Tista' l-Ministru tgħid jekk class room experience bħala għalliem tiġix meqjsua bħala administrative experience fejn jidħlu applikazzjonijiet għal assistenti kapijiet, kapijiet, assistenti diretturi, diretturi u karigi oħra aktar 'l fuq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li kull sejħa ta’ applikazzjoni li toħroġ mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku tistipula fl-istess sejħa l-kriterji ta’ eliġibilità. Fejn tidħol esperjenza s-sejħa għall-Asstent Kap ta’ Skola tirrikjedi “għaxar (10) snin skolastiċi esperjenza bħala għalliema li l-aħħar ħames (5) snin tagħhom iridu jkunu fl-iskejjel statali”.
Għal Kap ta’ skola, is-sejħa tirrikjedi li:
· “jkunu Assistenti Kapijiet ta’ Skola,
Subject Co-ordinators
(Kapijiet tad-Dipartimenti) jew
School Counsesllors
;
· għandhom warrant ta’ għalliem u mhux inqas minn erba’ (4) snin skolastiċi servizz fil-grad ta’ Assistent Kap ta’ Skola,
Subject Co-ordinators
(Kapijiet tad-Dipartiment), u
School Counsellor
fi skola liċenzjata (ċertifikat dwar dan il-grad irid jiġi ppreżentat u jinkludi r-responsabilitajiet, skala tas-salarju u proċess tar-reklutaġġ fil-grad. Il-formola GP 47 għal uffiċċjali pubbliċi hija biżżejjed).”
Għal Assistenti Diretturi, is-sejħa tirrikjedi li l-applikanti jkunu Prinċipali ta’ Kulleġġi, Uffiċjali ta’ l-Edukazzjoni Prinċipali, Uffiċjali Edukattivi, Kapijiet ta’ Skejjel, u
Service Managers
li jkollhom mhux anqas minn erba’ (4) snin esperjenza fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-gradi jew pożizzjonijiet.
Għal Diretturi, s-sejħa tirrikjedi “esperjenza, inkluż esperjenza fit-tagħlim u f’karigi ta’ responsabbiltà fil-qasam tal-edukazzjoni”.
Għal Principali tal-Kulleġġi, s-sejħa tirrikjedi “esperjenza
f’management
/ amministrazzjoni f’oqsma edukattivi, inkluż esperjenza fit-tagħlim”.
Kif jidher ċar kull sejħa tispjega b’mod ċar il-kriterji ta’ għażla inkluż fejn tidħol l-esperjenza.
Tista' l-Ministru tgħid fejn jinsabu l-arkivji tal-Public Broadcasting Services? Min huwa responsabbli minn dawn l-arkivji? Min huma l-persuni jew kumpaniji li minn żmien għal żmien għamlu użu minn dawn l-arkivji? Kemm kien il-ħlas f'kull każ? Tista' tagħti l-informazzjoni dettaljata għal dawn l-aħħar tliet snin, jiġifieri mis-sena 2007 sal-aħħar tas-sena 2009, xahar b'xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-PBS ma hemm ħadd li hu direttament responsabbli mill-Arkivji għax l-istruttura tal-PBS ma tipprovdix għal Arkivist. Madankollu ġiet allokata persuna teknika biex tieħu ħsieb l-Arkivji.
Minn żmien għal żmien l-Arkivji tal-PBS jiġu wżati regolarment minn diversi persuni privati kif ukoll minn Kumpaniji li jkunu qed jipproduċu programmi għal TVM.
Ir-rati stabbiliti huma:
Materjal Awdjoviżiv għas-sena kurrenti
Programm €23 Inkluż VAT, Dubbing u kopja DVD
Aħbarijiet €23 Inkluż VAT, Dubbing u kopja DVD
Materjal Awdjoviżiv għall-użu minn stazzjon għal stazzjon, kemm lokali kif ukoll barranin.
L-aħħar ħames snin €35 kull minuta inkluż VAT għal kull DVD jew BETA
Snin Preċedenti
2000-2004 €39 kull minuta u VAT għal kull DVD jew BETA
1990-1999 €39 kull minuta u VAT għal kull DVD jew BETA
1980-1989 €44 kull minuta u VAT għal kull DVD jew BETA
1970-1979 €49 kull minuta u VAT għal kull DVD jew BETA
1960-1969 €58 kull minuta u VAT għal kull DVD jew BETA
1950-1959 €58 kull minuta u VAT għal kull DVD jew BETA
Barra li jeżistu dawn ir-rati speċifiċi għall-użu tal-Arkivji jeżisti wkoll ftehim partikolari ma’ Kumpaniji li jkunu qed jipproduċu programmi għal TVM. Il-PBS thoss li dawn m’għandhomx jiġu ppublikati għax huma ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13381, 13147, 12912, 12759, 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13382, 13146, 12913, 12757 u 11716 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11076, jgħid il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li saret road hump fit-tarf ta’ Triq Wied iz-Ziju sabiex l-ilma tax-xita jibqa’ nieżel minn Triq San Tumas u ma joħloqx problemi ta’ għargħar fl-imsemmija għalqa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' Wied il-Għajn mhux ser jibqgħu jinqdew mill-uffiċċju tas-Servizzi Soċjali ta' Ħaż-Żabbar imma se jkollhom jibdew imorru f'dik tal-Fgura? X'wassal għal dan it-tibdil meta jidher li huwa aktar konvenjenti li dawn l-istess residenti jinqdew minn Ħaż-Żabbar milli mill-Fgura?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali bħalissa għaddejja bi proċess ta’ ristrutturar fl-uffiċċini distrettwali tagħha bil-għan li toffri servizz dejjem aħjar lill-klijenti tagħha. L-abbinar tar-residenti ta’ Wied il-Għajn mal-Uffiċċju Distrettwali tal-Fgura flok dak ta’ Ħaż Zabbar huwa parti minn dan ir-ristrutturar.
Minħabba li l-Uffiċċju Distrettwali ta’ Ħaż Żabbar, minbarra lir-residenti ta’ Wied il-Għajn, iservi medda kbira ta’ nies residenti f’ Ħaż Żabbar stess u x-Xgħajra, inħasset il-ħtiega biex ir-residenti ta’ Wied il-Għajn jibdew jinqdew mill-Uffiċċju tal-Fgura, li sal-lum iservi lir-residenti tal-Fgura biss.
B’dan il-pass qed nittamaw li jkun hemm aktar bilanċ fin-numru ta’ nies li jinqdew miż-żewġ uffiċċji distrettwali u allura titjib fis-servizz mogħti lill-klijenti tagħna, fost oħrajn billi jonqos l-iffullar u billi s-servizz jingħata b’aktar ħeffa u effiċjenza.
Ingħatat attenzjoni wkoll lill-fatt li l-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn hija qrib ħafna wkoll tal-Fgura u li hemm ukoll rotta diretta tat-trasport pubbliku li tgħaqqad dawn iż-żewg irħula.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13492 u jgħid kemm hemm kunsilli lokali jew entitajiet oħra (bħal għaqdiet mhux governattivi) li qed jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità ta’ l-Aġenzija Sapport għall-ġid tal-lokal wara l-ħin tax-xogħol? Jekk hemm, hemm xi ħlas biex dawn l-entitajiet jagħmlu użu mill-Adult Training Centres?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Entitajiet li jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità ta’ l-Aġenzija Sapport huma:
Ward u żgħar – laqgħat li frekwentament isiru fiċ-Ċentru tal-Blind, kien hemm okażżjonijiet ukoll fejn sar użu miċ-Ċentru tal-Mtarfa.
San Ġwann Girl Guides- Għamlu użu miċ-Ċentri tal-Mtarfa u ta’ Ħal Far għal
camping
.
Little Sisters of the Poor – Attività Soċjali f’M’Scala.
St Venera Scouts Group – Għamlu użu miċ-Ċentu ta’ Ħal Far għal
camping
.
Msida Scouts Group- Għamlu użu miċ-Ċentru ta’ Ħal Far għal
camping
.
Birżebbuġa Scouts Group – Għamlu użu miċ-Ċentru ta’ Ħal Far għal
camping
.
Informat ukoll li l-ebda ħlas ma jiġi mitlub sabiex għaqdiet mhux governattivi jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità ta’ l-Aġenzija Sapport. Madankollu ġieli jingħataw donazzjonijiet meta ċ-Ċentri jiġu użati għal
weekends
sħaħ.
Crisis Intervention services u learning disability disability training unit
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13493 u jgħid fiex se jikkonsisti l-Crisis Intervention Service u l-Learning Disability Training Unit li huma mmirati għall-persuni li għandhom problema ta’ saħħa mentali? Min se jmexxi dawn is-servizzi li ġew imħabbra fid-diskors tal-budget? Meta dawn is-servizzi importanti se jibdew jiffunzjonaw?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li s-servizz ta’ Crisis Intervention se jkun jikkonsisti minn grupp ta’ professjonisti li jaħdmu flimkien mal-pazjent li qed jesperjenza emerġenza psikjatrika u ma jistax jistenna appuntament. Il-pazjent isirlu assessment fuq il-post bil-għan li tiġi kkalmata s-sitwazzjoni u kemm jista’ jkun jiġi evitat li l-pazjent jiġi rikoverat l-isptar. Jekk il-qagħda tal-pazjent tkun tant kritika li l-pazjent ikollu jiġi rikoverat, it-tim jiffacilita l-admission sabiex din issir bl-aktar mod kalm u dinjituż possibbli.
It-tim tal-
Crisis Intervention
ser ikun taħt ir-responsabbilità tad-Dipartiment tal-Kura fil-Komunita’ tal-isptar Monte Carmeli. Huwa mistenni li dan is-servizz jibda jopera f’Mejju 2010, wara li jsir ir-rekrutaġġ tal-ħaddiema u jsir it-taħriġ necessarju.
Informat ukoll li l-
Learning Disabilities Training Unit
ser jaqdi l-bżonnijiet ta’ adulti li għandhom diffikultajiet intellettwali. Il-bicca l-kbira tagħhom ser ikunu pazjenti li jgħixu fl-isptar, iżda hemm il-ħsieb li jkun hemm ukoll ħinijiet fejn jistgħu jattendi adulti li jgħixu fil-komunita biex isegwu l-programm skond il-bżonn partikulari tagħhom. Il-
unit
se jkun qed isegwi programm ta’ attivitajiet li jressqu lill-individwu biex ikun jista’ jgħix aħjar fil-kommunita. Dan il-programm jikkonsisti f'taħriġ ta' ħiliet fil-kura ta’ kif wieħed jieħu ħsieb lilu nnifsu (
self care
), kif jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwaru (
domestic skills
), u anke kif imur man-nies ta’ madwaru u fil-kommunita (
community/ interpersonal skills
).
Huwa maħsub li dan is-servizz ikun miftuħ matul il-ġurnata u li jkun mgħammar b’dak kollu li wieħed ikun jinħtieġ fil-kommunita. Is-servizz ser jikkonsisti f’sessjonijiet li fihom jintlaħqu il-bzonnijiet tal-pazjenti kemm b’mod individwali kif ukoll fi gruppi. Il-persuni li ser jattendu għal dawn is-sessjonijiet ser ikunu mqassma fi gruppi skond il-bżonnijiet partikolari tagħhom.
Is-servizz ser jitmexxa minn professjonisti u
care workers
u ser ikun hemm impjegat fil-post matul il-ħinijiet kollha tal-ġurnata. Il-għan ta’ dan il-proġett huwa li persuni b’diżabilita’ ikunu aktar indipendenti biex jistgħu jgħixu fil-kommunita.
MEPA — sejba arkeologika ħdejn sptar ġdid f'Bulebel
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sorvelja qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex is-sejba arkeologika li nstabet ġewwa Bulebel fejn qed jinbena sptar privat tigi mħarsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħadet il-passi neċessarji meta nħareġ il-permess għall-iżvilupp billi nkludiet kundizzjoni li x-xogħolijiet kellhom jiġu sorveljati peress li fl-inventarju tal-wirt nazzjonali li għandha l-MEPA, hemm dokumentazzjoni illi fis-sit in kwistjoni kienu nstabu fdalijiet arkeoloġiċi fil-passat.
Waqt ix-xogħolijiet instabu numru ta’ oqbra u fdalijiet arkeoloġiċi oħra u l-MEPA ħarġet Ordni ta’ Emerġenza għall-Konservazzjoni sabiex dawn jiġu salvati u ma jinqerdux. Ix-xogħolijiet ġew temporanjament sospiżi u saru numru ta’ laqgħat bejn il-MEPA, l-applikant, il-perit u s-Sovvrantendenza tal-Wirt Kulturali sabiex jintlaħaq ftehim dwar kif għandu jitkompla x-xogħol fl-aħjar interess tal-partijiet kollha.
Kien konkluż illi s-Sovvrantendenza għandha tagħmel aktar investigazzjonijiet f’parti oħra tas-sit sabiex jiġi stabbilit hux possibli li l-bini tal-isptar isir f’dan il-lok alternattiv. Sa dan it-tant, il-MEPA qegħda tassigura illi x-xogħolijiet ikunu konformi mal-permess ta’ żvilupp billi x-xogħolijiet kollha jkunu sorveljati u sa dan it-tant qegħda tistenna risposta dwar ir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet mis-Sovvrantendenza tal-Wirt Kultulali b’konformità mal-liġi tal-Wirt Kulturali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-preżent jaħdmu maċ-Ċentru tal-Persuni b’Diżabilità? Kemm minnhom huma full-time u kemm minnhom huma part-time? X’inhi n-natura tax-xogħol tagħhom? Kemm hemm klijenti f’kull Ċentru tal-Persuni b’Diżabilità?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent każijiet li qed jaħdmu fuqhom l-Avukati (Għajnuna Legali)? Kemm-il sena ilhom dawn il-każijiet pendenti quddiem l-avukati? Min huma l-avukati li qed jagħtu l-għajnuna legali lill-persuni foqra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent fil-Kawżi Ċivili hemm 674 każ fil-Qrati tal-Ġustizzja (Malta) u 3 fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex). L-Avukati li qed jaħdmu fuq dawn il-kazijiet bħala Għajnuna Legali huma, Dr Martin Fenech, Dr Mark M Busuttil, Dr Anthony Cutajar u Dr Renzo Porsella Flores għal Malta u Dr Kevin Mompalao u Dr Jean Paul Grech għal Għawdex. Din is-sezzjoni tal-Avukati tal-Għajnuna Legali hija mmexxija mill-Avukat Dr Joe Mifsud u Dr Malcolm Mifsud.
Ninsab infurmat illi statistika fir-rigward ta' kemm ilhom pendenti l-kawżi ma tinżammx.
Riformi ta' kif il-bidwi għandu jdaħħal il-prodotti fil-Pitkalija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13366 u 11951 u jgħid meta ser issir ir-riforma li ilha tissemma dwar kif il-bidwi għandu jdaħħal il-prodotti tiegħu fil-Pitkalija u dwar il-qligħ ġust tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kemm sar bejgħ ta’ ħaxix u frott separatament u globalment s’issa din is-sena mill-Pitkalija? Kif jikkompara mal-istess żmien tas-sena li għaddiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 13609.
Ninforma l-Onor. Membru li jsib l-informazzjoni mitluba rigward il-bejgħ tal-ħaxix u l-frott matul l-2008 u sal-aħħar t’Ottubru 2009 fuq il-
website
tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13364, 11891, 11499, 9659, 9485 u 8997 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’ din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja? Jista' jgħid ukoll kemm se jdumu d-direttivi mogħtija lill-periti u x'inhi r-raġuni għal tali direttivi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Irid jingħad ukoll li mistenni jinbeda fil-gimgħat li ġejjin ix-xogħol fuq ir-riabilitazzjoni ta’ Biaggio Steps li ser jinbidel f’Mużew dwar l-istorja tas-swar. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni mistenni jiswa €436,000.
Fit-tabella mogħtija m’hemmx inklużi l-pagi tal-ħaddiema.
Rigward l-aħħar mistoqsija, nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku dwar liema direttivi qed jistaqsi.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi korrelazzjoni bejn l-arrangamenti għall-eżamijiet ta' l- SpLD fil-livell ta' MATSEC mill-University Access Team ma' dawk mogħtija mill-istess bord lill-istess studenti meta jidħlu l-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord ta’ l-ACCESS – Disability Support Committee isegwi l-linji gwida li għaddew mis-Senat tal-Università ta’ Malta. Dawn jinstabu fid-dokument University of Malta Disability Support Services and Access Arrangements 2009 li jinstab ukoll fuq il-website tal-Università kif ukoll tal-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’. Ir-risposta tinstab f’1.4 fuq paġna 13.
L-arranġamenti għas-SEC huma differenti minn dawk għall-MATSEC u dawn differenti minn dawk tal-Università. Ir-raġuni hija spjegata fid-dokument
University of Malta Disability Support Services and Access Arrangements 2009
li jinstab ukoll fuq il-
website
tal-Università kif ukoll tal-KNPD f’1.4 paġna 13 li tgħid:
“The ADSC recognizes that SEC examinations are intended as certification for secondary education. Matriculation examinations, on the other hand, constitute the qualifications for further education and degree or diploma or certificate examinations may be the key to a variety of professions which assume certain knowledge and ability to enable the professional’s safe conduct. Thus, the same access arrangements may not be possible at all examination levels. It should be recognized that whereas some arrangements may be acceptable at SEC level they may need to be modified at Matriculation level and for University
l
evel.”
Tista' l-Ministru tgħid sad-data ta' din il-mistoqsija kemm ġew imħallsa mill-ischolarships STEPS li ngħataw għas-sena akkademika 2009-2010 għal studji dottorali fl-Ewropa? Liema kienu l-iSTEPS li tħallsu u għal liema korsijiet? Liema kienu l-ischolarships li għadhom ma tħallsux? Għal liema raġuni għadhom ma nħarġux? Meta se jitħallsu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, peress li l-ħlas tal-boroż ta’ studju għal-livell Dottorali taħt l-iskema Strategic Educational Pathways, (STEPS) ma jsirx mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, imma mill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-Solid Waste Management Plan il-ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-Abbozz tas-Solid Waste Management Plan tinsab fuq il-website tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali f’dan il-link: http://www.mrra.gov.mt/downloads.asp
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali jew entitajiet oħra (bħal għaqdiet mhux governattivi) li qed jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità ta’ l-Aġenzija Sapport għall-ġid tal-lokal wara l-ħin tax-xogħol? Jekk hemm, hemm xi ħlas biex dawn l-entitajiet jagħmlu użu mill-Adult Training Centres?
Crisis Intervention services u learning disability disability training unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex se jikkonsisti l-Crisis Intervention Service u l-Learning Disability Training Unit li huma mmirati għall-persuni li għandhom problema ta’ saħħa mentali? Min se jmexxi dawn is-servizzi li ġew imħabbra fid-diskors tal-budget? Meta dawn is-servizzi importanti se jibdew jiffunzjonaw?
Monument tas-Sette Guigno — ħsara li saritlu meta nġarr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jinżamm il-Monument tas-Sette Giugno? Kemm qed isir ħlas ta’ kuljum biex dan il-monument jinżamm hemm? Kemm ilu fil-post fejn qed jinżamm u kemm huwa maħsub li jdum hemm? X’inhi r-raġuni li dan il-monument ma tpoġġiex fil-post fejn kien, hekk kif kien intqal qabel dan l-istess monument tneħħa minn hemm? Jista’ jgħid ukoll u jikkonferma li l-monument gratlu ħsara mhux żgħira meta kien qed jinġarr? X’inhi l-entità tal-ħsara li ġarrab u jekk hux din hija r-raġuni li l-monument fil-fatt ma tpoġġiex fil-post fejn kien sa ftit żmien ilu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-monument ilu fil-post fejn qed jinżamm fl-Imrieħel minn meta beda x-xogħol fil-Pjazza ta’ San Ġorġ, jiġifieri f’Ġunju 2009. Mhux qed isir l-ebda ħlas għal dan għax qed jinżamm f’faċilità governattiva. Jien infurmat li waqt il-ġarr, il-monument ġratlu ħsara żgħira imma din mhix ir-raġuni għaliex ma tpoġġiex fejn kien. Ir-raġuni għaliex ma tpoġġiex hemm, diġà saret pubblika diversi drabi. Peress li l-istorja tal-avvenimenti tas-Sette Giugno huma marbuta b’mod dirett mat-twelid tal-Parlament Malti, l-Gvern ħass li jagħmel sens li dan il-monumnet jitpoġġa viċin il-binja l-ġdida li se takkomoda l-Parlament il-ġdid.
Rigward l-ewwel u t-tielet mistoqsija nirreferi l-Onor Membru għar-risposti li tajt għal-mistoqsijiet nru 9373, 12489 u 13337.
Persuna li taħdem fis-segretarjat privat — kaċċa illegali
Question
Jikkonferma l-Prim Ministru li kien hemm persuna fis-segretarjat privat tiegħu li nqabdet għall-kaċċa illegalment u ma ġew meħuda l-ebda passi kontriha mill-pulizija minkejja li qabdu lil din l-istess persuna, anzi ħbew kollox mill-pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li ebda impjegat tas-Segretarjat tiegħi ma nqabad għall-kaċċa illegalment u l-Pulizija imxiet kif allegat fil-mistoqsija.
Persuna li taħdem fis-segretarjat privat — kaċċa illegali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li ma ġew meħuda l-ebda passi mill-pulizija kontra persuna li nqabet għall-kaċċa b’mod illegali u li taħdem fis-segretarjat jew fl-uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għad-domanda Parlamentari numru 13500.