Legislature:
Category:
Reset
Active:

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12913, 12757 u 11716 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11076, jgħid il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12912, 12759, 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq ġodda — kisi ta' tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12911, 12760, 11713, 11070, 10329, 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żejtun — kindergarten - tapit l-aħdar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12910, tista' l-Ministru tagħti prijorità lil dan ix-xogħol u tgħid ukoll meta ser isiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-talba għal dan ix-xogħol tpoġġiet mal-lista tax-xogħlijiet. L-ewwel trid issir evalwazzjoni ta’ din it-talba u skont il-prijoritajiet, isir ix-xogħol.

Centre Strips u roundabouts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm u fejn huma s-centre strips u roundabouts li ngħataw lil ditti privati biex jieħdu ħsiebhom? Dawn saru b’xi sejħa għall-offerti? Jekk iva, meta saru l-aħħar offerti u lil min ingħataw? Jekk le, kif ingħataw u xi ħlas isir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-management ta’ centre strips u roundabouts li jaqaw taħt il-Gvern Ċentrali qed isir mill-konsorzju ELC Ltd. Dan il-konsorzju qiegħed taħt kuntratt fil-Malta Embellishment and Landscaping Project li sar fl-2002 wara sejħa għall-offerti.

Malta Enterprise u Malta industrial Parks — informazzjoni fuq in-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol li qed jagħmlu fi ħdan il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks? Jista' jagħti l-istess informazzjoni ta' kif kienet is-sitwazzjoni għall-aħħar tas-sena 2008? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li n-numru ta' impjegati mal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park jiżdied għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12914.

Awtorità dwar it-Trasport — emissjonijet u dħaħen

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12845 u 12340 u jgħid kemm tneħħew vetturi mit-triq wara li ġew rapportati minħabba l-emissjonijiet/dħaħen mhux permessibbli taħt l-iskema ta' l-emissions alert ta' l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-liġi ma tagħtix il-poter lill-Awtorità tat-Trasport li tneħħi minn fuq it-triq vetturi minħabba l-kontravenzjoni li qed jirreferi għalieh l-Onor. Interpellant. Il-liġi dwar l-emmissjonijiet hi infurzata b'konformità mal-provediment rilevanti tal-liġi.

Ċensiment tal-2005 — persuni b'mard mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’informazzjoni importanti ħarġet mill-kwestjonarju taċ-Ċensiment tal-2005 li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika rigward il-persuni b’mard mentali?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13093 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Vjolenza Domestika — standards

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3362 li ingħatat sena ilu, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istandards dwar il-Vjolenza Domestika sarux u jekk dawn hux qed jiġu implimentati mill-Aġenzija Appoġġ? Jekk le, għaliex dan id-dewmien kollu?

Response (DALLI, JOHN)

Bħal ma ntqal fit-tweġiba għall-ewwel mistoqsija, l-Kummissjoni ltaqat mad-Direttur tad-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali fejn ġie diskuss il-ħolqien ta' standards dwar is-suġġett. Sadanittant, sar ħafna xogħol mid-Dipartiment konċernat, u tlestew standards fil-qasam tad-Djar Residenzjali għat-tfal u tal-Fostering. Informat ukoll li dawn l-Istandards jgħinu bħala mudell għall-iżvilupp ta' standards oħra bħal dawk dwar il-Vjolenza Domestika.
Leg 11 PQ #13132 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Detox Centre — persuni li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12868 u 12525 u jgħid kemm kien hemm persuni li talbu l-għajnuna mid-Detox f’Malta u Għawdex separatament kull xahar din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm kellu l-akbar u kemm kien l-iżgħar wieħed? Jista' jgħid ukoll liema droga kienu qed jieħdu meta talbu din l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13133 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — għajnuna mill-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12867 u 12526 u jgħid jekk id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jiġix infurmat kemm–il persuna tkun talbet l-għajnuna biex teħles mill-vizzju tad-droga u li tkun marret għand xi waħda mill-aġenziji bħas-Sedqa? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-figuri ta’ dawk li talbu din l-għajnuna matul din is-sena? Il-Gvern ikollu l-istess informazzjoni għal dawk il-persuni li jirrikorru għand il-Caritas?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’ persuni li talbu l-Għajnuna Soċjali għal persuni li jbatu mill-vizzju tad-droga kien 59. Id-dipartiment jiġi infurmat meta persuna tkun talbet il-benefiċċju għal persuni li jkunu qegħdin ibatu mill-vizzju tad-droga (DAD) u ikunu se jagħmlu program ta’ rijabilitazzjoni kemm-il darba dawn il-persuni ma jkunux qegħdin il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Għalhekk kemm is-Sedqa kif ukoll il-Caritas javżaw lid-dipartiment meta persuni jkunu se jagħmlu program kontra l-vizzju tad-droga u jitolbu l-benefiċċju.

problema ta' ilma fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12866 u 12523 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11808, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex diversi toroq f’diversi inħawi li jegħrqu ma’ kull ħalba xita ma jibqgħux jingħalqu għat-traffiku u jkunu ta’ periklu? Kif se jinġabar l-ilma li jifqa' dawn it-toroq fix-xita?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li qed jitlestew l-istudji u disinji neċessarji, għall-ħruġ ta’ permessi tal-MEPA u ħruġ ta’ tenders għal xogħlijiet fuq proġetti għal-kontra l-għargħar fl-inħawi l-aktar milquta f’Malta, bħaż-żoni ta’ bejn il-Mosta, B’Kara, Msida, dawk ta’ Żebbug – Qormi – Marsa, dik tal-Gżira u Żabbar-Marsaskala. F’dan il-proġett hu maħsub li l-ilma tax-xita jiġi mitfuħ ġewwa sistema ta’ mini taħt l-art li jkollhom żbokk f’Ta’ Xbiex, fil-Marsa u fix-Xgħajra. Barra minn dan il-proġett, saru u jkomplu jsiru numru ta’ interventi oħra f’toroq lokali f’diversi partijiet madwar Malta.

Ammont ta' diesel u petrol mingħajr ċomb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7265 u 6517 u jgħid x’kien l-ammont totali ta’ diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuża mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuża minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Centre Strips u roundabouts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn huma s-centre strips u roundabouts li ngħataw lil ditti privati biex jieħdu ħsiebhom? Dawn saru b’xi sejħa għall-offerti? Jekk iva, meta saru l-aħħar offerti u lil min ingħataw? Jekk le, kif ingħataw u xi ħlas isir?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Żejtun — kindergarten - tapit aħdar

Question

Tista’ l-Ministru tara li jittieħdu l-passi ħalli t-tapit aħdar li jinsab fil-kindergarten taż-Żejtun kif ukoll il-kolonni tal-ħadid li jinsabu fid-daħla tal-istess kindergarten jigu rranġati u/jew mibdula minħabba li huma ta’ periklu serju għat-tfal li jattendu f’din il-kindergarten?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dawn iż-żewġ xogħolijiet ġew identifikati bħala xogħol li jrid isir fix-xhur li ġejjin.

Toroq ġodda — kisi ta' tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12760, 11713, 11070, 10329, 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12759, 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12757 u 11716 u ċioe : B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11076, jgħid il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise u Malta industrial Parks — informazzjoni fuq in-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12546 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol li qed jagħmlu fi ħdan il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks? Jista' jagħti l-istess informazzjoni ta' kif kienet is-sitwazzjoni għall-aħħar tas-sena 2008? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li n-numru ta' impjegati mal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park jiżdied għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru attwali ta’ ħaddiema u x-xogħol li qed jagħmlu fi ħdan il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks. Fil-Budget 2010 ġie miżjud il-vot tal-Malta Enterprise, preċizament sabiex jiġu ingaġġati numru ta’ pożizzjonijiet ġodda fil-proċess ta’ integrazzjoni tal-funzjonjiet tal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks Limited. Dan huwa neċessarju minħabba it-twessiegħ tar-responsabbiltajiet ta’ Malta Enterprise li kif spjegajt fil-Budget mhux ser tibqa ffukata biss fuq il-Promozzjoni tal-Investment Barrani imma ser titrasforma ruħha bil-mod il-mod f’Aġenzija għall-Iżvilupp Ekonomiku.

Investiment barra l-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12768 u 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.