Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — Sospensjoni ta' Purser

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 12334, li originarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa giet riferuta lilu, u ċioe: Jikkonferma l-Ministru l-istorja li dehret fil-gazzetti li purser tal-Air Malta ġie sospiż u qed jiġi investigat dwar il-fatt li tella’ ż-żewgt itfal tiegħu fuq titjira għal Catania mingħajr ma nforma lill-awtoritajiet jew lill-kaptan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhuwiex prudenti li wieħed jitkellem fuq każ ta’ dixxiplina meta dan ikun għadu għaddej sabiex ma jiġux ippreġudikati l-interessi ta’ ħadd. Ta’ min wieħed jinnota li ir-rapport fil-gazzetta li irrefera għalih l-Onorevoli Interpellant, ma kienx komplet fir-rappurtaġġ tiegħu.

problema ta' ilma fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12523 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11808, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex diversi toroq f’diversi inħawi li jegħrqu ma’ kull ħalba xita ma jibqgħux jingħalqu għat-traffiku u jkunu ta’ periklu? Kif se jinġabar l-ilma li jifqa' dawn it-toroq fix-xita?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12867 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — għajnuna mill-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12526 u jgħid jekk id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jiġix infurmat kemm–il persuna tkun talbet l-għajnuna biex teħles mill-vizzju tad-droga u li tkun marret għand xi waħda mill-aġenziji bħas-Sedqa? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-figuri ta’ dawk li talbu din l-għajnuna matul din is-sena? Il-Gvern ikollu l-istess informazzjoni għal dawk il-persuni li jirrikorru għand il-Caritas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12868 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Detox Centre — persuni li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12525 u jgħid kemm kien hemm persuni li talbu l-għajnuna mid-Detox f’Malta u Għawdex separatament kull xahar din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm kellu l-akbar u kemm kien l-iżgħar wieħed? Jista' jgħid ukoll liema droga kienu qed jieħdu meta talbu din l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' tqegħied ta' karti.
Leg 11 PQ #12843 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kampanja lokali kontra possibilità ta' mard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12350 u jieħu l-passi neċessarji biex f'dawk l-inħawi ta' Malta li huma l-iktar esposti għall-possibilità ta' mard li jittieħed fil-fatt ikun hemm kampanji lokali biex jiġi evitat kull tip ta' mard?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fejn ikun hemm bżonn, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jorganizza kampanji speċifiċi dwar prevenzjoni tal-mard infettiv. Fil-preżent ma għandi l-ebda evidenza li hemm xi mard infettiv f’xi parti tal-pajjiż aktar minn oħra.
Leg 11 PQ #12844 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fgura — Wesgħa l-Kunsill tal-Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12341 u jara li jittieħdu l-passi meħtieġa f'biċċa art li għadha mhux żviluppata u li tinsab f'Wesgħa l-Kunsill ta' l-Ewropa ġewwa l-Fgura qrib ta' supermarket minħabba li hemm problema ta' saħħa pubblika minħabba l-ammont kbir ta' ġrieden li hemm u li issa qed jiġru mal-inħawi kollha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali spezzjonaw l-area indikata fl-10 ta' Novembru, iżda ma ġie nnutat l-ebda sinjal ta' infestazzjoni ta' ġrieden. Informat ukoll li l-ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali, bl-assistenza tal-Puluzija, għamlu trattament intensiv fil-manholes fl-area indikata. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni u trattament jerġa' jsir jekk ikun il-każ.

Awtorità dwar it-Trasport — emissjonijet u dħaħen

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12340 u jgħid kemm tneħħew vetturi mit-triq wara li ġew rapportati minħabba l-emissjonijiet/dħaħen mhux permessibbli taħt l-iskema ta' l-emissions alert ta' l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

fabbriki — ħlas b'lura tal-kirja tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12338 u jgħid kemm hemm fabbriki li qegħdin lura fil-ħlas tal-kirja tagħhom? Kemm ilha żmien (snin) l-aktar waħda li ilha ma tħallas? X’inhi s-somma globali li l-Gvern irid jiġbor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fabbriki li huma lura fil-ħlas jammontaw għal 243. L-aktar waħda ilha ma tħallas mill-1999. B’kollox għandhom jinġabru €9.5m. Dawn huma magħmulin minn kirjiet li kellhom jinġabru sa’ 2003 (€3.6m) u kirjiet mill-2004 ‘l hawn (€5.9m). Ta’ min isemmi hawn li għadha kemm twaqqfet Debtors Committee biex ittejjeb l-istrateġija u l-proċess ta’ ġbir tal-kirjiet u tissorvelja dan il-proċess.

Żoni Industrijali — fabbriki vojta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12337 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm fabbriki vojta fiż-żoni industrijali f’Għawdex? Sa liema sena kienet tintuża kull waħda, x’kienet tipproduċi u kemm kienet tħaddem nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żona industrijali ta’ Għawdex amministrata mill-MIPL hemm żewġ fabbriki li jinsabu vojta. L-aħħar li ntużaw kien waħda f’Ġunju ta’ l-2005 u l-oħra f’Diċembru 2006. Dawn il-fabbriki kienu jipproduċu ‘auto switches’ u ‘prodotti tar-rubber’ rispettivament. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #12850 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Investigazzjonijiet ta' Diesel tal-Kuntrabandu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12332, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi indikazzjoni ta' meta se tkun konkluża din l-investigazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tistenna mingħand il-Kontrollur tad-Dwana sabiex tkun tista tipproċedi b'dan il-każ.

Investiment barra l-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12769 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema ta' fabbriki li tilfu xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12107 u jgħid matul din is-sena 2009 kemm kien hemm ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom minn fabbriki li joperaw f’pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 12,117.

Malta Enterprise u Malta industrial Parks — informazzjoni fuq in-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol li qed jagħmlu fi ħdan il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks? Jista' jagħti l-istess informazzjoni ta' kif kienet is-sitwazzjoni għall-aħħar tas-sena 2008? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li n-numru ta' impjegati mal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park jiżdied għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11716 u ċioe : B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11076, jgħid il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal- capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq ġodda — kisi ta' tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11713, 11070, 10329, 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12761 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Raħal Ġdid — Spiżerija tal-Gvern

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10602, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-Gvern jieħu lura l-bini li hemnm viċin tal-ispiżerija u li llum qed jintuża bħala każin tal-Partit Nazzjonalista ħalli minflok l-ispiżerija issir hemm u b'hekk dawk kollha li jagħmlu użu minnha u l-ħaddiema jkunu aħjar mis-sitwazzjoni ħażina preżenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid jagħmlu ħilithom kollha u jaħdmu b’dedikazzjoni biex joffru l-aħjar servizz possibbli lil kull min jagħmel użu mis-servizzi li toffri l-ispiżerija ta’ din il-lokalita. Informat ukoll li l-post konċernat m’għandux spazju addattat biex iservi ta’ waiting area komda għall-volum kbir ta’ nies li jinqdew minn din l-ispiżerija. Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja għamel diversi attentati sabiex jakkwista area fil-vicin mingħand terzi sabiex ikun jista’ jitkabbar il-post u n-nies tinqeda aħjar. Dawn it-tentattivi, li l-aħħar wieħed minnhom kien fil-bidu ta’din is-sena, ma rnexxewx. Sadanittant id-dipartiment għadu kif beda proċess sabiex jibda xogħol ta’ ristrutturar tal-post. Għaddeja wkoll konsultazzjoni interna sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx lok ta’ titjib tas-sistema. L-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid m’hijiex milquta minn l-ebda azzjonijiet industrijali.

Stazzjon Nazzjonali Radju Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-istazzjon nazzjonali ta' Radju Malta ser jerġa' jibda' jxandar b'sistema sterjofonika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istazzjonijiet tar-radju kollha tal-Public Broadcasting Services jistgħu jinqabdu b’mod sterjofoniku fuq is-sistema DAB (Digital Audio Broadcast).

problema ta' ilma fit-toroq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11808, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex diversi toroq f’diversi inħawi li jegħrqu ma’ kull ħalba xita ma jibqgħux jingħalqu għat-traffiku u jkunu ta’ periklu? Kif se jinġabar l-ilma li jifqa' dawn it-toroq fix-xita?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

dritt għar-refużjoni tal-VAT

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11806, jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’Jannar sal-lum, kemm applikaw għar-rifużjoni tal-ħlas tal-VAT għal spejjeż ta’ tieġ, spejjeż ta’ordinazzjoni ta’ saċerdot, spejjeż ta’ funerali, xiri ta' strumenti mużikali u xiri ta’ roti separatament? Kemm kien l-ammont totali li ntalab f’kull każ? Kien hemm minn diġà ingħata r-rifużjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar sal-lum l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni tal-ħlas tal-VAT għal spejjeż ta’ tieġ, spejjeż ta’ordinazzjoni ta’ saċerdot, spejjeż ta’ funerali, xiri ta' strumenti mużikali u xiri ta’ roti kif ukoll dawk li tħallsu kienu kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.