Kunsilli lokali — offerti li ma kenux l-orħos offerta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw offerti mill-kunsilli lokali li ma kenitx l-orħos offerta minn Jannar 2010 'l quddiem? Kemm kien l-ammont ta' kull offerta u d-differenza tal-ammont involut mill-orħos waħda kunsill b'kunsill? Għal liema xogħol ingħata l-kuntratt u jekk kienx hemm raġunijiet għaliex ingħatat mhux lill-orħos offerta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17027 fejn qed nirreferi għal dawk li ftit xhur ilu ġew akkużati li ffrodaw id-Dipartiment tal-VAT, jista' l-Ministru jagħti tweġiba?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mit-33 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qrati tal-Maġistrati (Malta) li ffrodaw lid-Dipartiment tal-VAT, ġew sentenzjati 12-il persuna. Infurmat ukoll illi l-proċedura fil-konfront tal-21 persuni oħra għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, xahar b'xahar, kemm inqadbu persuni taħt l-età ta' 17-il sena jiffrekwentaw postijiet fejn huwa servut l-alkoħol bħal night clubs, bars eċċ.? F'liema lokalitajiet? X'passi ttieħdu kontrihom? X'passi ttieħdu kontra s-sidien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena il-Pulizija qabdet 74 persuna taħt is-17-il sena ġewwa postijiet ta' divertiment fejn huwa servut l-alkaħol u fejn dawn iż-żgħażagħ m'għandhomx jitħallew jidħlu. Dawn kienu maqsuma kif ġej:-
Infurmat ukoll li l-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti skont kif previst fir-regolamenti, kontra l-persuni responsabbli mill-post ta' divertiment fejn instabu dawn iż-żgħażagħ kif ġej:-
Jannar 11
Frar 12
Marzu 12
April 8
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar flus il-gvern mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Dak li kien dovut kollu tħallas? Kemm inqabdu nies li ma tawx l-irċevuta tal-VAT? F'liema nħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16882.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi fi Triq San Girgor iż-Żejtun minħabba li ilu ħiereġ ilma tax-xorb għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u minkejja r-rapporti li saru għadhom ma tteħdux passi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'Main Street, Ħal Balzan hemmx djar skedati speċjalment minħabba li residenza minnhom kienet dar tal-Gran Mastru tal-Kavallieri? Jekk fin-negattiv, tista' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiskeda din ir-residenza li għandha valur storiku?
Dipartiment tal-VAT — telf ta' flus minħabba frodi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex kwantifikat eżattament kemm tilef Ewro il-gvern minn dawk li ffrodaw id-Dipartiment tal-VAT u tressqu quddiem il-Qorti? Kemm hu l-ammont ta’ VAT li bħalissa huwa dovut lid-dipartiment u kemm hu l-ammont li qed jiġi kkontestat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rigward każijiet li tressqu mill-Pulizija wara l-investigazzjonijiet li saru s-sena l-oħra, d-Dipartiment tal-VAT għadu għaddej b’investigazzjonijiet fuq 16-il persuna reġistrata.
Barra minn hekk ġew konklużi 21 investigazzjoni li uħud minnhom jinsabu fi stadju ta’ Review u oħrajn ġew ikkontestati quddiem il-Bord ta’ l-Appell.
B’dan l-eżercizzju jirriżulta li kien hemm ammont ta’ €1,233,010 bħala korrezzjonijiet mitluba mill-persuni minn jeddhom u li xorta qed jiġu jew ġew investigati. Id-Dipartiment ħareġ ukoll
assessments
li jammontaw għal €1,220,379 li minnhom €234,247 huma finali.
Minn dawn l-ammonti €50,730 huma kkontestati.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru korsijiet għall-aggressuri ta’ vjolenza domestika fi 2007, 2008 u 2009 separatament? Kemm kien hemm aggressuri li attendew dawn il-korsijiet tant importanti? Kemm kien hemm minnhom li ma komplewx jattendu dawn il-korsijiet fil-perjodu imsemmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-perijodu li jkopri mill- 2007 sal-2009 ġew imnieda ħames (5) programmi għall-aggressuri.
It-tabella hawn taħt tinkludi kemm il-klijenti ġodda kif ukoll il-klijenti li kienu għamlu użu mis-servizz fil-passat u li reġgħu irritornaw lura għas-servizz.
2007
2008
2009
Total
41
23
49
It-total ta’ rġiel li ma komplewx jattendu l-programm f’dan il-perjodu kien ta’ sittax (16). Disgħa (9) minnhom kienu waqfu mill-kors filwaqt li s-sebgħa (7) l-oħra kienu kkommettew ruħhom li se jattendu imma qatt ma bdew il-kors.
Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Quality Service Charters
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 25966 u 9668, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali issa għandhiex il-"Quality Service Charters” tat-30 servizz differenti li hija toffri lill-persuni vulnerabbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għadha kemm nehdiet evalwazzjoni interna tas-servizzi tagħha, u bħalissa qegħda fil-proċess li tevalwa r-riżultati u tagħmel it-tibdiliet li ġew issuġġeriti mir-rapport. Il-Fondazzjoni bħalissa qiegħda fil-proċess li tniedi Client Satisfaction Survey fl-Aġenziji tagħha sabiex flimkien mal-evalwazzjoni tkun tista’ tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji u wara timxi minn hemm.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16136, fejn qed nitlob li l-Ministru jagħti spjega tat-tweġiba li kien ta għall-mistoqsija preċidenti tiegħi 15321?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Divizjoni tal-Kummerċ ma daħħlet l-ebda piżijiet ġodda fuq l-industrija. Mhux hekk biss, iżda permezz tar-reviżjoni l-isfel fil-liċenzi tal-kummerċ, ġeneralment tħaffu bil-kbir il-piżijiet finanzjarji fuq l-industrija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl matul l-2009 u sal-15 ta' April 2010? Kemm huwa stmat li ntilfu sigħat ta' xogħol u flus kull meta nqata' d-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16880.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiswa kuljum pazjent rikoverat fl-Isptar Mater Dei? Il-kuntratt tal-ikel jitħallas bħala somma globali jew skont kemm joħorġu ikliet lill-pazjenti? Kemm jitħallas fuq ikel li jingħata lill-pazjenti fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-ispiza fuq kull pazjent rikoverat fil-Mater Dei tista’ tvarja bejn €50 u €20,000 skont it-tip ta’ servizzi mediċi provduti lill-pazjent.
Ninsab infurmat li l-kuntratt tal-ikel jitħallas skont kemm joħorġu ikliet lill-pazjenti. In-nefqa li tħallset fis-sena 2009 fuq ikel li jingħata lill-pazjenti fl-Isptar Mater Dei kienet:
Kuntratt tal-ikel €2,108,835
* Ikel ieħor € 364,221
TOTAL €2,473,056
* L-ikel ieħor ikopri dak li jingħata għall-breakfast, te, kafe u xorb ieħor.
investigazzjoni dwar diesel li ma tħallasx id-dazju fuqu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’xiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija rigward il-bowsers misjuba bid-diesel li ma kienx tħallas dazju fuqu? Kif għadu ma tressaq ħadd il-Qorti għalkemm dawn is-sejbiet kienu tħabbru fuq il-media?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fiż-żewġ każijiet ta' kuntrabandu ta' diesel li kienu nqabbdu f'Marzu li għadda, il-Pulizija qed tistenna mingħand il-Kontrollur tad-Dwana sabiex tkun tista' tipproċedi quddiem il-Qorti.
Ħamrun — Victor Tedesco Ground - investigazzjoni dwar persuna li daħlet fil-kamra tar-referee
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dwar uffiċjal għoli tal-pulizija li kien daħal fid-dressing room tar-referee fil-ground tal-Ħamrun Victor Tedesco b’mod arroganti? Huwa minnu li dan ġie trasferit?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni dwar l-inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ġie konkluż u inbdew proċeduri dixxiplinarji kontra l-uffiċjal involut.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għola l-fuel għall-industrija fl-2009 u s’issa din is-sena? X’effetti negattivi kellu fuq l-impiegi? Kellu xi reazzjoni s’issa mingħand industrijalisti jew l-għaqda li tirrappreżentahom dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli maqsuma xahar, b’xahar minn Jannar 2010 sa Mejju 2010 bil-prezzijiet tal-prodotti. Inkluż qed nuri l-prezzijiet taż-żejt Crude ICE Brent u €uro/USD
Il-Gvern ma kellux rappreżentanza uffiċċjali dwar dan is-suġġett minn industrijalisti jew l-għaqda li tirrappreżentahom dwar dan.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija? Kemm suppost ikun hemm membri fil-Korp sħiħ? Kemm hemm vakanzi f’kull rank? Meta huwa maħsub li se jsiru l-eżamijiet għal surġenti u spetturi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:-
Rank
Complement
Present complement
Vacancies
Commissioner
1
1
-
Deputy Commissioner
1
1
-
Assistant Commissioner
10
10
-
Superintendent
27
27
-
Inspector
100
77
23
1/Sergeant Major
2
2
-
2/Sergeant Major
42
35
7
Sergeants
369
322
47
Constables
1488
1333
155
Total
2040
1808
232
Infurmat ukoll illi l-eżamijiet għall-Surġenti għadhom, kemm saru fejn għaddew 59 kuntistabbli filwaqt li fil-preżent qed ikunu ipproċessati l-applikazzjonijiet għall-Spetturi.
Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-persuni akkużati li ffrodaw miljuni ta’Ewro, kemm minnhom fil-fatt ġew sentenzjati? X’inhu jżomm biex jitkompla l-każ kontra dawk li għadhom ma ġewx mismugħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal-liema kawża/kawżi qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti lill-Ministeru u/jew lill-Korporazzjoni Enemalta minħabba l-qtugħ tad-dawl matul din is-sena? Kemm huwa stmat li ntilef xogħol fil-fabbriki u negozji oħra, fosthom ħwienet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sezzjoni tal-Customer Care ta’ l-Enemalta f’dawn l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2010 irċeviet ma’ l-elfejn telefonata mingħand il-konsumaturi biex tilmenta dwar qtugħ tad-dawl, fost telefonati oħra dwar ħsarat individwali jew xi mistoqsijiet ġenerali. Ta’ min jgħid li dawn it-telefonati jinkludu lmenti dwar qtugħ ta’ dawl biex issir manutenzjoni, li jiġi avżat minn qabel fuq il-mezzi tax-xandir u permezz tas-sistema tal-sms għal min hu rreġistrat.
Ta’ min iżid jgħid illi l-Malta Enterprise ma rċevietx ilmenti uffiċċjali dwar qtugħ fid-dawl u għalhekk m'għandhiex informazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16664 u jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl matul l-2009 u sal-15 ta' April 2010? Kemm huwa stmat li ntilfu sigħat ta' xogħol u flus kull meta nqata' d-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dawl ġie maqtugħ 1029 darba fejn 334 kienu ta’ ħsarat, 70 għal switching operations u 625 għal xogħlijiet, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-15 t’April 2010. It-total taż-żmien tal-qtugħ kien ta’ 3480 siegħat fejn l-inqas ħin ta’ qtugħ kien ta’ minuta u l-ikbar waħda kienet ta’ 27.8 sieghat.
L-Enemalta m’għandix l-estimi ta’ kemm ntilfu sigħat ta’ xogħol jew flus kull meta nqata d-dawl.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16666 u jgħid kemm kien hemm ilmenti lill-Ministeru u/jew lill-Korporazzjoni Enemalta minħabba l-qtugħ tad-dawl matul din is-sena? Kemm huwa stmat li ntilef xogħol fil-fabbriki u negozji oħra, fosthom ħwienet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16666.