Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pjan strateġiku tal-industrija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan strateġiku tal-industrija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan strateġiku tal-industrija jinsab fuq is-sit tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.

sidien li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 15789 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u ċioe dwar kemm huwa dovut mis-sidien li jaqgħu lura bħala ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlasijiet dovuti mis-sidien li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom jammonta għal €68,525,200.

kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlasijiet tat-taxxa tad-dħul tal-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlasijiet tat-taxxa tad-dħul tal-impjegati tagħhom? Jista’ jgħid kemm hija s-somma dovuta bħalissa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlasijiet tat-taxxa tad-dħul tal-impjegati tagħhom kien ta’ 12,300. Is-somma dovuta bħalissa hi ta’ €23,186,000.

sidien li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa dovut mis-sidien bħalissa li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom? Xi tkun is-sitwazzjoni tal-impjegat li jkun wasal biex jirtira u jsib lis-sid ma ħallaslux il-bolol kollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Minstru kkonċernat. Għar-rigward tat-tieni parti nista ngħid li d-Diviżjoni titlob lill-impjegat jipproduċi dokumentazzjoni fosthom kopja tal-FS3 sabiex tikkonferma li tnaqqset il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mis-salarju u tkun tista’ tqis dawn il-kontribuzzjonijiet daqs li kieku mħallsin.

nies jirreġistraw li nqabdu jaħdmu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fl-2009 u fl-ewwel xhur ta’din is-sena kemm inqabdu nies jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw? Kemm minnhom kienu barranin u kemm kienu immigranti illegali? X’passi ttieħdu kontra dawk is-sidien li ħaddmu lil dawn in-nies sakemm ma kenux qed jaħdmu għal rashom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ nies li nstabu jaħdmu waqt li kienu jirreġistraw, matul is-sena 2009 kien ta’ 159, u bejn Jannar u Frar ta’ din is-sena kien hemm 18. Ma dawn, tnax il-persuna oħra nqatgħu mir-reġistrar, matul is-sena 2009, wara li naqsu milli jattendu għal sejħa mill-ispettorat jew b’riżultat ta’ investigazzjoni mill-istess spettorat tal-Korporazzjoni. F’kull każ li persuna tkun inqatgħet mir-reġistrat, għandha d-dritt li tappella minn dik id-deċiżjoni tal-Korporazzjoni quddiem l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol. Il-każijiet imsemmija huma kollha ċittadini Maltin u f’kull każ, sew jekk impjegati u sew jekk jaħdmu għal rashom, il-Korporazzjoni tipproċedi b’passi legali skont l-Avviż Legali 110/93 tal-Att Dwar is-Servizzi ta’ Impjieg u Taħriġ (KAP 343).

Skejjel — aċċess għal studenti b'diżabilità fiżika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti li m’għandhom l-ebda aċċess jew għandhom acċess minimu għal studenti li għandhom xi forma ta’diżabilità fiżika? X’qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata? Matul l-2009 kemm saru spezzjonijiet fl-iskejjel minn uffiċjali dwar dan? Liema skejjel żaru? Sar xi proġress wara dawn iż-żjajjar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskejjel il-ġodda kollha tal-iStat huma kompletament aċċessibbli skont il-kriterji mniżżla fil-Linji Gwida maħruġa mill-Kummissjoni għall-Persuni b’Diżabilità. Ma teżisti l-ebda skola tal-iStat li ma fiha l-ebda aċċess. F’dawk l-iskejjel li m’għandhomx aċċessibilità kompleta, isiru arranġamenti interni biex persuni b’diżabilità jingħataw is-servizzi edukattivi kollha fis-sular/i fejn hemm aċċessibilità kompleta. Għalkemm mhemmx uffiċjali li x-xogħol tagħhom hu li jagħmlu spezzjonijiet f’dan ir-rigward, isiru sforzi kontinwi waqt xogħol ta’ manutenzjoni biex l-aċċessibilita’ titjieb, inkluż stallazzjonijiet ta’ lifts fejn il-bini jippermetti, kif ukoll stallazzjonijiet ta’ toilets għal persuni b’diżabilità. L-iskejjel ġodda mhux statali huma aċċessibbli skont il-kriterji mniżżla fil-Linji Gwida maħruġa mill-Kummissjoni għall-Persuni b’Diżabilità. Fl-iskejjel li m’għandhomx aċċessibilità sħiħa, isiru l-arranġamenti meħtieġa biex persuni b’diżabilità jingħataw is-servizzi edukattivi kollha fis-sulari fejn hemm aċċessibilità sħiħa. Fiż-żjajjar li l-Uffiċjali Edukattivi jagħmlu fl-iskejjel jaraw il-faċilitajiet li jeżistu ukoll għall-persuni b’diżabilità u jħeġġu lill-iskejjel biex itejbu l-aċċessibilità f’inħawi differenti.

Triq Ġużeppi Lanzon f'Wied il-Għajn — tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15527 u jgħid meta huwa ppjanat li Triq Ġużeppi Lanzon ġewwa Wied il-Għajn issir minħabba l-istat ħażin li tinsab fih din it-triq? Jekk mhux possibbli ssir għalissa jikkunsidra l-Ministru li jsiru ċerti tiswijiet li kemm jista' jkun inaqqsu l-periklu għax kien hemm persuni li waqgħu u weġġgħu minħabba l-istat li tinsab fih din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor Interpellant mhix inkluża fil-lista ta' toroq li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Ottubru 2006.

South Embellishment Committee — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15437 u jgħid jekk għadux kostitwit is-South Embellishment Committee? Min huma l-membri u kemm-il darba tlaqqa'? X'xogħol sar li kien fir-responsabbiltà ta' dan il-kumitat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumitat imsemmi ma baqax jiġi kostitwit wara 1998. Il-Funzjonijiet li kien iwettaq dan il-kumitat issa qed jitwettqu minn entitajiet oħrajn bħalma huma: • L-Environment Landscaping Consortium, • L-Environment Upgrade Committee, • Diviżjoni tax-Xogħlijiet, • Dipartiment tal-Cleansing.

Twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ l-Ministru jghid jekk hux beħsiebu jerġa’ jwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali li ilha wieqfa mill-31 ta’ Dicembru, 2007?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità — persuni rreġistrati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni b’diżabilità reġistrati llum mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u x’tip ta’ dizabilità ghandhom? Kemm hemm persuni b’mard mentali jew għandhom din il-marda u għandhom diżabilità oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk: Persuni reġistrati mall-Kunsill Nazzjonali Għal Persuni b’Diżabilita’ (KNPD) 17,027 Persuni b’dizabilita’ fiżika 8,190 Persuni b’dizabilita’ intellettwali 2,234 Persuni b’dizabilita’ psikoloġika 1,182 Persuni b’nuqqas ta’ smigħ 1,060 Persuni b’nuqqas ta’ vista 1,166 Aktar minn-nuqqas wieħed 2,292 Nuqqas mhux magħruf 903
Leg 11 PQ #15786 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Victor Tedesco Stadium — kwestjoni bejn uffiċjal tal-Pulizija u uffiċjali tal-MFA

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14811, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet u jekk dawk direttament involuti, staff tal-MFA ġewx interrogati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni dwar il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant għadha mhix konkluża u għaldaqstant ma nħossx li dettalji dwar din l-istess investigazzjoni għandhom ikunu ippubblikati.

kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji f’Malta li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma? X’inhu l-ammont totali dovut bħalissa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ kumpaniji f’Malta li waqgħu lura b’aktar minn 45 ġurnata fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa ta’ 10567, bl-ammont totali dovut ta’ €44,354,758.10.

Industrija — piżijiet ġodda

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm daħlu piżijiet ġodda, minbarra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fuq l-industrija? Jista' jelenka liema huma?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15321.

Awtorità dwar it-Trasport — Speed limit fit-Triq tal-Barrani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5243 u 5730 u jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuġġerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta. Madankollu infakkar lill-Onor. Interpellant li l-limitu ta' veloċità jiġi stabbilit fuq il-bazi ta' kriterji xjentifiċi maħsuba l-ewwel għas-sigurtà u s-saħħa ta' min juża' t-triq. Infakkru wkoll li matul triq twila, il-karatteristiċi fiżiċi tat-triq u/jew l-użu tipiku tagħha jkunu jeħtieġu li l-limiti tal-veloċità jkun differenti f'porzjonijiet differenti tagħha. Jien infurmat li l-limitu wieħed suġġerit mill-Onor. Interpellant għat-triq imsemmija hu ogħla minn dak li hu teknikament rakkomandabbli u allura iżid il-periklu għal min juża' t-triq.

Mediċina Zocor

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14992 u jgħid għaliex il-pilloli Zocor għal kontra l-cholesterol bħalissa reġa' hawn nuqqas tagħhom fl-ispiżeriji tal-Gvern? Huwa minnu li l-Gvern qed jipprova jimporta mediċina differenti għall-istess marda? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji? Għaliex qed ikun hemm nuqqas ta' spiss taż-Zocor?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li mill-istores tal-Government Health Procurement Services inħarġu 64930 kaxxa (kull waħda fiha 28 pillola) ta’ Simvastatin (Zocor) 20mg lid-diversi spiżeriji tal-Pharmacy of Your Choice, Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa fl-ewwel sitt ġimgħat tas-sena 2010. Għad hemm problemi dwar pilloli Simvastatin 10mg. Bħala kura g]ax-xaham fid-demm ( cholesterol ) il-Gvern bħalissa qiegħed jixtri tliet tipi ta’mediċini, is-Simvastatin, il-Fluvastatin u l-Atorvastatin li jingħataw skond il-protokolli approvati għal kull tip ta’ mediċina. Il-konsum tal-mediċini bhala kura għax-xaħam fid-demm żdied b’20% fl-aħħar xhur u bħalissa hemm problemi sabiex tintlaħaq iż-żieda fid-domanda li hemm. Qed isiru ordnijiet akbar iżda dawn iridu żmien sabiex jaslu fl-i stores u jitqassmu.
Leg 11 PQ #15356 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji/individwi — impjieg ta' nies b'paga baxxa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14995 u jgħid kemm-il każ kien hemm, minn Ġunju 2009, fejn kumpaniji/individwi nqabdu jimpjegaw nies u jħallsuhom b'anqas mill-paga minima? Jista' jgħid liema kienu u x'passi ttieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn Ġunju tas-sena 2009 sallum, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg ħadem fuq tmien każi fejn kumpaniji jew individwi nqabdu jimpjegaw nies u jħallsuhom b’inqas mill-paga minima. Wara l-interventi neċessarji minn naħa ta’ uffiċjali tad-Dipartiment, min iħaddem irregolarizza ruħu f’ħames kazi. Tlett każi oħra għadhom qed jiġu investigati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Triq miċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli għall-Buskett — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14998 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq miċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli għal fuq l-irdumijiet li tinżel għall-Buskett tingħata xi ftit tarmak peress li hija fi stat mhux tajjeb? Japprezza l-Ministru li minbarra t-turisti, ħafna Maltin imorru hemm f'bosta ġranet matul is-sena kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq msemmija ser tiġi nkluża fil-pjan ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni u kisi ġdid bl-asfalt. Dawn ix-xogħlijiet isiru skont il-prijoritajiet tal-programm u r-riżorsi finanzjarji allokati lil Transport Malta.

Triq Ġużeppi Lanzon f'Wied il-Għajn — tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li Triq Ġużeppi Lanzon ġewwa Wied il-Għajn issir minħabba l-istat ħażin li tinsab fih din it-triq? Jekk mhux possibbli ssir għalissa jikkunsidra l-Ministru li jsiru ċerti tiswijiet li kemm jista' jkun inaqqsu l-periklu għax kien hemm persuni li waqgħu u weġġgħu minħabba l-istat li tinsab fih din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15238 Sitting 198 2010-03-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kwalità aħjar tal-gardjoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titjieb il-kwalità u jiżdiedu l-faċilitajiet tal-gardjoli li huma użati kuljum mill-membri tal-Korp tal-Pulizija sabiex jaqdu d-doveri tagħhom waqt il-fixed points? X'inhi r-raġuni li dawn il-gardjoli ma fihomx bieba li tingħalaq sabiex jiġi evitat li fix-xita l-pulizija jixxarrab?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gardjola qiegħda hemm sabiex il-Pulizija li jkun qed jagħti protezzjoni jew sigurtà jkollu fejn ipoġġi l-affarijiet tiegħu u mhux biex joqgħod fiha huwa matul l-ħin ta’ l-għassa. Dan sabiex jagħti l-aħjar protezzjoni jew sigurtà fuq il-post lilu ordnat. Barra minn hekk, il-lum il-ġurnata l-istess protection duty qiegħda tiġi maqsuma b'shifts.