Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Pixxina Nazzjonali f' Tal-Qroqq — xogħol ta' manutenzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għal kemm żmien ingħalqet il-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq? X’inhu x-xogħol ta’ manutenzjoni li qed isir? Kemm se jiswa? Meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol jitlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Pixxina Nazzjonali fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq għadha ma ngħalqitx. Dettalji dwar ix-xogħlijiet ingħataw fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 12259.
Kunsill Malti tal-Isports — kirjiet tal-Pixxina Nazzjonali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm idaħħal il-Kunsill Malti għall-Sport mill-kirjiet fil-bini tal-Pixxina Nazzjonali? Lil min huma mikrija u x’kera titħallas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ammont li l-Kunsill Malti għall-Isport idaħħal mill-kirjiet fil-bini tal-Pixxina Nazzjonali huwa ta’ €24,309.29 minn dawn id-diversi entitajiet: Malta Handball Association, Malta Dance and Dance Sport Council, Industries Soccer Association, Dance Workshop Ltd, Pat Bonello, Aquatic Sports Association of Malta, Vodafone Ltd, Malta Netball Association, Malta Olympic Committee, John Xerri De Caro, Malta Karate Federation, Edwards Sports Ltd, Elena Lautrup, Inizjamed u Water Polo Referees Association.
L-aħħar parti tal-mistoqsija hija ta’ natura kummerċjali, għaldaqstant ma tistax tingħata tweġiba.
Ta' Qali — Villaġġ ta' Snajja - ħwienet tal-artiġjanat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħwienet tal-artiġjanat li bħalissa qed joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja f’Ta’Qali li se jiġu trasferiti f’Bormla? X’se jsir minn ħwienet oħra bħal dawk tal-mastrudaxxi u oħrajn li ilhom jaħdmu hemm is-snin? Kemm hemm minn dan l-aħħar tip?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Aġenzija Apoġġ — Domestic Violence Unit - każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni tittieħed mill-Aġenzija Appoġġ meta mara jew ragel tiġi/jiġi msawta/msawwat u l-każ jidhol għand id-Domestic Violence Unit? X’interventi jsiru sabiex is-swat jieqaf?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li meta mara jew raġel tiġi/jiġi msawta/msawwat u l-każ jidħol għand id-Domestic Violence Unit fi hdan l-Aġenzija Appoġġ, l-intervent isir kif jidher hawn taħt:
L-ewwel ma’ jsir huwa assessment dettaljat tas-sitwazzjoni preżenti, u jiġu diskussi x’inhuma l- bzonnijiet u x-xewqat tal-klijenti.
Minn naħa tal-Aġenzija wara d-diskussjonijiet isiru/jingħataw:
• Safety planning
• Xelter f’kaz ta’ riskju
• il-klijenti jiġu mismghuha u jingħataw sapport skond il-bzonnijiet u d-decizjonijiet taghhom
• Il-klijenti jingħataw informazzjoni fuq id-diversi servizzi, drittijiet u alternattvi ohra li jistaw jaghzlu. Minn hemm l-Aġenzija timxi u tappoga lil klijenti fid-decizjonijiet taghhom
L-informazzjoni tinkludi li ngharfu lill-klijenti li jistghu jaghmlu rapport mal- pulizija u certifikat mediku jekk ikun il-kaz
• Il-klijenti jiġu offruti konsult legali b’xejn ta’ darba minn l-avukat ta’ l-agenzija f’kaz li il- vittmi jkunu jridu jafu dwar id-drittijiet legali taghhom
• Jinkitbu ittri f’isem il-klijenti taghna fosthom lis-‘Social Housing’, skejjel, dipartimenti governattivi ....u nakkumpanjawhom skond il-bzonn ghal appuntamenti
• Jiġi offrut programm għal irġiel li għandhom imġieba abbusiva u vjolenti
• Naħdmu ma’ diversi professjonisti oħra fosthom psikjatri, tobba, pulizija, avukati, psikologi, ħaddiema soċjali minn oqsma differenti etc., biex noffru l’aħjar servizz għal bżonnijiet tal-klijenti.
Każijiet ta' vjolenza domestika li tressqu quddiem il-Qorti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9119, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba rigward il-vjolenza domestika issa li għaddew tliet xhur biex tinġabar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9119, ninsab infurmat illi mill-każijiet ta' vjolenza domestika li ġew deċiżi matul l-2008, kien hemm 4 sentenzi ta' ordni ta' trażżin, 5 ta' protezzjoni, 1 ta' trattament. Infurmat ukoll illi ma kien hemm ebda każ fejn tali ordni ma ġietx obduta.
Żejtun — inħawi Ta' Brunġiel u l-Minżel - żbroff tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi mibdula kanna tad-drenaġġ li konsegwenza t’hekk qed ikun hemm żbroff tad-drenaġġ fl-għelieqi fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Brunġiel u l-Minżel fiż-Żejtun, hekk kif is-sistema tad-drenaġġ li tieħu minn Ħajt il-Wied lejn il-mina ta’ San Klement ma tibdiex tlaħħaq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tas-sewqan għal-liċenzja personali fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena? Kemm minnhom weħlu? Hemm xi perjodu ta’ żmien wara kemm jerġgħu jibagħtu għalihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena kien hemm 9539 Testijiet prattiċi tas-Sewqan li minnhom weħlu 5283.
Il-perjodu ta’ żmien sabiex jerġgħu jibagħtu għalihom jiddependi mill-Iskola tas-Sewqan tagħhom però irid ikun hemm minimu ta’ tliet ġimgħat bejn test u ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn huma s-centre strips u roundabouts li ngħataw lil ditti privati biex jieħdu ħsiebhom? Dawn saru b’xi sejħa għall-offerti? Jekk iva, meta saru l-aħħar offerti u lil min ingħataw? Jekk le, kif ingħataw u xi ħlas isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Privatizazzjoni tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex jinsabu t-taħdidiet dwar il-privatizzazzjoni tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC)? Min huma l-bidders li ġew preferiti jew magħżula?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li l-proċess ta’ l-offerti ghall-konċessjoni ta’ l-operat tat taqsima tal-Petroleum ta’ l-Enemalta u l-attivitajiet kummerċjali tal-MOBC il-preferred bidder kien mħabbar f’20 ta Novembru 2008. B B Energy kienu ġew iddentifikati bħala l’preferred bidder. Ingħata bidu għan-negozzjati f’Jannar 2009. Dawn in-negozzjati għadhom għaddejjin u jinsabu fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices matul din is-sena? Meta toħroġ notice bħal din x’isir iktar? Għaliex hemm enforcement notices li ilhom li nħarġu s-snin u xorta qisu ma ġara xejn għax il-bini u/jew l-iżvilupp baqa' jsir?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — bini mwaqqa'
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm twaqqa’ bini u f’liema nħawi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar wara li jkun inħareġ enforcement notice u dan mill-2005 'l hawn, sena b’sena? X’tip ta’ bini tneħħa jew twaqqa’?
Park Nazzjonali — latrini, ħwienet u faċilitajiet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’faċilitajiet għall-pubbliku hemm ippjanat li jinbnew bħalma huma latrini, ħwienet u faċilitajiet oħra fil-Park Nazzjonali u fl-inħawi tiegħu? Jista’ jgħid ukoll x’faċilitajiet għat-tfal hu maħsub li jinbnew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-tielet fażi tal-proġett tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali hu l-iżvilupp ta’ Adventure Park fl-ex-runway biswit il-Picnic Area. L-Adventure Park jikkonsisti prinċipalment f’faċilitajiet ta’ logħob kemm għat-tfal żgħar, addoloxxenti u anke għall-adulti. L-Amenity building fiċ-ċentru tal-park se jkun jikkonsisti f’kafeteria, terrazzin minn fejn wieħed ikun jista jgawdi l-ambjent tal-madwar, kif ukoll faċilitajiet ta’ latrini pubbliċi.
Pitkalija — riformi ta' kif il-bdiewa jdaħħlu l-prodotti tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir ir-riforma li ilha tissemma dwar kif il-bidwi għandu jdaħħal il-prodotti tiegħu fil-Pitkalija u dwar il-qligħ ġust tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kemm sar bejgħ ta’ ħaxix u frott separatament u globalment s’issa din is-sena mill-Pitkalija? Kif jikkompara mal-istess żmien tas-sena li għaddiet?
Peress li fi tweġiba parlamentari kien intqal mill-Ministru li hemm eluf ta’ operazzjonijiet tal-ortopedija li qed jistennew biex isiru, u billi rtira l-kirurgu ewlieni ftit xhur ilu bl-età, filwaqt li ieħor se jirtira bl-età wkoll f’dawn il-ġranet u l-Kap tad-Dipartiment se jirtira sitt xhur oħra, jista l-Ministru jgħid jekk il-Gvern talabx lil dawn il-kirurgi sabiex jibqgħu u jestendilhom il-kuntratt biex b’hekk ma nkomplux iniżidu l-waiting list f’dan id-Dipartiment?
trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10739 u jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jikkonsidra l-qasam ta’ trasport kemm bl-ajru kif ukoll bil-baħar ta’ importanza kbira għall-ekonomija Maltija u għalhekk dejjem iżomm dan is-settur taħt skrutinju kontinwu. Fl-2008 kien hemm diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea fuq it-trasport marittimu internazzjonali bejn Malta u n-naħa ta’ fuq ta’ l-Ewropa. Dawn id-diskussjonijiet kienu ntiżi biex jindirrizaw id-diffikultajiet li kienet qed tiffaċċja l-industrija Maltija biex tesporta l-prodotti tagħha lejn l-Ewropa ta’ Fuq. Dawn id-diskussjonijiet ma tkomplewx peress li l-industrija Maltija ma baqgħetx tiffaċċja l-istess problemi fl-2009.
Fgura — Triq Kampanella - xogħlijiet ta' drenaġġ - generator
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11496 u 10200 u jgħid għaliex fi Triq Kampanella, l-Fgura bħala parti mix-xogħlijiet tad-drenaġġ li qed isiru fl-inħawi ta' Smart City qed jitħalla generator jaħdem lejl u nhar bi tniġġiż kontinwu u rwejjaħ ta' diesel b'dannu ghar-residenti ta' din it-triq? Jista' jgħid jekk dan il-generator għandux jitħalla jniġġeż bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk l-uffiċjali tal-awtorità marrux jinvestigaw l-ilmenti tal-familji li hemm fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-generator li kien hemm Triq il-Kampanella, Fgura tneħħa fil-ġimgħat li għaddew.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11109, tista' l-Ministru tgħid jekk tintalbax ġustifikazzjoni għaż-żieda fil-miżata? Jekk fl-affermattiv, tista' tagħti r-raġunijiet għal kull każ? Jekk le, għaliex ma tintalabx ġustifikazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma tintalab l-ebda ġustifikazzjoni għaż-żieda fil-miżati tal-iskejjel privati.
M’hemm l-ebda obligu skont il-Liġi tal-Edukazzjoni, li tintalab ġustifikazzjoni għaż-żieda fil-miżati.
kontijiet tad-dawl u ilma — kumpaniji li għandhom il-ħlas b'lura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11517 u 10978 u jgħid kemm hemm kumpaniji li huma lura fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u ilma? X’inhu l-ammont globali? Saru xi talbiet biex jingħataw żmien itwal biex iħallsu u minn kemm-il kumpanija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kumpaniji li huma lura fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa ta’ 3942. L-ammont globali li jinkludi arretrati tad-dawl u ta’ l-ilma huwa ta’ 37,715,080.50 li jinkludi lukandi, guest houses, restoranti, industriji kbar u żgħar u kumplessi. S’issa kien hemm 75 talba minn dawn il-kumpaniji biex iħallsu l-kont tad-dawl u l-ilma fi żmien itwal.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11499, 9659, 9485 u 8997 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja?
Jista' jgħid ukoll kemm se jdumu d-direttivi mogħtija lill-periti u x'inhi r-raġuni għal tali direttivi?