B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15321, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar x'ried ifisser meta wieġeb li d-Divizjoni tal-Kummerċ ma daħħlet l-ebda piżijiet ġodda fuq l-industrija?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Aġenzija Sapport — persuni b'diżabilità intelletwali u fiżiċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Adult Training Centres mmexxija mill-Aġenzija Sapport humiex biss għall-persuni b'diżabilità intelletwali u fiżiċi? Jistgħu persuni li jsofru minn mard mentali jagħmlu użu minn dawn is-servizzi? Jekk le, fejn jistgħu jirrikorru dawn il-persuni b'mard mentali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport jipprovdu servizz lil persuni b’diżabilità intelletwali, sensorjali kif ukoll fiżiċi. Numru sostanzjali minn dawn il-klijenti jkollhom aktar minn diżabilità waħda u fost dawn ikun hemm min ikollu ukoll xi forma ta’ mard mentali. Min isofri minn mard mentali jirrikorri għall-għajnuna mill-Ministeru tas-Saħħa.
Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien Soċjali u Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — rapporti
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ġew ikkummisjonati rapporti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità fir-rigward tal-qasam tad-diżabilità f'dawn l-aħħar sentejn? Jekk iva, kemm swew kull wieħed minn dawn ir-rapporti? Min għamilhom dawn ir-rapporti? Tista' tpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma ġew ikkummissjonati l-ebda rapporti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità f’dawn l-aħħar sentejn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Lyrica tal-75mg humiex fil-lista ta' pilloli li jingħataw mill-gvern lill-persuni li huma ntitolati għalihom? Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, jista' l-gvern jikkunsidra li dawn jidħlu fil-lista minħabba li dawn huma pilloli li jikkuraw il-marda kronika tal-Fibromaglia?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat l l-mediċina Lyrica li fiha l-ingjedjent attiv Pregabalin, s’issa ma tinsabx fuq il-formularju mediċinali tal-gvern, ma tinxtarax u ma tingħatax mis-servizzi tas-saħħa tal-gvern. Il-gvern jista' jikkunsidra li din il-mediċina tidħol fil-formularju però għal mard kroniku li jinsab fuq Skeda V kif stipulat bil-liġi u l-Fibromylagia m’hiex waħda minn dawn il-mard speċifikat.
telf ta' produzzjoni fl-industrija — qtugħ tal-provvista
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien hemm telf ta’produzzjoni fl-industrija minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku nhar it-Tnejn 22 ta’Marzu, 2010? Kien hemm industriji li lmentaw mal-Korporazzjoni Enemalta dwar dan? Kien hemm min talab kumpens?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ilmenti li kien hemm xi telf ta’ produzzjoni fl-industrija. Ta’ min iżid jgħid ukoll li l-Enemalta ma rċeviet l-ebda lment mingħand sezzjonijiet industrijali għall-qtugħ tal-provvista ta’ l-elettriku fid-data msemmija.
Applikazjzonijiet ta' fabbriki minn investituri barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal ftuħ ta’ fabbriki minn investituri barranin quddiem il-Malta Enterprise bħalissa? X’qegħdin jitolbu? X’beħsiehom jipproduċu? Kemm huwa pproġettat li se jimpjegaw nies?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Malta Enterprise qed tevalwa żewġ proġetti ppreżentati minn investituri barranin. Dawn joperaw fis-setturi ta’ l-inġinerija mekkanika u fl-ICT rispettivament u qegħdin jitolbu fabbrika u inċentivi tat-taxxa għal impjieg ta’ 73 persuna full time.
Il-korporazzjoni qegħdha tiddiskuti ukoll żewġ investimenti barranin oħra li għadhom fi stadju bikri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm safar minn uffiċjali tal-Malta Enterprise mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena? Min kienu l-uffiċjali li marru fuq kull safra, fejn marru u x'kienet ir-raġuni għal dan is-safar? Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fuq kull delegazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2008 saru 165 safra, matul is-sena 2009 saru 121 safra, u minn Jannar sa Marzu tas-sena 2010 saru 23 safra, kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Malta Enterprise mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena? Kemm kienu l-ammonti separatament li ngħataw u x'kienet ir-raġuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm safar minn uffiċjali tal-Malta Industrial Parks mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena? Min kienu l-uffiċjali li marru fuq kull safra, fejn marru u x'kienet ir-raġuni għal dan is-safar? Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fuq kull delegazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ safriet minn impjegati ta’ l-MIP mill-2008 sa llum kien dak ta’ tliet safriet u li saru minn tliet uffiċjali differenti, kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Malta Industrial Parks mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena? Kemm kienu l-ammonti separatament li ngħataw u x'kienet r-raġuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
sidien li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15789, tista' l-Ministru tikkonferma li ħaddiem li jispiċċa mix-xogħol u jirriżulta li s-sid tax-xogħol fejn kien jaħdem ma jkunx ħallas il-parti tal-bolla tan-National Insurance dovuta minnu, l-ħaddiem ma jintlaqatx b'mod negattiv fil-ħlas tal-pensjoni li suppost tkun dovuta lilu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ħaddiema li jispiċċaw mix-xogħol u jirriżulta li s-sid tax-xogħol fejn jaħdmu ma jkunx ħallas il-kontribuzzjoni dovuta, jintalbu jipproduċi dokumentazzjoni fosthom kopja tal-FS3 sabiex jiġi kkonfermat li tnaqqset il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mis-salarju sabiex id-Divizjoni tas-Sigurtà Soċjali tkun tista tqis dawn il-kontribuzzjonijiet daqs li kieku mħallsin u għaldaqstant il-ħlas tal-benefiċċju dovut ma jintlaqatx b’mod negattiv.
Twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15784 dwar it-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali li ilu wieqaf sa mill-31 ta' Diċembru 2007?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-termini ta’ referenza tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali jridu jiġu riveduti skont il-liġi ġdida għas-saħħa mentali.
Università ta' Cambridge — International Diploma rikonoxxuta
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15187, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-MCAST ma jaċċettax il-Cambridge International Diploma in Information and Communication minflok l-ECDL f'każ ta' studenti li ġabu din id-diploma meta huwa magħruf li din id-diploma ssarraf daqs livell ordinarju fil-livell tas-SEC?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta College of Arts, Science & Technology kellu talba għall-eżenzjoni mill-ECDL fuq bażi tal-International Diploma tal-Università ta’ Cambridge, liema talba ġiet milqugħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15322 dwar spiżjerija tal-gvern ġdida ġewwa Raħal Ġdid?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant dwar spiżerija akbar fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid irid jiġi kunsidrat fl-ambitu kemm ta’ proġett li hemm ippjanat f’Raħal Ġdid fejn hu maħsub li jiġi żviluppat Ċentru tas-Saħħa ġdid kif ukoll fil-pjanijiet ta’ espanzjoni tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Dwar propjetà li hija mikrija lil terzi, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati direttament mal-Korporazzjoni Enemalta? Kemm jitħallsu f’salarji f’sena waħda? Kemm huwa mħallas f’salarju u x’inhuma l-allowances li għandu ċ-chairman tal-istess korporazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm 1,641 (elf sitt mija u wieħed u erbgħin) ħaddiem impjegat direttament mal-Korporazzjoni Enemalta. F’sena waħda s-salarju huwa ta’ Euro 26,391,934.18. Inkluż f dan l-ammont hemm is-salarju ta’ Chairman ta’ l-Korporazzjoni li jammonta għal Euro 16,305.61.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu jsir biex kemm jista' jkun jinġabar l-ilma tax-xita ħalli jerġa' jintuża flok jintilef? Kemm hu stmat li nġabar ilma tax-xita f’dawn l-aħħar sitt xhur? Għalxiex qed jintuża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-istrateġija tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Agrikoli għar-rigward il-ġbir ta' l-ilma tax-xita hija fuq żewġ fronti.
Fuq l-ewwel front hemm iż-żamma tal-faċilitajiet eżistenti għall-ġbir u l-ħażna. Kull sena qed isir xogħol konsiderevoli ta' mautenzjoni u tindif fuq l-ilqugħ, ġibjuni u sistemi ta' culverts eżistenti. Ta' min jgħid li permezz tat-tindif biss f'dawn l-aħħar xhur il-potenzjal ta' volum żdied b'mhux inqas minn 7,300 metru kubu.
It-tieni strateġija hija li jiżdiedu dawn il-facilitajiet għall-ħażna ta' l-ilma tax-xita. Il-Ministeru għadu kemm ingħata permess biex jibni ġibjun fit-tarf ta’ Wied Għollieqa li se jkun jesa’ madwar 10,000 metru kubu u li x-xogħol fuqu mistenni jinbeda fi ftit żmien ieħor. Barra minn hekk qed nistennew l-approvazzjoni għal applikazzjoni mal-MEPA biex jinbena lqugħ għall-ilma tax-xita f’Wied il-Għasel u li jkun jesa’ madwar 60,000 metru kubu ta’ ilma. Il-funzjoni ta' dawn l-istrutturi hija tripla; immedjatament dawn inaqqsu l-volum ta' ilma tax-xita li jispiċċa jżid il-periklu ta' għarar, it-tieni li jaħzen l-ilma għal użu agrikolu, u t-tielet jagħti opportunita li parti sostanżjali minn dawn l-ilmijiet jiskolaw minn ġol-blat fejn jiffiltraw irwieħhom biex tissaħħaħ il-ħażna tal-ilma tal-pjan. Fejn dawn l-aħħar żewġ fatturi jissuċċedu kontemporanjament, huwa impossibli li wieħed jikkwantifika kemm f'dawn l-aħħar sitt xhur inġabar ilma f'dawn il-faċilitajiet u kemm u għaliex intuża direttament.
B'referenza għall-mistoqsija parlametari 11106, tista' l-Ministru tgħid l-costings exercise biex jiġu identifikati l-ispiża ta’ kull kors mogħti mill-Università ta' Malta? Jekk le, meta se jiġi konkluż dan il-costings exercise?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Universita’ għadha ma bdietx tagħmel il-costing exercise minħabba l-fatt li għad m’għandhiex ir-riżorsi neċessarji sabiex tagħmel dan. Bħalissa l-Università qegħdha taħdem fuq proġetti neċessarji biex ikollha sistema ta’ informazzjoni adekwata biex tlaħħaq man-neċessitatjiet u li tkun tista’, eventwalment, tgħin biex dan il-costing exercise iseħħ. Madankollu, korsijiet ġodda qegħdin jiġu costed bil-quddiem biex naraw xi jkun l-impatt finanzjarju meta jiġu miftuħin.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — persuni li jridu jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ hijiex se terga’ tibda torganizza l-korsijiet li kienet torganizza flimkien mal-Adult Training Centers għal dawk il-persuni li kienu jridu jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità? Jekk le, x’inhi r-raġuni li dawn il-korsijiet waqfu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni għax-Xoghol u Taħriġ se terga’ tibda torganizza l-korsijiet bħal ma kienet toffri għal dawk il-persuni li jixtiequ jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità la darba tingaġġa trainers meħtieġa.
Din il-Korporazzjoni bħalissa qed tniedi l-proċess biex tirrekluta lil dawn it-
trainers
taħt il-programm Employability ko-finanzjat mill-Fondi Soċjali Ewropej (ESF).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru stupri f’pajjiżna fis-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 u x’sentenzi ngħataw lil dawk il-persuni li ikkommettew dan ir-reat gravi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' każijiet ta' stupri f'pajjiżna fis-snin imsemmija kien kif ġej:-
2005 7
2006 13
2007 11
2008 33
2009 27
Total 91
Infurmat ukoll li t-tip ta' sentenzi li ngħataw lill-persuni li kkommettew dan ir-reat gravi kien kif ġej:-
periklu fil-playing area tal-kindergarten taż-Żejtun
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk wasalx iż-żmien li periklu li hemm fil-playing area tal-kindergarten taż-Żejtun u li diġà staqsejt dwaru xi żmien ilu issa jiġi msewwi qabel iweġġa xi ħadd mit-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-bitħa tal-iskola Primarja A taż-Żejtun fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jaħdem fuq żewġ proġetti.
It-tapit f’din il-bitħa se jinbidel fil-futur qrib u l-kolonni fil-bitħa se jinksew bil-foam u b’materjal tal-PVC sabiex ikun hemm aktar protezzjoni għat-tfal.