Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investiment Barra l-Pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14155, 13384, 13145, 12932, 12768 u 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14448 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — każijiet soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14175 u jgħid kemm hemm pazjenti magħrufa bħala każijiet soċjali fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'qiegħed isir biex dawn il-pazjenti jiġu rikoverati x'imkien ieħor biex b'hekk jkun hemm aktar sodod liberi għal min għandu bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14152, 13381, 13147, 12912, 12759, 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skont ir-records tal-Korporazzjoni Enemalta il-capping kien jiswa lill-Korporazzjoni Eur11.2 miljun fuq il-bażi tat-tariffi ta' Ottubru 2008.

Scholarships STEPS

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14099 u 13756 u tgħid sad-data ta' din il-mistoqsija kemm ġew imħallsa mill-ischolarships STEPS li ngħataw għas-sena akkademika 2009-2010 għal studji dottorali fl-Ewropa? Liema kienu l-iSTEPS li tħallsu u għal liema korsijiet? Liema kienu l-ischolarships li għadhom ma tħallsux? Għal liema raġuni għadhom ma nħarġux? Meta se jitħallsu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14431 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — care workers full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern idaħħal care workers fuq bażi full-time fl-Isptar Mater Dei jew ma' xi Aġenzija tal-Gvern? Jista' jgħid jekk fil-preżent hemmx care workers jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u min hu l- employer tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14432 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Health and Social Care National Diploma — ETC - rikonoxximent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Health and Social Care National Diploma tal-MCAST hix rikonoxxuta hawn Malta u dan skont ma ntqal mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ meta dawn ġew mistoqsija minn xi studenti? X'inhi r-raġuni għal dan jekk inhu hekk? X'passi jridu jittieħdu biex dan il-kors offrut lokalment fl-aħħar mill-aħħar ikun ukoll rikonoxxut hawn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14176 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Outpatients

Question

Peress li fl-outpatients f'kull taqsima qed jkun hemm ħafna ffullar filgħodu, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju biex forsi l-outpatients jew ċerti taqsimiet minnhom jkunu miftuħa wara nofsinhar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Diesel bil-kuntrabandu

Question

Issa li diġà tħabbar li nqabdu xi bowsers b'diesel tal-kuntrabandu sa anke minn Ottubru li għadda, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Koporazzjoni Enemalta għamlitx xi rapport uffiċjali li naqas il-bejgħ mill-pompi tagħha? Hemm xi ħjiel fejn qed jiġi maħżun dan id-diesel li qed jiddaħħal bil-kuntrabandu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14178 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pulizija li bħalissa huma sospiżi mill-Korp? Meta kien sospiz kull wieħed, fuq liema akkuża u ta' liema rank huma? Jista' jgħid ukoll kemm hemm membri tal-korp li qed jiġu investigati iżda mhumiex sospiżi? X'inhuma l-akkużi u ta' liema rank huma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #14179 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żgħażagħ taħt is-sbatax-il sena f'postijiet ta' divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Novembru, Diċembru u sal-10 ta' Jannar 2010, kemm inqabdu tfal taħt is-sbatax-il sena f'xi postijiet tad-divertiment? Fejn u x'passi ttieħdu kontra dawn iż-żgħażagħ u kontra s-sidien tal-postijiet tad-divertiment?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul il-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru inqabbdu 41 persuna taħt is-sbatax -il sena ġewwa postijiet ta' divertiment f'San Ġiljan, il-Belt, Ta' Qali, Msida u B'Kara. B'riżultat ta' dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 24 persuna responsabbli mill-postijiet ta' divertiment fejn instabu dawn iż-żagħżagħ.

Żidiet fit-tariffi tad-dawl u ilma għall-industrija — ilmenti

Question

Wara li tħabbru ż-żidiet fit-tariffi tad-dawl u ilma anke għall-industrija, jista' l-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti uffiċjali mingħand xi fabbriki partikolari u/jew xi korp kostitwit dwar il-fatt li dawn se jkollhom effett negattiv fuq l-operat tagħhom? Kien hemm xi industrija li wriet li se tnaqqas xi impjegati minħabba dawn il-miżuri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm s’issa b’mod mhux uffiċjali, xi kumpaniji urew tħassib dwar it-tariffi l-ġodda, anki permezz tal-għaqdiet rappreżentattivi tagħhom, l-ebda kumpanija ma tat indikazzjoni li tista’ tnaqqas il-ħaddiema minħabba t-tariffi.

Investiment barra l-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13384, 13145, 12932, 12768 u 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14157 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Żoni Industrijali — Fabbriki Vojta

Question

Peress li t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12847 tagħmel referenza għaż-żewġ fabbriki li kienu jipproduċu auto switches u prodotti tar-rubber rispettivament, jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 13386 u ċioe: kemm kienu jħaddmu nies iż-żewġ fabbriki li kienu jintużaw u li fil-preżent jinsabu vojta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħti l-ismijiet ta' dawn il-fabbriki biex nkun nista nagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #14172 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Logħob importanti tal-Premier League — parking ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jara li ma jkunx hemm kaos fil-parking tal-vetturi kull darba li jkun hemm logħba importanti fil-grawnd tal-Hibernians f'Kordin? Jaf li nhar il-Ġimgħa 8 ta' Jannar waqt il-logħba tal-Premier League Hibernians vs Qormi, tant kien hemm konfużjoni, li kieku nqala inċident, la l-ambulanza u lanqas xi mezz ieħor tas-sigurtà ma kienu jistgħu jgħaddu? Għaliex din il-konfużjoni qed titħalla ssir spiss mingħajr l-ebda kontroll mill-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-ġurnata msemmija mill-Onoervoli Interpellant, il-pulizija idderiġiet id-dħul tal-vetturi lejn l-ground tal-Hibs b’mod koordinat u bl-aħjar mod li setgħet fiċ-ċirkostanzi ta’ l-area in kwistjoni sabiex ma jsirx parkeġġ bl-addoċċ. Saħansitra l-ambulanza daħlet b’mod normali lejn l-Hibs ground u pparkjat ġewwa l-istadium għal eventwalità ta’ xi inċident. Apparti dan, il-pulizija ħadet ħsieb ukoll li f’każ li jkun hemm bżonn li vetturi ta’ emerġenza oħra jkunu meħtieġa fuq il-post dawn setgħu jgħaddu mit-triq li kienet qed tiġi ssorveljata mill-pulizija. Infurmat ukoll illi minħabba l-volum kbir ta’ vetturi li kienu qed jipproċedu lejn dan l- ground , kien hemm stennija ta’ xi ħin sakemm il-persuni kollha setaw jipparkjaw il-vetturi tagħhom f’postijiet fejn ma jostakolawx il-passaġġ lejn l-entratura tal-Hibs ground .
Leg 11 PQ #14173 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

nies jitlajjaw għal skop ta' prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ġew irrapurtati li kienu qed jitlajjaw għal skop ta' prostituzzjoni matul is-sena 2009? Jista' jgħid ukoll f'liema nħawi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 inqabdu 61 persuna li bejniethom tressqu quddiem il-Qorti 335 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni f'Ta' Xbiex, il-Gżira u l-Marsa.

Fond għall-Kawżi Ġusti — għaqdiet li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jelenka dawk l-għaqdiet u/jew organizzazjonijiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-2009? Kemm ħadu kull wieħed? Jista' jgħid ukoll kemm kienet is-somma fil-fond fl-1 ta' Jannar 2009? Kemm kien fadal fil-31 ta' Diċembru 2009? Minn fejn ġew il-flus li tpoġġew fil-Fond?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14175 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — każijiet soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti magħrufa bħala każijiet soċjali fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'qiegħed isir biex dawn il-pazjenti jiġu rikoverati x'imkien ieħor biex b'hekk jkun hemm aktar sodod liberi għal min għandu bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ammont ta' diesel u petrol mingħajr ċomb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8505, 7265 u 6517 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x’kien l-ammont totali ta’ diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuża mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuża minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija l-NSO huwa marbut bil-liġi illi josserva l-kunfidenzjalità u għaldaqstant, ma jistax jagħti figuri. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-ammont ta’ fuel li ntuża minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern fl-2008 kien ta’ 37,488,81 litri f’ Diesel u 102,259,26 litri f’ Unleaded Petrol . (Ara korrezzjoni tal-mistoqsija parlamentari li ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 191 nhar it-Tlieta 9 ta' Frar 2010. (PL 3924))

Scholarships STEPS

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13756 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid sad-data ta' din il-mistoqsija kemm ġew imħallsa mill-ischolarships STEPS li ngħataw għas-sena akkademika 2009-2010 għal studji dottorali fl-Ewropa? Liema kienu l-iSTEPS li tħallsu u għal liema korsijiet? Liema kienu l-ischolarships li għadhom ma tħallsux? Għal liema raġuni għadhom ma nħarġux? Meta se jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #14115 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Addolorata — oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jitqassmu l-oqrba li hemm jew li se jkun hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Peress li hemm numru ta' persuni li kienu applikaw jista' jgħid jekk dawn hux se jingħataw preferenza fuq applikazzjonijiet oħra? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u kemm huwa mistenni li jkun hemm oqbra għall-bejgħ?

Response (DALLI, JOHN)

Se tinħareġ offerta bil-kondizzjonijiet applikabbli għat-trasferiment tal-oqbra. Bħalissa hemm 4,029 applikazzjoni, u hu proġettat li għandu jkun hemm 9,000 qabar. Kulħadd għandu jkun moqdi.