hija fid-diskrezzjoni tal-Ministru responsabbli u l-ħlas huwa skond ir-regolamenti tal-Gvern u ċioe taħt Kategorija A.

National Insurance — kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10977, li orġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm kumpaniji li joperaw minn Malta li huma lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance? X’inhu l-ammont globali? Hemm kumpaniji li talbu biex jingħataw żmien itwal biex isir dan il-ħlas?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji li joperaw minn Malta u li huma lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance huwa ta’ 8,402. L-ammont globali f’dan il-każ huwa ta’ €64,750,606. Fir-rigward ta’ kumpaniji li talbu biex jingħataw żmien itwal biex isir dan il-ħlas, dawn jammontaw għal 604.

kontijiet tad-dawl u ilma — kumpaniji li għandhom il-ħlas b'lura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10978 u jgħid kemm hemm kumpaniji li huma lura fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u ilma? X’inhu l-ammont globali? Saru xi talbiet biex jingħataw żmien itwal biex iħallsu u minn kemm-il kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11108 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati kriminali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9314, jista' l-Ministru jgħid x'kienu it-tipi ta' reati kriminali rrapportati lill-pulizija f'dawn l-aħħar ħames snin (2004,2005,2006,2007 u 2008)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 10348.

Skejjel privati li għollew l-miżati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm skejjel privati li fil-bidu ta' din is-sena skolastika għollew il-miżati tagħhom? Liema kienu dawn l-iskejjel, kemm ġiet il-miżata issa u kemm kienet qabel? Tista' tgħid ukoll jekk huwiex meħtieġ li jkun hemm l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet edukattivi qabel dawn il-miżati l-ġodda jidħlu fis-seħħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11494 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10739 u jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11496 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura — Triq Kampanella - xogħlijiet ta' drenaġġ - generator

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10200 u jgħid għaliex fi Triq Kampanella, l-Fgura bħala parti mix-xogħlijiet tad-drenaġġ li qed isiru fl-inħawi ta' Smart City qed jitħalla generator jaħdem lejl u nhar bi tniġġiż kontinwu u rwejjaħ ta' diesel b'dannu ghar-residenti ta' din it-triq? Jista' jgħid jekk dan il-generator għandux jitħalla jniġġes bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk l-ufficjali tal-awtorità marrux jinvestigaw l-ilmenti tal-familji li hemm fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11497 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Poliklinika ta' Raħal Ġdid — Testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8764 u10603 u jgħid x’inhi r-raġuni li fil-poliklinika tal-Gvern ta’ Raħal Ġdid isiru biss 20 test tad-demm kuljum u dan b’detriment għall-persuni l-oħra li jkollhom bżonn jagħmlu test tad-demm, xi drabi anke urġenti, u jkollhom imorru l-Isptar Mater Dei? Jaħseb li dan ma jagħmilx sens meta pazjenti għandhom ifittxu li l-ewwel jinqdew minn poliklinika qabel imorru l-Isptar Mater Dei, imma f’dawn iċ-ċirkostanzi qed ikunu dawk responsabbli li jibagħtuhom fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10607 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Raħal Ġdid — Każin tal-Partit Nazzjonalista - proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bini tal-każin tal-Partit Nazzjonalista ġewwa Raħal Ġdid huwiex proprjetà tal-Gvern jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ġie mikri lill-Partit Nazzjonalista? Kemm huwa l-ħlas tal-kera u għalkemm żmien ġie mikri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bini tal-Partit Nazzjonalista ġewwa Raħal Ġdid huwa proprjetà tal-Gvern. Dan il-bini ġie mikri lill-Partit Nazzjonalista minn sena għal sena bil-kera ta’ €733.75 fis-sena. Il-kirja ġiet mogħtija bħala alternattiva għal fondi li l-Partit kien jikri mingħand iċ-ċenswalista tal-proprjetajiet li ġew esproprjati permezz tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ 27 ta’ Diċembru 1956 u twaqqaw sabiex jinbena iċ-Ċentru Ċiviku.

Knisja għall-Komunità Ortodossa Russa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jwieġeb mistoqsija parlamentari 9903 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex waslet it-talba mill-Komunità Ortodossa Russa li tgħix ġewwa Malta biex tibni knisja fejn diġà ħarġu l-permessi kollha meħtieġa u jirriżulta li għad jonqos li tgħaddi mill-Kabinett tal-Ministri?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jinsab infurmat bit-talba mill-Komunità Ortodossa Russa li tgħix ġewwa Malta biex tibni knisja. Din it-talba qed tiġi evalwata mill-awtoritajiet Maltin kollha ikkonċernati.

Toroq ġodda — kisi ta' tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10329, 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar — St.James Square - Loading/Unloading Bay

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10330 u 10020 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9848, jista' l-Ministru jgħid min kien iddeċieda li l-loading/unloading bay issir? Barra minn dan, minħabba l-bżonn ta' din il-bay tista' l-Awtorità tapprova din il-bay u għalhekk terġa' ssir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din l-un/loading bay fi Sqaq Nr 1, Pjazza San Ġakbu f’Ħaż-Żabbar qatt ma giet approvata mit-Traffic Management Unit fi ħdan l-ADT. Kien għalhekk li, wara spezzjonijiet min uffiċjali tal-Awtorità, il-Kap Eżekuttiv, b’ittra datata 25 ta’ Ġunju 2008, informa lill-Kunsill Lokali biex jara li din l-istess bay titneħħa.

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7140, nixtieq ninforma lill-Ministru li qed nirreferi għall-għalqa li tinsab f'kantuniera bejn Triq San Tumas, Żejtun u Triq iz-Ziju, Wied il-Għajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-każ li rrefera għalih lill-ADT.

Korsijiet mogħtija bla ħlas fl-Università

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qed tiġi l-ispiża ta' kull kors mogħti bla ħlas fl-Università ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba tista’ tingħata biss wara li jsir costings exercise bir-reqqa. Fil-preżent, l-Università m’għandhiex ir-riżorsi immedjati meħtieġa għal dan l-eżerċizzju minħabba li r-riżorsi tal-Università qegħdin jintużaw għal proġetti ta’ priorità oħra.

Kumpaniji — Għajnuna mill-Gvern minħabba riċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li talbu xi għajnuna lill-gvern biex itaffu l-effetti tar-riċessjoni? Kemm ġew milqugħa? X’tip ta’ għajnuna ngħatat? Kemm nefaq il-gvern u mil-liema budget?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sa issa kien hemm 27 kumpanija li talbet għajnuna mingħand il-Gvern biex itaffu l-effetti tar-riċessjoni. Minn dawn ġew milqugħa t-talbiet ta’ 10 kumpanniji u 2 minn dawn il-kumpanniji ddeċidew li ma jiħdux l-assistenza offruta lilhom. Diskussjonijiet għadhom għaddejjin ma’ 6 minn dawn is-27 kumpannija, filwaqt li 3 minn dawn il-kumpanniji għalqu. It-8 kumpanniji l-oħra ma ssodisfawx il-kriterji meħtieġa biex jiġu eliġibbli għall-għajnuna. Għall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11202. L-assistenza toħroġ mill-Vot tal-Inċentivi tal- Malta Enterprise .

VAT — ammont globali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena finanzjarja kemm kien l-ammont globali li ġabar il-Gvern mill-VAT? Kif jikkompara mal-istess żmien tas-sena li għaddiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena u fl-istess perijodu tas-sena, finanzjarja li għaddiet, l-ammont globali li ġabar il-Gvern mill-VAT kien kif spjegat hawn taħt: 2008 2009 Gross €352,834,133 €325,179,091 Refunds € 69,721,791 € 63,512,762 NET €283,112,342 €261,666,329
Leg 11 PQ #10977 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

National Insurance — kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li joperaw minn Malta li huma lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance? X’inhu l-ammont globali? Hemm kumpaniji li talbu biex jingħataw żmien itwal biex isir dan il-ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.