Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12525 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Detox Centre — persuni li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu l-għajnuna mid-Detox f’Malta u Għawdex separatament kull xahar din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm kellu l-akbar u kemm kien l-iżgħar wieħed? Jista' jgħid ukoll liema droga kienu qed jieħdu meta talbu din l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12526 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — għajnuna mill-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jiġix infurmat kemm–il persuna tkun talbet l-għajnuna biex teħles mill-vizzju tad-droga u li tkun marret għand xi waħda mill-aġenziji bħas-Sedqa? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-figuri ta’ dawk li talbu din l-għajnuna matul din is-sena? Il-Gvern ikollu l-istess informazzjoni għal dawk il-persuni li jirrikorru għand il-Caritas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Informazzjoni mogħtija lilll-Unjoni Ewropea -

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mogħtija lill-Unjoni Ewropea dwar il-pakkett ta' stimolu li Malta addottat jew aħjar informazzjoni li l-Gvern Malti għadda lill-Kummissjoni bħala evidenza ta' azzjoni sabiex f'dan iż-żmien ta' riċessjoni tiġi stimulata l-ekonomija Maltija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11712 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11494 u 10739 u jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11494.
Leg 11 PQ #12337 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Żoni Industrijali — fabbriki vojta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm fabbriki vojta fiż-żoni industrijali f’Għawdex? Sa liema sena kienet tintuża kull waħda, x’kienet tipproduċi u kemm kienet tħaddem nies?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

fabbriki — ħlas b'lura tal-kirja tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li qegħdin lura fil-ħlas tal-kirja tagħhom? Kemm ilha żmien (snin) l-aktar waħda li ilha ma tħallas? X’inhi s-somma globali li l-Gvern irid jiġbor?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — emissjonijet u dħaħen

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm tneħħew vetturi mit-triq wara li ġew rapportati minħabba l-emissjonijiet/dħaħen mhux permessibbli taħt l-iskema ta' l-emissions alert ta' l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12341 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fgura — Wesgħa l-Kunsill tal-Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa f'biċċa art li għadha mhux żviluppata u li tinsab f'Wesgħa l-Kunsill ta' l-Ewropa ġewwa l-Fgura qrib ta' supermarket minħabba li hemm problema ta' saħħa pubblika minħabba l-ammont kbir ta' ġrieden li hemm u li issa qed jiġru mal-inħawi kollha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Xufiera tal-karozzi tal-linja — tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati jew maqbuda xufiera tal-karozzi tal-linja jpejpu waqt li kienu fuq xogħol, jiġifieri bil-passiġġieri preżenti, matul din is-sena li ninsabu fiha? X'passi ttieħdu fil-konfront ta' dawn ix-xufiera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena ġew maqbuda 28 xufier tal-karozzi tal-linja ipejpu waqt li kienu fuq xogħol bil-passiġġiera abbord. Infurmat ukoll li dawn ix-xufiera ġew imħarrka skond kif titlob il-Liġi Sussidjarja 65.11 – Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur, Regolament Numbru 154.
Leg 11 PQ #12350 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kampanja lokali kontra possibilità ta' mard

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex f'dawk l-inħawi ta' Malta li huma l-iktar esposti għall-possibilità ta' mard li jittieħed fil-fatt ikun hemm kampanji lokali biex jiġi evitat kull tip ta' mard?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11496 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura — Triq Kampanella - xogħlijiet ta' drenaġġ - generator

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10200 u jgħid għaliex fi Triq Kampanella, l-Fgura bħala parti mix-xogħlijiet tad-drenaġġ li qed isiru fl-inħawi ta' Smart City qed jitħalla generator jaħdem lejl u nhar bi tniġġiż kontinwu u rwejjaħ ta' diesel b'dannu ghar-residenti ta' din it-triq? Jista' jgħid jekk dan il-generator għandux jitħalla jniġġes bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk l-ufficjali tal-awtorità marrux jinvestigaw l-ilmenti tal-familji li hemm fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11711.
Leg 11 PQ #12117 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fabbriki — ħaddiema li tilfu l-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu impjiegi minn fabbriki li qed joperaw f’Malta u Għawdex f’dawn l-ewwel għaxar xhur tas-sena, xahar b’xahar? Jista’ jagħti l-figuri għal Għawdex separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li qed jaħdmu fuq bazi part-time fil-fabbriki?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta’ ħaddiema li kienu qed jaħdmu part time bħala xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta’ Ġunju 2009 fil-fabbriki tal-manifattura kien ta’ 1,508 persuni. Ninsab informat hekk :- Malta G ħ awdex Total Jan-09 68 11 79 Feb-09 55 2 57 Mar-09 40 9 49 Apr-09 55 32 87 May-09 57 0 57 Jun-09 51 1 52 Jul-09 34 4 38 Aug-09 34 3 37 Sep-09 26 2 28 Oct-09 19 2 21 Total 439 66 505
Leg 11 PQ #12119 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Importaturi tal-Mediċini — kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-somma globali li l-Gvern għandu jagħti lill-importaturi tal-mediċini? Jista’ jelenka liema huma l-kumpaniji u kemm għandhom jieħdu? Jista’ jgħid x’qed isir biex dan id-dejn jitnaqqas?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bħalissa hemm 74 importatur lokali li jissuplixxu mediċini lill-gvern u għandhom bejniethom jieħdu Euro 17.40 miljun sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009. Dejn ta’: taħt Euro 100,000 – 47 importatur bejn Euro100,001 u Euro 500,000 – 14 importatur 'l fuq minn Euro 500,000 – 13 importatur Ninsab informat li sa l-aħħar tas-sena għandhom jitħallsu madwar €11-il miljun li għandu jġib bilanċ għal €15.3 miljun; jiġifieri l-gvern ikun qed juża kreditu bejn 120-150 -il ġurnata, flok il-150 ġurnata mqabula.
Leg 11 PQ #12332 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Investigazzjonijiet ta' Diesel tal-kuntrabandu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar is-sejbiet ta’ diesel tal-kuntrabandu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont eżatt ta’diesel bil-kuntrabandu li nqabad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.

Air Malta — sospensjoni ta' purser

Question

Jikkonferma l-Ministru l-istorja li dehret fil-gazzetti ta’ nhar il-Ħadd li purser tal-Air Malta ġie sospiż u qed jiġi investigat dwar il-fatt li tella’ ż-żewg itfal tiegħu fuq titjira għal Catania mingħajr ma nforma lill-awtoritajiet jew lill-kaptan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Skejjel tal-Knisja — somma globali mogħtija lill-awtoritajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm matul din is-sena finanzjarja se tkun is-somma globali mogħtija lill-awtoritajiet tal-Knisja għall-iskejjel tagħha taħt il-ftehim eżistenti? Kemm minn dan kien għall-pagi tal-għalliema u staff ieħor? Jingħataw flus għal xi affarijiet oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-somma globali mogħtija din is-sena lill-awtoritajiet tal-Knisja għall-iskejjel tagħha se tkun €34,500,000. Minn dan l-ammont, €31,363,636 huma għall-pagi tal-għalliema u staff ieħor, filwaqt li €3,136,364 huma għall-ispejjeż ġenerali.

Żoni Industrijali — fabbriki vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki vakanti fid-diversi żoni industrijali f’Malta? Sa liema sena kienet tintuża kull waħda, x’kienet tipproduċi u kemm kienet tħaddem nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ fabbriki vakanti fid-diversi żoni industrijali amministrati mill-Malta Industrial Parks Ltd huwa ta’ 12. Din l-informazzjoni qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, fejn qed jiġi mistoqsi n-numru ta’ nies li kienu jħaddmu, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru konċernat.

Unjoni Ewropea — importazzjoni ta' frott u ħaxix

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie importat frott u ħaxix separatament minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel għaxar xhur ta’din is-sena? Minn fejn? X’kien il-frott u l-ħaxix li prinċipalment ġie importat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12107 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema ta' fabbriki li tilfu xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul din is-sena 2009 kemm kien hemm ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom minn fabbriki li joperaw f’pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12109 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fabbriki/kumpaniji — ħaddiema li jaħdmu gimgħa inqas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm fabbriki li poġġew lill-ħaddiema tagħhom fuq ġimgħa anqas ta’ xogħol? Liema huma dawn il-fabbriki/kumpaniji?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-preżent hemm 8 kumpaniji li għandhom permess biex iħaddmu ġimgħa mnaqqsa ta' siegħat ta' xogħol. Dawn huma: Phoenix Group Edible Oil Refining Co Ltd Carlo Gavazzi Automation Components Tubeline Ltd Adpro-Instruments Ltd Rimus Riley Ltd Magro Brothers Group St Philip's Hospital