Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11892 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — kjuwijiet għall-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11500, 9657, 9483 u 8993 u jara li ssir xi ħaġa biex fl-Isptar Mater Dei ma jibqax ikun hemm kjuwijiet biex jinġabru l-mediċini waqt il-ħin stipulat kif ukoll biex jinġabru wara l-ħin? Jaf li jkun hemm anzjani li jkollhom joqogħdu bil-wieqfa għal żmien twil minħabba f’hekk?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Skema ta' Small Start-Up — kumpaniji

Question

Minħabba li l-iskema tas-Small Start-Up kienet fid-diskors tal-baġit għal din is-sena 2009, jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11526 u ċioe jgħid kemm intnefqu flus taħt l-iskema tal-Small Start-Up? Min ibbenefika minn din l-iskema? Kien hemm persuni jew kumpaniji li applikaw u ma ġewx mgħejjuna? Jekk fl-affermativ, x'kienu r-raġunijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- Malta Enterprise ħarġet żewġ sejħiet għal-proġetti taħt l-iskema ERDF Small Start-up Grant Scheme. Fl-ewwel sejħa kien hemm 27 intrapriża li applikaw għal fondi u minnhom ġew approvati u mgħejuna seba` (7) intrapriżi. Dawn l-intrapriżi joperaw f’oqsma varji bħas- settur tal-manifattura, is-settur ta riċiklaġġ tal-iskart, is-settur ta l-ICT, u servizzi oħra bħal ‘Call Centre’. B’kollox ġew allokati madwar € 0.7 miljun bejn dawn is-seba` intrapriżi. Lista ta’dawn is seba’ intrapriżi tinsab fuq is-sit http://www.20millionforindustry.com . Il- Malta Enterprise nediet sejħa oħra ta` applikazzjoniet f’nofs din is-sena u rċeviet 36 applikazzjoni għal fondi. Il-Malta Enterprise bħalissa qegħda fil-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti u huwa maħsub illi taħt din is-sejħa se jiġu allokati madwar €0.9 miljuni. F’kull sejħa jkun hemm ammont sostanzjali ta` applikanti li ma jiġux mgħejjuna minħabba raġunijiet ta` eliġibilita, u kull każ huwa uniku. Dawn l-applikanti jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet għaliex l- applikazzjoni tagħhom ma ġietx milqugħa, kif ukoll, fejn applikabbli, jiġu mgħejjuna biex jerġaw japplikaw fis-sejħa li jmiss. Il-Malta Enterprise qgħda tippjana li toħroġ sejħa oħra għall-applikazzjonijiet taħt l-skema ERDF Small Start-up Grant fl-ewwel xhur tas-sena 2010. Malta Enterprise toffri wkoll servizzi oħra għal- Start-ups, fosthom: Business Advisors - servizz li jwassal għat tfassil ta` Diagnostic Business Plan li huwa dokument importanti għal kull min għandu f’moħħu li jibda attivita` kummerċjali. Innovative Start-up Grant – Start-ups li juru li l-attività tagħhom hija innovattiva u li għandha potenzjal għal tkabbir u ħolqien ta’ xogħol, jistgħu jibbenifikaw minn għotja li tgħin f’parti mix-xiri ta’ assi tanġibbli jew mhux tanġibbli, kif ukoll servizzi li wieħed normalment ikollu bżonnhom biex jibda intrapriża.

Xogħlijiet infrastrutturali fuq fabbriki ġodda u fabbriki eżistenti

Question

Minħabba li ċ-ċifra ta' €124 miljun kienet fid-diskors tal-baġit għal din is-sena, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11523 u jgħid mill-€124 miljun allokati għal xogħlijiet infrastrutturali, kemm intnefqu għal bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11809 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

eżami għal spetturi fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir eżami għal spetturi fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll jekk dan hux se jkun miftuħ għal dawk li mhumiex membri fil-Korp? Meta sar l-aħħar eżami? Kemm qagħdu għalih dawk li diġà kienu pulizija, kemm kien hemm minn barra u kemm għaddew f’kull każ? Kemm hemm vakanzi f’dan ir-rank bħalissa? Kemm-il spettur hemm li qed iservi bħalissa u li diġà ghalaq il-25 sena servizz?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej il-proċess għal ħruġ ta’ sejħa għall-applikazzjonijiiet sabiex jimtlew is-27 il-post fir-rank ta’ Spettur fil-Korp tal-Pulizija. Huwa maħsub li dawn ikunu miftuħa kemm għal dawk li huma membri fil-Korp, kif ukoll għal dawk li m’humiex. Infurmat ukoll illi l-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta’ Spettur fil-Korp tal-Pulizija kienet ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta’ Marzu 2007. Għal din is-sejħa kien hemm 63 applikant, li minnhom 38 kienu diġà qed iservu fil-Korp, filwaqt li 25 kienu minn barra. Minn dawn, kien hemm 23 membru tal-Korp u 4 kandidati minn barra li temmew il-kors u ġew appuntati Spetturi tal-Pulizija bi prova għal sentejn. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 7 Spetturi li għalqu l-25 sena servizz, li minnhom 5 diġà bdew jew se jibdew il- pre retirement leave.
Leg 11 PQ #11811 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

armi reġistrati mill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm armi li llum huma reġistrati mill-pulizija? Kemm minn dawn huma meqjusa bħala ornamentali? Kemm hemm persuni mill-pubbliku li mhumiex membri tal-forzi tal-ordni li għandhom permess li jġorru l-armi? Kemm minn dawn huma reġistrati għall-kaċċa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni kontenuta fid-domanda10111, ninsab informat li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

industriji meqjusa bħala żgħar u medji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm industriji f’Malta li huma meqjusa bħala industriji żgħar u medji? X’għajnuna ngħataw mill-Gvern fl-ewwel disa' xhur ta’din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

industriji meqjusa bħala industriji kbar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm industriji f’Malta li huma meqjusa bħala industriji kbar? Liema huma dawn l-industriji? B’mod ġenerali, x’għajnuna ngħataw mill-Gvern fl-ewwel disa' xhur ta’din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11827 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura — trab iswed - rapport

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara mir-rapport li kien ġie kkummisjonat mill-Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor. Francis Zammit Dimech, dwar it-trab iswed fl-inħawi tal-Fgura u l-madwar, madwar għaxar snin ilu? Jista' jgħid ukoll x'azzjoni ttieħdet fuq dan l-istess rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12048.
Leg 11 PQ #11828 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa — ħin tat-tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħin suppost jibdew jaħdmu t-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li t-tobba fiċ-ċentri tas-saħħa jaħdmu b’sistema ta’ roster u għalhekk il-ħinijiet ivarjaw minn shift għall-ieħor. Ir-roster huma hekk:- Matul il-ġimgħa: Duty A: mit-8 a.m. sal-5 p.m. Duty B/e: mit-8 a.m. sas-1 p.m. u mill-5 p.m. sat-8 p.m. Duty C: mit-8 a.m. sas-1 p.m. u mit-8 p.m. sat-8 a.m. tal-ġurnata ta’ wara Off Duty Off Duty Sibtijiet u Ħdud: Fis-Sibtijiet u Ħdud ix- shift ta’ Duty A ikun mit-8 a.m. sat-8 p.m. filwaqt li Duty C jibda mit-8 p.m. sat-8 a.m. tal-għada.

Knisja għall-Komunità Ortodossa Russa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11067, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-awtoritajiet konċernati u x'inhuma l-evalwazzjonijiet li qed jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jinsab infurmat bit-talba mill-Komunità Ortodossa Russa li tgħix Malta biex tibni knisja. L-awtorità Governattiva konċernata mill-evalwazjoni hija il-Government Property Division fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

talbiet għal refusjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet u kemm għandu jagħti lura f'somma globali bħala refużjoni tal-VAT u dan fl-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kien hemm 17,141 talba għar-rifużjoni tal-VAT li jammontaw għal €89,554,224. Minnhom s’issa hemm 7,252 talba li għadhom pendenti li jlaħqu ċ-ċifra ta’ €45,412,318.

dritt għar-refużjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jelenka min għandu d-dritt li jitlob refużjoni tal-VAT? Hemm ċirkostanzi fejn jikkwalifikaw membri tal-pubbliku li mhumiex bil-business jew b’xi negozju? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn iċ-ċirkostanzi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, persuni reġistrati taħt l-artiklu 10 ta’ dan l-Att għandhom dritt jitolbu tnaqqis għal VAT li jkunu weħlu. Persuni mhux stabbiliti f’Malta għandhom dritt li jitolbu refużjoni tal-VAT skond il-provedimenti tad-Direttivi numru 8 u 13 tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. Membri tal-pubbliku li mhumiex bil- business jew xi negozju ma jistgħux jikkwalifikaw għar-rifużjoni tal-VAT. Madankollu, l-Gvern nieda skemi sabiex il-kategoriji li ġejjin jiġu kumpensati b’ammont ekwivalenti: § Spejjeż ta’ tieġ § Spejjeż ma’ ordinazzjoni ta’ saċerdot § Spejjeż ta’ funeral § Xiri ta’ strumenti mużikali § Xiri ta’ roti

żbroff tad-drenaġġ meta tagħmel ix-xita

Question

Peress li meta tagħmel ix-xita hemm diversi bnadi ta’ Malta u Għawdex fejn joħroġ id-drenaġġ u dan iħalli riħa qawwija fit-toroq, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex isiru proġetti biex din il-problema titneħħa jew almenu tittaffa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet Update tal-Master Plan għas-sistema tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex li jinkludi programm ta' xogħlijiet li mistenni jsiru fuq medda ta' għaxar snin li permezz tagħhom ser ikunu mnaqqsa l-problemi bħalma semma l-Onor. Interpellant. Irid jingħad li ta' l-anqas, parti mill-kawża tal-problema li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi konnessjonijiet illegali mas-sistema tad-drenaġġ bħal per eżempju l-konnessjonijiet ta' katusi li jiġbru l-ilma tax-xita minn fuq il-bjut.

problema ta' ilma fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex b’mod immedjat itaffi l-problema tal-ilma li tinħoloq f’diversi partijiet ta’ Malta bħall-Imsida, Birkirkara, Marsa u Ħal Qormi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal xhiex qed jirreferi.

Żejtun — Skola Primarja B - Kap ta' skola

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li ħabta u sabta spiċċa l-Kap tal-Iskola Primarja B taż-Żejtun? Tista’ tgħid meta se jintbagħat Kap tal-Iskola ieħor jew oħra minħabba li l-istess Kap spiċċa fil-bidu ta’ sena skolastika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kap tal-Iskola Primarja taż-Żejtun ha promozzjoni fil-grad ta’ Assistent Direttur fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-aħħar ġuranta tiegħu fl-iskola taż-Żejtun kienet fit-13 ta’ Ottubru, 2009. Fit-12 u fid-19 ta’ Ottubru rispettivament intbagħtu żwg Assistenti Kapijiet biex jgħinu lill-Assistent Kap Anzjan li kien hemm fl-iskola u li qiegħed jassumi l-kariga ta’ Acting Head. Sadanittant kien diġa wkoll inbeda l-proċess biex timtela’ l-vakanza ta’ Kap ta’ Skola.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11498 u 10607 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11710 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Poliklinika ta' Raħal Ġdid — Testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11497, 8764 u10603 u jgħid x’inhi r-raġuni li fil-poliklinika tal-Gvern ta’ Raħal Ġdid isiru biss 20 test tad-demm kuljum u dan b’detriment għall-persuni l-oħra li jkollhom bżonn jagħmlu test tad-demm, xi drabi anke urġenti, u jkollhom imorru l-Isptar Mater Dei? Jaħseb li dan ma jagħmilx sens meta pazjenti għandhom ifittxu li l-ewwel jinqdew minn poliklinika qabel imorru l-Isptar Mater Dei, imma f’dawn iċ-ċirkostanzi qed ikunu dawk responsabbli li jibagħtuhom fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid jittieħdu medja ta’ 62 test tad-demm kull filgħodu, dawn huma mqassma kif ġej: · 32 pazjent għal-testijiet ordnati mit-tabib · 28 pazjent għal-testijiet tad-demm ta’ l-INR (Anticoagulant Clinic għal min jieħu l-pilloli tal-warfarina) Kuljum jitħallew vojta żewġ slots minn dawn ta’ fuq għal testijiet urġenti, biss dawn xorta jiġu mimlija. · 2 pazjenti oħra jittieħdilhom id-demm mingħajr appuntament. Meta s- slots jimtlew kollha u jkun hemm xi test urġenti, il-pazjenti jiġu mitluba jmorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla.
Leg 11 PQ #11711 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura — Triq Kampanella - xogħlijiet ta' drenaġġ - generator

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11496 u 10200 u jgħid għaliex fi Triq Kampanella, l-Fgura bħala parti mix-xogħlijiet tad-drenaġġ li qed isiru fl-inħawi ta' Smart City qed jitħalla generator jaħdem lejl u nhar bi tniġġiż kontinwu u rwejjaħ ta' diesel b'dannu ghar-residenti ta' din it-triq? Jista' jgħid jekk dan il-generator għandux jitħalla jniġġes bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk l-uffiċjali tal-awtorità marrux jinvestigaw l-ilmenti tal-familji li hemm fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11712 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11494 u 10739 u jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.