Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri tal-Korp tal-Pulizija assenjati bix-shift ta' Night - Second - First - Off, m'għandhomx 11-il siegħa rest period bejn shift u ieħor kif tipprovdi l-liġi industrijali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi skont ir-Regolamenti dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol (L.S.452.87), dak li hemm ipprovdut fir-regolament 4 ta’ l-istess Regolamenti dwar mistrieħ ta’ kuljum, mhux applikabbli għall-membri tal-Korp tal-Pulizija. Dan skont ir-regolamenti 15 u 16 ta’ l-istess Regolamenti.
Infurmat ukoll illi dan ix-xift beda jiġi ntrodott fil-Korp tal-Pulizija f’April 2006 minflok ix-xift ta’
night
–
second
–
night
–
second
–
first
–
off
jew
24
siegħa
duty – 24 hrs rest
jew inkella
night (12 hr) – day (12hr) – rest,
jiġifieri fejn pulizija kienu jaħdmu f’xifts ta’ 96 siegħa jew 47 siegħa, illum ġew jaħdmu f’xifts ta’ 46 siegħa, b’tali mod li xift illum ma jiġix iddisturbat. Dan iffisser li Pulizija b’dan ix-xift jista jipprogramma l-agenda personali tiegħu anke sa sena qabel.
Barra minnhekk ta’ min izid illi l-membri tal-Korp in ġenerali laqgħu tajjeb l-introduzzjoni ta’ dan l-istess xift.
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dak il-Bord, fejn il-membri tal-Korp tal-Pulizija jistgħu jmorru sabiex jinnegozjaw ftehim kollettiv ġdid għalihom, u mhux kif qed jiġri fil-preżent fejn qed jiġu mdaħħla fil-ftehim kollettiv taċ-ċivil, mingħajr qatt ma jkunu ġew konsultati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Naħseb li l-Bord li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, huwa l-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar, skont ma jipprovdi l-Artikolu 21 tal-Att dwar il-Pulizija, Kap 164 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Peress li d-dettalji tal-fabbriki jinsabu fil-mistoqsijiet li hemm referenza għalihom fil-mistoqsija, tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 14946, 14740, 14442, 12847 u 13386 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġew riferuti lilha rispettivament u tgħid kemm kienu jħaddmu nies iż-żewġ fabbriki li kienu jipproduċu auto switches u prodotti tar-rubber li kienu jintużaw u li issa jinsabu vojta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kumpanija Pamargan fix-Xewkija, Għawdex, skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, għadha qiegħda timpjega 113-il persuna.
Rigward il-kumpanija Methode fix-Xewkija, Għawdex, (magħrufa bħala Merit-Malta Ltd. skont l-informazzjoni li għandha l-ETC) għalqet fil-31 ta’ Dicembru 2004. Fix-xahar ta’ Diċembru 2004 ġew issensjati 19-il persuna.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14813 u jgħid kemm daħlu piżijiet ġodda, minbarra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fuq l-industrija? Jista' jelenka liema huma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni tal-Kummerċ ma daħħlet l-ebda piżijiet ġodda fuq l-Industrija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14977 u 14805 li oriġinarjament saru lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inhi l-problema biex post li jinsab fil-pjazza ta' Raħal Ġdid li fil-preżent qed iservi ta' każin tal-Partit Nazzjonalista, liema post huwa tal-Gvern, jittieħed lura mill-Gvern ħalli jibda jintuża bħala spiżjerija pubblika minħabba li dik eżistenti ma toffrix il-faċilitajiet meħtieġa biex tipprovdi servizz adegwat lir-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta u li jinqdew mill-ispiżjerija ta' Raħal Ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri tal-Korp tal-Pulizija mhumiex minn tal-ewwel persuni li ġew inklużi fit-tlaqqim kontra l-Swine Flu, stante li dawn iħabbtuha ma' kull kwalità ta' nies?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-prioritazzjoni tal-kategoriji li kellhom jirċievu il-vaċċin kontra l-Influwenza A H1N1 ġiet stabbilita fuq kriterji rakkomandati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u L-ECDC.
Minbarra fil-każ ta’ ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, il-kriterji kienu stabbiliti fuq riskju kliniku u mhux riskju okkupazzjonali.
Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta — membru tal-MCESD
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta mhix membru tal-MCESD?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant huwa mgħarraf illi l-kompożizzjoni tal-Kunsill hija regolata mill-Artikolu 4 tal-Kap. 431 li jelenka kif dal-Kunsill tripartit huwa ffurmat. Pero’ l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta bħall kull Assoċjazzjoni oħra tista’ titlob li tifforma parti mill-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili (Art 6.2 ta’ l-istess Att).
Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta — membru tal-MCESD
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta mhix membru tal-MCESD?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali huwa mwaqqaf bl-liġi ad hoc. (Kap 431 tal-Liġijiet ta’ Malta). Għaldaqstant ġenitlment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-membri tal-Korp tal-Pulizija jingħataw żraben iktar ta' kwalità sabiex tiġi wkoll protetta s-sigurtà tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-fatt nhar il-5 ta’ Jannar ta’ din is-sena il-Korp tal-Pulizija ħareġ sejħa għall-offerti għal provvista ta’ żraben (ankle boots) bi speċifikazzjonijiet aħjar minn dawk li nxtraw fil-passat. Din is-sejħa għall-offerti għalqet fl-24 ta’ Frar, u bħalissa qiegħda tiġi proċessata.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm hawn għases tal-pulizija li qegħdin jintużaw fil-mument?
b) kemm minn dawn l-għases fihom sis-sistema PIRS?
ċ) kemm minn dawn l-għases fihom l-arja kundizzjonata?
d) kemm minn dawn l-għases fihom kamra privata fejn persuna li tirrikorri ġewwa l-għassa tista' titkellem liberament fil-privatezza?
e) kemm minn dawn l-għases fihom showers, changing room u lockers fejn wieħed jista' jbiddel u jerfa' l-uniformi tiegħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi :
(a) fil-preżent, il-Korp tal-Pulizija għandu 55 Għassa f’Malta u 20 f’Għawdex. Dawn kollha qed jintużaw, ħlief għal xi għases f’lokalitajiet li jinfetħu biss fix-xhur tas-sajf. Hemm ukoll l-Għassa ta’ Wied iż-Żurrieq li bħalissa ma tinfetaħx minħabba li tenħtieġ xogħol estensiv ta’ restawr. Hemm ukoll għases f’xi rħula jista’ jkun li jingħalqu temporanjament meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-għassa tkun meħtiġa x’imkien ieħor.
(b) Infurmat ukoll li hemm 26 għassa li għandha s-sistema tal-PIRS filwaqt li bħalissa għaddej ix-xogħol sabiex din is-sistema tkun introdotta f’6 Għases oħra.
(c) Hemm 9 għases li fihom hemm istallat xi apparat ta’ l-arja kondizzjonata.
(d) F’każ li jkun meħtieġ li persuna ma titkellimx fir-
reception area
minħabba li l-każ ikun jenħtieġ ċertu privatezza, għalkemm mhux f’kull għassa hemm kamra speċifikament għalhekk, dejjem jista' jiġi utilizzat xi post ieħor ġewwa kull għassa, bħal per eżempju l-uffiċċju ta’ l-ispettur, l-uffiċċju distrettwali jew xi kamra oħra.
(e) L-għases tal-Pulizija ġeneralment huma attrezzati b’
lockers
fejn il-membri tal-Korp jistgħu jżommu xi affarijiet personali tagħhom. Madankollu skond il-
policy
tal-Korp, il-membri huma obligati li ma jħallux l-uniformi fl-għassa fejn huma stazzjonait, imma jridu jilbsuha waqt li jkunu sejrin jew ġejjin mill-post tax-xogħol, ovvjament ħlief dawk li jaqdu d-doveri tagħhom mingħajr uniformi.
Boroż grizi għal skart li jinġabar nhar ta' Tlieta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bir-rispons tan-nies li jużaw il-boroż griżi li huma magħrufin għall-iskart magħżul li jinġabar nhar ta' Tlieta? Kemm inġabar komplessivament fl-2009? Minn liema belt jew raħal inġabar l-aktar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, iva, nistab sodisfatt bir-rizultati miksuba sa llum għax fi żmien relattivament qasir minn meta mbeda dan il-ġbir u proċessar, kellna rispons qawwi mill-pubbliku. Matul l-2009 inġabar total ta' 6,703.76 tunnellati. Il-lokalità minn fejn matul l-2009 inġabret l-akbar ammont ta’ skart separat bil-borża l-griża kienet Birkirkara.
Dan ma jfissirx li ħa nieqfu hawn iżda għall-kuntrarju jħeġġiġni ħalli nkomplu nżidu aktar il-kontribut biex inħarsu dejjem aħjar l-ambjent taghna.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant fir-reżistanza qawwija li kellna biex niżviluppaw l-impjant ta’ Sant’ Antnin. Iż-żmien wera li kellna raġun għax minkejja din ir-reżistenza, eventwalment stajna naraw l-impjant ta' Sant' Antnin jiffunzjona. Dan l-impjant wera kemm huwa essenzjali biex seta' jagħmilha possibbli li jkun ipproċessat dan it-tip ta’ skart u verament nistgħu nitkellmu dwar riċiklaġġ.
ommijiet li jidħlu jew jirritornaw lejn id-dinja tax-xogħol — sena eżenzjoni mill-income tax
Question
Peress li fid-diskors tal-budget 2008, ġie mwiegħed li ommijiet li jidħlu jew jirritornaw lejn id-dinja tax-xogħol jingħataw sena eżenzjoni mill-income tax għat-tfal kollha li twieldu mill-2007 'il quddiem, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-wegħda tgħoddx għal kull omm li diġà taħdem jew li m'ilhiex nieqsa ħames snin u li tidħol lura għax-xogħol wara li jkollha t-tfal? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm ommijiet li applikaw għal dan il-benefiċċju? Kemm minn dawk li applikaw effettivament diġà bbenefikaw? X'inhi r-raġuni li bosta minn dawn l-ommijiet għadhom ma bbenefikawx? Kemm huwa n-numru ta' l-applikanti li għadhom ma bbenefikawx?
Il-Gvern meta beħsiebu jżomm mal-wegħda tiegħu biex dawk kollha intitolati jingħataw din l-eżenzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dawk in-nisa li kellhom tarbija mill-1 ta’ Jannar 2007 ‘l quddiem, u rritornaw għax-xogħol wara t-twelid ta’ tarbija, igawdu minn sena kreditu ta’ taxxa ekwivalenti għat-taxxa fuq id-dħul mill-impjieg li għalih l-omm tkun irritornat. Dan jgħodd għal kull tarbija li titwieled mill-1 ta’ Jannar 2007 ‘l quddiem. Dan il-kreditu ta’ taxxa fil-prattika jissarraf f’eżenzjoni totali għal sena mit-taxxa fuq dak l-impjieg. Jekk ix-xogħol ikun minn attività self-employed il-kreditu huwa ta’ mhux aktar minn €5,000 kull darba. Minflokk ma tieħu sena eżenzjoni, omm li tirritorna għax-xogħol wara t-twelid ta’ tarbija tista’ tagħżel li tieħu kreditu ta’ taxxa ta’ mhux aktar minn €2,000 mifrux fuq sentejn. Din l-għażla hija favorevoli għal dawk in-nisa li għandhom dħul relattivament baxx. F’dan il-każ il-benefiċċju jissarraf f’iżjed minn sena eżenzjoni.
Kien hemm 2,034 applikazzjoni għal dan il-benefiċċju. Diġà bbenefikaw 1,848 minn dawk li applikaw. In-numru ta’ applikanti li ma bbenefikawx hu ta’ 186. Minn dawn il-186 applikant, 113 minnhom ma kienux eliġibli għaliex ma kenux neqsin mix-xogħol għal ħames snin. Il-kumplament tal-applikanti li ma bbenefikawx minn din l-inċentiva, jiġifieri 73 applikant, ma kellhom l-ebda taxxa dovuta, u allura ma setgħux jingħataw tax credit.
Madanakollu, f’xi każijiet, ir-
refunds
sempliċiment għadhom ma ħarġux, u dawn għandhom jintbgħatu fil-viċin.
Invista tal-fatt li fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet parlamentari 13497 u 14127 li kienu jirrigwardaw is-Children Development Assessment Unit kemm il-Ministeru tal-Politika Soċjali kif ukoll il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni nsistew li l-mistoqsija ssir lill-ministru konċernat, jista' l-Prim Ministru jindika liema ministeru huwa responsabbli miċ-Children Development Assessment Unit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità huwa responsabbli miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU).
servizz ta' occupational therapy fl-iskejjel primarji taż-Żejtun
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibda s-servizz ta' occupational therapy fl-iskejjel primarji taż-Żejtun? Tista' tgħid x'inhi r-raġuni li tfal li għandhom bżonn assessment mill-occupational therapist biex ikunu jistgħu jiġu allokati facilitator qed ikollhom jistennew xhur sħaħ bil-konsegwenza li bosta ġenituri qed ikollhom jirrikorru għal occupational therapists privati minflok ma qed jieħdu s-servizz minn dawk tal-Gvern?
X'qed isir min-naħa tal-Gvern biex din is-sitwazjoni titranġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi joffri servizz ta’ Occupational Therapist waħda u hu xogħol speċjalizzat ġo l-Access to Communication and Technology Unit (ACTU). Din taħdem bħala parti minn tim transdixxiplinarju flimkien ma’ professjonisti oħra fuq teknoloġija assistiva. L-għan prinċipali hu li jsiru assessments lit-tfal li għandhom diffikultajiet fil-komunikazzjoni u diffikultajiet oħra li jimpedu milli dawn jistgħu jaċċessaw t-teknoloġija.
Servizz ta’
occupational therapist
ġenerali fl-iskejjel hu ikkoordinat mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Università ta' Cambridge — International Diploma rikonoxxuta
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Cambridge International Diploma in Information and Communications tal-Università ta' Cambridge hix rikonoxxuta jew le hawn Malta? Jista' jagħti l-każ li din hija rikonoxxuta mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki imma mhux qed tiġi rikonoxxuta mill-MCAST u/jew mill-Università ta' Malta? Xi tkun ir-raġuni jekk jirriżulta li huwa hekk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Cambridge International Diploma in Information and Communication tal-Università ta’ Cambridge hija kwalifika rikkonoxxuta f’Malta mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki.
Iċ-ċertifikat sħiħ tal-International Diploma in Information and Communication Technology tal-Università ta’ Cambridge huwa aċċettat mill-MCAST għad-dħul f’numru ta’ programmi
skont il-kors. F’każijiet oħra dawn jiġu kkunsidrati każ b’każ skont it-talba tal-istudent.
L-Università ta’ Malta tikkunsidra applikazzjonijiet minn persuni li jippreżentaw id-
Diploma
in Business
mogħtija mill-University of Cambridge International Examinations. Information and Communications Technology hija waħda mill-
modules
f’dan il-kors.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u min huma l-kirurgi li għalqu l-61 sena u ngħataw iċ-ċans u aċċettaw li jkompli jaħdmu? F'liema qasam jispeċjalizzaw? Dawn baqgħu taħt l-istess kundizzjonijiet ta' qabel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Kirurgi li għalqu l-61 sena u li applikaw sabiex ikomplu jaħdmu huwa ħamsa.
Dawn huma:
Ortopedija – tnejn
Taħriġ
Postgraduate
– wieħed
Ortopedija u Kirurġija Ġenerali – wieħed
Oftalmologija - wieħed
Filwaqt li żewġ kirurgi baqgħu bl-istess kundizzjonijiet ta’ qabel, it-tliet kirurgi l-oħra qegħdin jaħdmu ħinijiet ta’ xogħol inqas minn qabel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li fil-preżent jirreġistraw għax-xogħol fost dawk in-nies magħrufa bħala refuġjati? Għal liema tip ta' xogħol qed jirreġistraw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar ta’ Diċembru 2009 (skont l-aħħar nformazzjoni ppublikata) kien hemm 19–il persuna meqjusa bħala refuġjat li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol mall-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. It-tabella hawn taħt turi għal liema tip ta 'xogħol kienu qed jirreġistraw.
Tipi ta’ Xogħol
Labouring 4
Other Construction Workers 1
Other Service Workers 4
Other Skilled/Semi-Skilled 3
Other Technical & Professional 2
Plasterer 2
Plumber 2
Welder 1
Total 19
Kumpaniji/individwi — impjieg ta' nies b'paga baxxa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm minn Ġunju 2009 fejn kumpaniji/individwi nqabdu jimpjegaw nies u jħallsuhom b'anqas mill-paga minima? Jista' jgħid liema kienu u x'passi ttieħdu?