Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — persuni ta' nazzjonalità mhux Maltija - impjieg

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kontroll qed tagħmel il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fuq dawk in-nies ta' nazzjonalità mhux Maltija, speċjalment fl-inħawi tal-Marsa li kull filgħodu jkunu qed jistennew lil xi ħadd joffrilhom ix-xogħol? Dawn kollha għandhom permess jaħdmu? X'kontroll isir dwar pagi u kundizzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Persuni li huma refuġjati jew li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja għandhom dritt japplikaw għal permess tax-xogħol mingħand il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Dan jinħareġ b’mod awtomatiku. Fil-każ ta’ dawk il-persuni li talbu għal ażil, min se jħaddimhom irid japplika għal permess għalihom. Dan ifisser li m’hemmx problemi biex il-persuni msemmija jaħdmu f’Malta. L-ETC hija konxja mill-fatt li minkejja li ħafna employers jimxu mar-regoli, hemm uħud minnhom li jippruvaw jimpjegaw persuni barranin illegalment u mingħajr permess tax-xogħol. L-ETC għandha l-ispetturi tagħha u tagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda, ħafna drabi akkumpanjata mill-Pulizija, biex tnaqqas dan l-abbuż. Fejn jinstab li xi employer qed iħaddem xi barrani llegalment, tieħu l-passi legali skond il-liġi. L-ETC ser tkun qed issaħħaħ il-kapaċità tagħha ta’ spettorat fil-futur qrib u dan mistenni jwassal għal aktar spezzjonijiet u identifikazzjoni ta’ ksur tal-liġijiet konċernati. Dwar pagi u kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Triq miċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli għall-Buskett — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq miċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli għal fuq l-irdumijiet li tinżel għall-Buskett tingħata xi ftit tarmak peress li hija fi stat mhux tajjeb? Japprezza l-Ministru li minbarra t-turisti, ħafna Maltin imorru hemm f'bosta ġranet matul is-sena kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bring-in Sites — skart miġbur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar skart mill-bring-in sites fl-2009 maqsumin fi ħġieġ, karta, metall u plastik? F'liema belt jew raħal l-aktar li nġabar? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet żdiedu jew naqsu l-bring-in sites matul l-istess żmien? Kemm hemm bring-in sites fiż-żoni industrijali? Jista' jagħti lista ta' fejn qegħdin dawn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ skart li nġabar mill-Bring-In Sites matul l-2009 kien kif ġej: Ħġieġ 1155.19 tunnellati Karta/Kartun 1240.21 tunnellati Metall 240.26 tunnellati Plastik 606.82 tunnellati L-iskart mill-Bring-In Sites jiġi miġbur minn diversi lokalitajiet f’daqqa, għaldaqstant ma jexistux figuri separati għall-kull belt jew raħal. Matul dan il-perjodu, il-WasteServ żiedet żewġ siti (Mellieha u Qawra), u tneħħew tliet siti (Ħal Qormi, Mosta u Paceville – Pender Place). F’żoni industrijali għandna Bring-In Site waħda, li qiegħda fi Triq in-Negozju, Ħal Qormi, fejn hemm iż-żona industrijali ta' l-iMrieħel. Dan iġib it-total tan-numru ta' Bring-In Sites għal mitejn wieħed u erbgħin (241). Għad-dettalji ta' informazzjoni dwar l-ibliet u rħula fejn jinstabu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11839.
Leg 11 PQ #14958 Sitting 194 2010-03-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — membri tal-bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14735 u jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Meta ġew maħtura u lil min jirrapreżentaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.

Persuni li tilfu l-impjieg

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14807 u jgħid kemm kien in-numru ta' nies qegħda fil-31 ta’ Jannar 2010? Kemm kien hemm nies li tilfu l-impjieg tagħhom is-sena li għaddiet? Liema xogħol kienu jagħmlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata, sa l-aħħar ta’ Diċembru 2009 in-numru ta’ nies qegħda kien ta 7,680. In-numru ta’ nies li spiċċaw l-impjieg tagħhom matul is-sena 2009 u li ġew jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 2,597. It-tabella ta’ hawn taħt turi liema xogħol kienu jagħmlu. Occupation Description Total [1] Legislators, Senior Officials and Managers 132 [2] Professionals 100 [3] Technicians and associate professionals 128 [4] Clerks 184 [5] Service workers and shop and market sales workers 464 [6] Skilled agricultural and fishery workers 19 [7] Craft and related trade workers 466 [8] Plant and machinery operators and assemblers 394 [9] Elementary occupation 710 Grand Total 2597

Għajnuna għall-industriji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14806 u jgħid mill-1 ta' Jannar 2010 kemm kien hemm talbiet għal għajnuna mill-industriji? X’raġunijiet ingħataw?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14806.

Spiżerija f'Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14805 u jgħid x'inhi l-problema biex post li jinsab fil-pjazza ta' Raħal Ġdid li fil-preżent qed iservi ta' każin tal-Partit Nazzjonalista, liema post huwa tal-Gvern, jittieħed lura mill-Gvern ħalli jibda jintuża bħala spiżjerija pubblika minħabba li dik eżistenti ma toffrix il-faċilitajiet meħtieġa biex tipprovdi servizz adegwat lir-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta u li jinqdew mill-ispiżjerija ta' Raħal Ġdid?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sptar Mater Dei — care workers full-time

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14742 u 14431 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern idaħħal care workers fuq bażi full-time fl-Isptar Mater Dei jew ma' xi aġenzija tal-Gvern? Jista' jgħid jekk fil-preżent hemmx care workers jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u min hu l- employer tagħhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li m’hemmx ħsieb li care workers jiġu mpjegati mill-Gvern fuq bażi full-time fl-Isptar Mater Dei. Fil-preżent, hemm dawn il-care workers jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li huma mpjegati kif indikat hawn taħt: 5 Assistant Care Workers – impjegati tal-Gvern 9 Care Workers – impjegati tal-Gvern 194 Care Workers (FTEs) – impjegati ta’ kuntrattur

Mediċina Zocor

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Zocor għal kontra l-cholesterol bħalissa reġa' hawn nuqqas tagħhom fl-ispiżeriji tal-Gvern? Huwa minnu li l-Gvern qed jipprova jimporta mediċina differenti għall-istess marda? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji? Għaliex qed ikun hemm nuqqas ta' spiss taż-Zocor?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nagħrraf lil Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra

żieda fil-bini ta' skejjel mill-awtoritajiet tal-Knisja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jiswa lill-Gvern iż-żieda li se jkun hemm fil-bini ta' skejjel mill-awtoritajiet tal-Knisja u allura f'għalliema u studenti fit-tliet snin li ġejjin? Qed tara x'implikazzjonijiet, pożittivi u negattivi, li dan l-iżvilupp jista' jkollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-pjani tal-bini tal-iskejjel tal-Knisja u l-istima preċiża ta’ bini ikkalkolati skont id-disinn tal-bini qegħdin fil-proċess li jkunu finalizzati. Meta joħorġu l-permessi kollha u jkun hemm data aktar preċiża meta l-bini se jkun finalizzat, wieħed ikun jista’ jagħmel kalkoli preċiżi. Dan l-iżvilupp qed ikun meqjus bħala pass pożittiv fis-sistema edukattiva biex jinħoloq level playing field għall-istudenti kollha, sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla skossi mill-primarja għas-sekondarja.

Reserved parking

Question

Minħabba li jiena nfurmat li l-applikazzjoni għar-reserved parking tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha ftit pendenti, jista' l-Ministru ġentilment jara x'diffikultajiet hemm biex din issir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet approvata.

Żoni Industrijali — fabbriki vojta

Question

Peress li d-dettalji tal-fabbriki jinsabu fil-mistoqsijiet li hemm referenza għalihom fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14740, 14442, 12847 u 13386 rispettivament u jgħid kemm kienu jħaddmu nies iż-żewġ fabbriki li kienu jipproduċu auto switches u prodotti tar-rubber li kienu jintużaw u li issa jinsabu vojta?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sptar Mater Dei — każijiet soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14738, 14448 u 14175 u jgħid kemm hemm pazjenti magħrufa bħala każijiet soċjali fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'qiegħed isir biex dawn il-pazjenti jiġu rikoverati x'imkien ieħor biex b'hekk jkun hemm aktar sodod liberi għal min għandu bżonn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda pazjenti fl-isptar Mater Dei li huma klassiffikati bħala każijiet soċjali. Dawk il-pazjenti li m’għandhomx aktar bżonn ta’ kura akuta imma ma jistgħux imorru lura d-dar għal raġunijiet varji huma klassifikati bħala Intermediate Care Patients. Dawn jinkludu pazjenti li għandhom bżonn riabilitazzjoni, jew long term care, jew li għandhom mard terminali, eċċ. Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm 92 pazjent li huma klassifikati bħala Intermediate Care Patients. Dawk il-pazjenti li jiġu dikjarati bħala Intermediate Care Patients jiġu eventwalment trasferiti għal Zammit Clapp/Karen Grech jew fir-Residenza San Vincenz de Paule, jew fis-swali Jeanne Antide, jew fid-djar tal-anzjani skond is-sodod disponibbli f’dawn l-isptarijiet/residenzi u l-livell ta’ dipendenza tal-pazjenti.

karozzi impurtati minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea — taxxa fuq ir-reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14737 u jgħid jekk it-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi impurtati minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea ġietx mibdula jew le? Jekk fl-affermattiv, meta saret din il-bidla u jekk saritx xi kampanja/reklami biex dan ikun magħruf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni tal-karozzi.
Leg 11 PQ #14957 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

barrieri li jintużaw biex jintrema skart marbut mal-kostruzzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14736 u jgħid jekk hijiex policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li barrieri li m'għadhomx jintużaw jiġu użati biex jintrema skart marbut mal-kostruzzjoni? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità hijiex responsabbli li tagħmel kontroll ta' dak li jintrema? Jekk fl-affermattiv, kif isir dan il-kontroll? Tinżamm statistika ta' kemm jintrema skart marbut mal-kostruzzjoni f'dawn il-barrieri? Liema huma l-barrieri li f'dawn l-aħħar sentejn qed jintużaw għal dan l-iskop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward ta’ l-ewwel parti tal-mistoqsija, iva, l-policy tal-MEPA tifavorixxi u tippromwovi l-użu ta’ barrieri eżawriti biex la darba ma jibqalhomx materjal għat-tqagħttieh jintużaw biex jerġgħu lura għall-istat oriġinali tagħhom permezz ta’ skart li jiġi ġenerat mill-industrija tal-kostruzzjoni. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, iva, l-Awtorià tagħmel compliance inspections f’barrieri li jkunu ingħataw permess ambjentali biex jirrestawraw il-barriera, biex jiġi aċċertat li qed jintrema biss materjal li hu kopert bil-permess u li l-attività ta’ restawr ma tikkomprometti bl-ebda mod l-integrità ambjentali. Għar-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, il-kontroll isir permezz ta’ spezzjonijiet kif ingħad fir-risposta għat-tieni mistoqsija. Għar-rigward tar-raba’ parti tal-mistoqsija, iva, kull barriera li għandha permess ambjentali biex taċċetta skart mill-industrija tal-kostruzzjoni hija obbligata li tagħti lil Awtorità statistika ta’ kemm intrema materjal. Għar-rigward tal-ħames parti tal-mistoqsija il-lista ta’ barrieri li huma awtorizzati jaċċettaw skart mill-industrija tal-kostruzzjoni hija ppublikata fuq is-sit eletroniku tal-MEPA u tiġi aġġornata regolarment. Din il-lista tinkludi: Malta HM31 Ta’ Dmejrek l/o Dingli HM15 Wied Filep l/o Naxxar HM22 Wied Filep l/o Naxxar HM33 Għar Lapsi Road, Siġġiewi HM29 Żebbiegħ Road, Mġarr HM35 Ta’ Żuta, Dingli HM3 Wied Inċita, Ħ’Attard HM12 Wied Inċita, Ħ’Attard HM21 Labour Avenue, Naxxar HM09 Ta’ Qaduma, l/o Mġarr HM28 Birguma, Naxxar Għawdex SG06 Wied Merill, San Lawrenz

Investiment barra l-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14447, liema tweġiba tapplika wkoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 12113, 12932, 13145, 13384 u 14155.

Għajnuna għall-industriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2010 kemm kien hemm talbiet għal għajnuna mill-industriji? X’raġunijiet ingħataw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa il-Malta Enterprise qed tikkunsidra madwar 20 talba għal għajnuna, il-biċċa l-kbira minnhom talbiet għal art industrijali. Hemm ukoll 3 talbiet għal Loan Guarantees u talba waħda għal Loan Interest Rate Subsidy. Ta’ min jinnota li dawn mhumiex talbiet relatati ma’ diffikultajiet minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja dinjija, imma huma talbiet relatati ma investiment ġdid.

SR Technics — għajnuna mill-Kummissjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat l-SR Techincs biex twaqqaf il-faċilità tagħha f’pajjiżna? Jista' jgħid għaliex il-Kummissjoni Ewopea qed tinvestiga din l-għajnuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija SRT ingħatat għajnuna mill-Malta Enterprise bħala “Investment Aid” taħt il-Malta Enterprise Act. Din hija għajnuna “normali” li tingħata lil kull kumpanija li tkun eliġibbli għax tagħmel attività li hija msemmija fil-liġi. Fil-fatt il-kumpanija ser tagħmel f’Malta “maintenance, repair and overhaul” jew manutenzjoni u tiswijiet fuq ajruplani. Il-Kummissjoni Ewropea mhux l-ewwel darba li tistaqsi x’għajnuna tkun ingħatat lil xi kumpanija. F’dawn il-każi l-Malta Enterprise tagħti l-informazzjoni meħtieġa lill-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk il- Malta Enterprise tinforma regolarment lil State Aid Monitoring Board b’kull għajnuna li tingħata lill-kumpaniji.

Studenti li applikaw għall-eżamijiet tal-MATSEC

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il student, subien u bniet separatament, applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tal-Matsec f’livell avvanzat u f’livell ordinarju din is-sena? Kemm kienu minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti? Liema huma s-suġġetti li se joqogħdu għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

familji li l-Gvern qed jgħin minħabba l-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-familji li l-Gvern jgħid li qed jiġu mgħejjuna minħabba l-kontijiet għolja tad-dawl u l-ilma? Dawn żdiedu mis-sena l-oħra wara li ġew introdotti rati ġodda x-xahar li għadda? Minn liema bliet u rħula huma dawn il-familji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-2009, 26,397 familja rċevew l-Benefiċċju ta’ l-Enerġija mid-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali. Id-Diviżjoni f’dan il-mument mhix f’pożizzjoni illi tindika jekk in-numru ta’ familji fuq din l-għajnuna żdiedux jew le peress li l-ħruġ tal-kontijiet bit-tariffi l-ġodda għadu fil-fażi inizjali tiegħu u għaldaqstant m’hemmx l-informazzjoni kollha meħtieġa.